MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 13 July 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1537461

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 aħbarijiet IL-ĦADD 13 TA' LULJU 2025 • illum Rebus finanzjarju fil- Kunsill Lokali tal-Mosta It-tneħħija tas-siġar f 'Ħal Lija sospiża wara li ġiet identifikata speċi protetta Komunikazzjoni kkordinata: Il-maġġoranza tal-kabinett tagħti l-istess tweġiba għall-istess mistoqsija Jidher li s-sitwazzjoni mhijiex biss waħda ta' nuqqas ta' flus, imma wkoll ta' għażliet amministrattivi deliberati biex jiġi evitat l-iskrutinju pubbliku. Din l-istqarrija tkompli tagħti piż lill-akkużi li l-eks amministrazzjoni operat barra l-limiti tad-dmir pubbliku. Il-mistoqsija li qed tqum issa hija waħda ċara: min se jerfa' r-responsabbiltà ta' dan id-dejn? "Il-mod kif kien jaħdem l-eks sindku kien wieħed intenzjonat biex jevita l-proċedura. Kien jagħti direct orders lill-kuntrattur li diġà kellu ehim mal-Kunsill, u dan imbagħad jagħmel subcontracting lil min kien jgħidlu hu. Din hija skema li setgħet faċilment tinħeba taħt il-kappa ta' 'kontinwità amministrattiva', imma fil-fatt ħolqot kaos finanzjarju li issa qed iħallas għalih il-Kunsill preżenti." Mill-informazzjoni li ksibna, jidher li, diversi drabi, il-kuntrattur li ġie mogħti direct orders issa huwa taħt pressjoni kbira minħabba l-fatt li tal-VAT qed jiġru warajh u hemm ukoll fatturi oħra mhux rikonoxxuti. Dawn il-kuntratturi, skont is-sors, issa "qegħdin jiġru wara l-Kunsill għall-flus li kienu ġew imwiegħda taħt amministrazzjoni preċedenti — flus li l-Kunsill ma jistax iħallas għax m'għandux minn fejn." L-amministrazzjoni attwali, immexxija minn sindku ġdid, ħadet direzzjoni differenti u bdiet topera b'mod trasparenti. "Qed noħorġu sejħiet għall- offerti għal kull xogħol — issa kollox bil-proċedura. Imma l-problema hi li d-dejn li sibna jżommna lura. M'hemmx minn fejn inħallsu x-xogħol l-antik, u l-kuntratturi qegħdin jitilfu l-fiduċja." Il-fajl Excel li rat din il-gazzetta juri elenku dettaljat ta' xogħlijiet addizzjonali magħmula mingħajr approvazzjoni baġitarja, b'valuri li jammontaw għal eluf kbar — xi wħud b'nota li jindikaw li saru verbalment u mhux b'kuntratt bil-miktub. Il-Kunsill Lokali tal-Mosta sab ruħu wiċċ imb wiċċ ma' rebus finanzjarju serju wara li skont sorsi interni, l-amministrazzjoni preċedenti — taħt tmexxija ta' eks sindku Laburista — ħalliet warajha kaos ta' kuntratti diretti, xogħol li sar mingħajr tender, u dejn li jlaħħaq ' il fuq minn €1.4m L-Awtorità tal-Ippjanar tissospendi xogħol ta' tneħħija ta' siġar f'żona fejn se jinbnew sitt vilel b'pixxini Jidher illi l-maġġoranza tal- kabinett tal-amministrazzjoni preżenti ddeċidew li jagħtu l-istess tweġiba għall-istess mistoqsija parlamentari magħmula mill- Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli, il-Pensjonijiet u l-Ġlieda Kontra l-Faqar Ivan Bartolo. Fil-mistoqsija tiegħu, Bartolo staqsa biex il-ministri differenti jgħidu "kemm hemm persuni li ġejjin minn pajjiżi terzi (TCNs) jaħdmu [fid-dekasteru tagħhom] u kemm hu twil il-kuntratt tagħhom". B'kollox Bartolo għamel dil- istess mistoqsija lil 16-il ministru, kif ukoll lill-Prim Ministru nnifsu. Ir-risposta ta' kull wieħed minnhom kienet sempliċement, "Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari" u n-numru tal- mistoqsija parlamentari li qed jirreferu għaliha. Meta dil-gazzetta marret tfittex il-mistoqsijiet parlamentari li l-ministri bdew jirreferu għaliha, jidher illi l-maġġoranza tagħhom ukoll taw l-istess risposta. It-tweġiba mogħtija ma kienet xejn ħlief, "il-konsulenti/persons of trust jiġu impjegati skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra". Il-kordinazzjoni kienet tant li l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri, irrefera għall-istess tweġiba li ta l-Prim Ministru minflok tweġiba tiegħu — fi kliem ieħor dar kompletament magħha. Il-ministri li wieġbu differenti Iżda mhux kull ministru wieġeb il-mistoqsija l-istess u fil-fatt kien hemm xi wħud minnhom li taw risposta għall-mistoqsija. Dawn il-ministri huma: Owen Bonnici, il-Ministru għall- Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali; Anton Refalo, il-Ministru għall- Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali; Roderick Galdes, il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli; Julia Farrugia, il-Ministru għall- Inklużjoni u l-Volontarjat; Miriam Dalli, il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir; Clyde Caruana, il-Ministru għall-Finanzi; u Clion Grima, il-Ministru għall- Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni. Fit-tweġibiet tagħhom, dawn il-ministri essenzjalment qalu li l-konsulenti kollha li jimpjegaw fid-dekasteri tagħhom huma ċittadini Maltin. Ivan Bartolo Il-kumpanija The TWIYS Limited qed tiddikjara l-intenzjoni li tirreġistra għal Liċenzja ta' Aġenzija ta' Impjiegi skont A.L. 270 tal-2023 – Att dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali u lImpjiegi (Kap. 452): Regolamenti tal-Aġenziji tal-Impjiegi, 2023. L-attivitajiet proposti għandhom x'jaqsmu mal-forniment ta' ħaddiema sabiex ikunu disponibbli għal parti terza, fosthom: 1. Servizzi ta' xogħol temporanju li jinvolvu l-għoti ta' ħaddiema lil parti terza 2. Il-parti terza tassenja kompiti lill-ħaddiema temporanji 3. Servizzi ta' outsourcing li jinvolvu l-għoti ta' ħaddiema lil parti terza 4. L-aġenzija tal-outsourcing, inklużi kuntratturi u subkuntratturi, tissorvelja, tiddireġġi, u tikkontrolla lill-ħaddiema Indirizz Uffiċjali Reġistrat: San Remo Court, Xemxija Hill Indirizz Operattiv: Triq Salvu Busuttil, San Ġwann Numru ta' Reġistrazzjoni tal-Kumpanija: C109605 ILENIA DEBONO L-Awtorità tal-Ippjanar (PA) issospendiet it-tneħħija ta' siġar f 'sit f 'Ħal Lija, fejn hemm permess għall-bini ta' sitt vilel b'pixxini, wara li akkademiku identifika preżenza ta' speċi indiġena protetta li ma kinitx imsemmija fid-dokumenti oriġinali tal-permess. "Din is-sospensjoni tibqa' fis- seħħ sakemm jinstab b'mod ċar liema siġar jistgħu jitneħħew u liema huma legalment protetti," qal kelliem għall-PA lil gazzetta oħt, MaltaToday. Aktar kmieni dan ix-xahar, il- PA ġiet infurmata bil-preżenza tas-siġra Bagular. Din l-ispeċi hija elenkata fl-Ewwel Skeda tar- Regolamenti dwar il-Protezzjoni tas-Siġar u l-Imsaġar. L-informazzjoni ġdida waslet għand l-awtorità minn Jonathan Henwood, konsulent ambjentali, li qal li s-siġar protetti ġew injorati fil-proċess ta' ppjanar. Henwood irrimarka li s-siġar ma ġewx identifikati qabel ma ngħata l-permess. Il-PA kitbitlu tgħid li jista' jressaq talba uffiċjali għal emenda jew revoka tal-permess permezz ta' perit jew avukat. Henwood appella lill-PA biex taġixxi fuq inizjattiva tagħha stess, peress li issa għandha l-informazzjoni meħtieġa f 'idejha. "M'hemmx għalfejn inżidu aktar burokraziji u nitilfu l-ħin filwaqt li x-xogħol għaddej," kiteb. IKOMPLI MINN PAĠNA 1

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 13 July 2025