MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 13 July 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1537461

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 15

"Is-Sindki bħalissa huma part-timers, allura kif jista' wieħed ilaħħaq mal-ħtiġijiet tal-lokalità?" Bħala sindku, x'inhu l-ikbar inkwiet tiegħek? X'inhi l-ikbar sfida għall- kostitwenti tiegħek? L-ikbar inkwiet li nsibu huwa fuq l-infrastruttura, speċjalment it-toroq. Sar ħafna xogħol fil-Mosta, iżda għad hemm diversi toroq li għadhom iridu jsiru, fosthom xi wħud fiż-żona ta' UCA. Il-kunsill tiegħek kif javviċina l-iżvilupp urban filwaqt li jippreserva l-wirt u l-ambjent tal-lokalità? Bħala Kunsill, nippruvaw naraw li kull applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar tiġi evalwata b'mod professjonali. Nieħdu pariri mill-perit tal-Kunsill, issir diskussjoni waqt laqgħat tal-Kunsill u, fl-aħħar, tingħata rappreżentazzjoni uffiċjali mill-perit. Taħseb li l-lokalità tiegħek għandha biżżejjed spazji miftuħa għar-residenti? L-ispazji miuħa qegħdin jiżdiedu. Fil- fatt, bħalissa għaddejjin żewġ proġetti: wieħed ħdejn il-Kappella ta' San Andrija fiż- żona tal-Qares, u ieħor fil-Mitħna l-Qadima. Barra minn hekk, se jsir rinnovar tal-bandli wara l-Knisja, u qed naħdem bħala Sindku biex jinbena belveder fuq ġibjun mitluq fil- Ġnien l-Għarusa tal-Mosta. Fis-snin li ġejjin, x'għandha tkun il- prijorità tal-lokalità tiegħek? Kif tixtieq tara l-lokalità tiegħek tipprogressa fil-ħames snin li ġejjin? Bħala leġiżlatura, nixtieq li kemm jista' jkun isiru toroq ġodda, kif ukoll jiżdiedu l-ispazji pubbliċi. Irridu wkoll insolvu l-problema tal-parkeġġ madwar il-Mosta billi naraw kif nistgħu nżidu l-parkeġġi minflok innaqqsuhom. Xi proġetti ppjanati hemm għal- lokalità tiegħek fil-futur qarib? Dan jgħaqqad ma' punt numru 3. Qed jinbidlu tliet toroq ġodda fiż-żona tal-Qares, kif ukoll għaddej proġett fi Triq Kurat Calleja. Wara li x-xogħlijiet ikunu lesti, se ssir pjazza bil-pavimentar quddiem it-Torri. Nixtieq insemmi wkoll li applikazzjoni ġiet aċċettata fuq l-ewwel fażi ta' "Vjal Kulħadd", li tinkludi r-riġenerazzjoni ta' Pjazza Anġlu Gatt b'pavimentar aħjar, iktar siġar u żona ikbar għar-rikreazzjoni. Xi tħoss li huwa nieqes mil-lokalità tiegħek li tixtieq tipprovdi lir-residenti? Hemm nuqqas ta' 'Bus Stops' għal tal-linja, speċjalment għal passiġġieri li jmorru San Vinċenz jew studenti li jattendu l-MCAST. Issib biżżejjed għajnuna mill- awtoritajiet fl-isfidi li taffaċċja bħala sindku? Għalkemm hemm xi għajnuniet, qed naffaċċjaw diffikultajiet kbar. Eżempji konkreti huma: Is-Sindki bħalissa huma part-timers. Allura kif jista' wieħed ilaħħaq mal-ħtiġijiet tal-lokalità? Speċjalment lokalità bħal Mosta li hija kbira! L-allokazzjoni tal-Kunsilli Lokali mill- Gvern għandha tiżdied. Bil-fondi attwali bilkemm inkopru l-ispejjeż bażiċi, fostom il-pagi tal-ħaddiema, manutenzjoni ta' żoni pubbliċi, bħal ġonna, xi drabi lanqas inkopru nofs l-ispejjeż. L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika rrapporta li 16-il kunsill lokali temmew l-2023 b'kapital tax-xogħol negattiv, li jindika instabbiltà finanzjarja potenzjali. X'miżuri qed jiġu implimentati biex jiġi żgurat li l-kunsill tiegħek iżomm status finanzjarju b'saħħtu u jikkonforma mar-regolamenti finanzjarji? Infakkar illi Kunsill ġdid imexxi mill- Partit Nazzjonailsta, wiret Kunsill wara tmexxija mill-Partit Laburista, b'dejn 'il fuq minn €800,000.00. Dan qed ikun ta' piż kbir fl-operat tagħna u sitwazzjonijiet bħal dawn il-gvern għandu jagħti appoġġ finanzjarju akbar. Fl-2025, b'responsabbiltà, ħadna kull miżura possibbli biex ma jikbirx id-dejn. Illum, skont ukoll l-accountant, il- Kunsill jista' jonfoq biss €11,000 fuq spejjeż rikorrenti. Dan huwa impossibbli. B'dik is-somma, tista' forsi tagħmel biss bankina jew xi patching. Ċerti li Sindki oħra żgur jimu din il-problema. Kif għedt qabel, is-sitwazzjoni finanzjarja tal-Kunsill tal- Mosta hija kritika u ta' piż kbir fl-operat li jillimita ħafna x-xogħol li nistgħu nagħmlu fil-lokalità. Bidliet leġiżlattivi riċenti naqqsu l-età minima għas-sindki għal 16-il sena. Dan kif kellu impatt fuq il-kunsill tiegħek? U x'inhi l-perspettiva tiegħek dwar l-involviment taż-żgħażagħ fil- governanza lokali? Personalment naqbel li ż-żgħażagħ għandhom ikollhom vuċi. Fil-Mosta ġew eletti ħafna żgħażagħ f 'isem il-Partit Nazzjonalista, iżda nemmen li hemm bżonn aktar tagħlim u għarfien. Li tara l-Kunsill minn barra huwa differenti milli tkun bilqiegħda madwar il-mejda u tieħu deċiżjonijiet. X'inhi l-opinjoni tiegħek dwar it- tqassim propost tal-lokalitajiet fid- distretti skont kif qed jiġu ppreżentati mill-Uffiċċju Elettorali tal-PL, u l-ELCOM? Liema proposta taħseb li tkun l-aktar ta' benefiċċju għall-pajjiż? Jew taħseb li għandu kollox jibqa' kif inhu? Il-prinċipju li lokalità m'għandhiex tiġi maqsuma fuq żewg distretti għandha tkun l-objettiv primarju ta' dan l-eżerċizzju. Il-minority report imressaq quddiem il- KE jindika ċar li dan huwa possibbli ħlief għal lokalità waħda fejn il-lokalità qiegħda f 'distrett u l-irħajjel (hamlet) jinsab f 'distrett ieħor. X'kienet l-aktar parti ta' sodisfazzjon mir-rwol tiegħek bħala sindku s'issa? Is-sodisfazzjon tiegħi huwa meta nista' nkun ta' għajnuna lil kull resident Mosti. Anke jekk kultant ikun diffiċli. L-importanti huwa li l-Kunsill jaħdem għal kull resident, irrespettivament il- kulur politiku li jħaddan. Jien dejjem hekk għamilt, kemm meta kont kunsillier, kif ukoll illum fil-kariga ta' Sindku tal-Mostin kollha. Aħna ġejna eletti f 'isem ir-residenti, u għandna obbligu kbir li nħarsu u noħolqu ambjent kif jixraq. intervista IL-ĦADD 13 TA' LULJU 2025 • illum 16 'L-importanti huwa li l-Kunsill jaħdem għal kull resident' Sekonda mas-Sindki: Il- gazzetta ILLUM tkompli bis-sensiela ta' artikli tagħha li permezz tagħhom intom se ssiru tafu s-Sindki tagħkom. F'din il-ġimgħa, dan il-ġurnal ipoġġi ma' Joseph Gatt, is-Sindku tal-Mosta. Il-Mosta hija belt fiċ-ċentru ta' Malta, magħrufa l-aktar għar-Rotunda, knisja massiva magħrufa wkoll bħala s-Santwarju Bażilika ta' Santa Marija. Din il-bażilika, mibnija fis-seklu 19, għandha waħda mill-akbar koppli bla sapport fid-dinja. Storikament, il-Mosta kienet magħmula minn diversi rħula żgħar li, fis-seklu 16, ingħaqdu biex jiffurmaw il-belt kif nafuha llum. Fl-1575, il-popolazzjoni kienet ta' 580 ruħ; illum, in-numru ta' residenti jaqbeż l-20,000. Fost is-siti storiċi fil-Mosta hemm il-Fortizza tal-Mosta, mibnija mill-Ingliżi fis-seklu 19 bħala parti mill-Victoria Lines, u l-Mitħna l-Qadima, mitħna tar-riħ li tmur lura għall-1757. Il-wied pittoresk ta' Wied il-Għasel jinsab ukoll fil-Mosta. Il-Mosta hija magħrufa għall-festa annwali tagħha li ssir fil-15 ta' Awwissu, u li hija l-festa tal-Assunta tal-Madonna fis-Sema, magħrufa aktar bħala l-festa ta' Santa Marija. Matul din il-festa, il-belt tiġi mżejna u jsiru ċelebrazzjonijiet kbar li jattiraw kemm lin-nies tal-lokal, kif ukoll lit-turisti. Joseph Gatt (xellug) jieħu l-ġurament bħala sindku tal-Mosta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 13 July 2025