MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 13 July 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1537461

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 15

15 kotba IL-ĦADD 13 TA' LULJU 2025 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Fl-avventura msaħħra li jinseġ Matthew Schembri f'Il-Missjoni tal-Mostru (Merlin Publishers, 2025), jirnexxilu jżomm lill-qarrej fuq ix-xwiek billi jgħaqqad l-istampa biċċa biċċa, iżda Miriam Galea ssaqsi jekk it-test setax kien iktar ekonomiku u evokattiv. Misteru ffullat Il-Missjoni tal-Mostru ta' Matthew Schembri, l-ewwel ktieb mis-sensiela l-ġdida 'Ta' Taħt Fuq' ippubblikata mill- Merlin Publishers, għandu l-ingredjenti tipiċi kollha li ssib fil-letteratura għaż- żgħażagħ — fantaxjenza, poteri maġiċi, dar Gotika msaħħra, protagonista mistħija u magħluqa li fl-aħħar tirpilja, ħbiberija fil-kulleġġ, bullies, alkoħol, ġibdiet romantiċi, Ingliżati u mobile phones. Il-karattri spiss isejħu lilhom infushom "bro" u l-ħin kollu medhija fl-iscreens. Il-grupp ta' ħbieb ewlieni jinġibed ukoll minħabba d-dgħufija ta' kull wieħed minnhom kontra l-bullies tal-kulleġġ. Kull karattru partikolari għadu qed jifforma, ilkoll bil-kwalitajiet speċifiċi tiegħu. Din is-sensiela l-ġdida maħsuba, kemm għal qarrejja bejn it-13 u t-18-il sena, kif ukoll għall-adulti. Il-Missjoni tal-Mostru jlaqqagħna ma' Camilla, tfajla nieqsa mill-kunfidenza li tkun se tibda tmur il-Kulleġġ meta jibdew iseħħulha affarijiet strambi, bħal dawl aħdar li jibda jiddi min-nemex tagħha malli tibda tara mostru inviżibbli. F'din l-avventura stramba, jingħaqdu magħha l-ħbieb ġodda li għamlet mill-Kulleġġ, ilkoll bid-dgħufija u l-partikolaritajiet tagħhom. Schembri jirnexxilu jpinġilna karattri ħelwin b'ċertu umoriżmu xier- aq għall-udjenza maħsuba tal-ktieb. Al- eksa, tfajla b'saħħitha u sportiva, isservi ta' karattru femminist li juri li tfajliet jafu jkunu iktar qawwija ħdejn is-sub- ien. Fl-istorja tkun hi li tieqaf lill-bully, tiġġieled il-mostri u jkollha temperament iktar maskili u selvaġġ. Ċerti dettalji fid-deskrizzjoni tal-kwalitajiet idjosink- ratiċi tal-karattri jlaħħmu iktar il-karattri u jagħmluhom aktar kariżmatiċi. It-ton u l-istil kif inhuma miktuba l-persunaġġi żgħażagħ huma kredibbli u faċli għall-qa- rrej żagħżugħ biex jirrelata magħhom. Il-ktieb jibni l-misteru b'mod dina- miku gradwali, b'sensiela ta' episodji li għall-bidu jidhru mhux marbuta flimk- ien. L-awtur iħalli lill-qarrej fuq ix-xwiek billi l-istampa tinbena biċċa biċċa, fejn l-informazzjoni tinġabar ma' kull episod- ju, l-istess kif il-karattri jibdew jifhmu ftit ftit x'qed jiġri. Schembri joħloq ukoll karattri surreali bħal Gideon Pandoran- dru, kreatura li tfakkarna iktar f 'xi ħle- jqa tal-ġnien, toħroġ mis-siġar, titkellem minn werqa, u tivvjaġġa f 'karettun li b'xi mod fih iġorr univers infinit ta' mfietaħ. Mark hu wkoll karattru misterjuż, mostru inviżibbli ħlief għal Camilla, li jitkellem b'Malti mħawwad u li l-protagonista tis- piċċa tieħu grazzja miegħu. B'dan kollu, Schembri ħoloq univers li jfakkarna f 'xi ġrajja ta' Harry Potter jew Lord of the Rings. Camilla tgħix ġo dar kbira li Schembri jagħmel ċert li jenfasiz- za li hi Gotika. Dan l-univers jista' jkun kemxejn klixè, minkejja l-fatt li jappella għad-dinja spiss tenebruża ta' teenagers li qed jikbru. Apprezzajt iktar il-partijiet ta' dan l-univers li ħoloq Schembri li huma iktar awtentiċi għax nibtu mir-realtà lokali, bħar-raħal imsemmi Ħalbail-Mal- ti mħawwad li jitkellem Mark il-mostru, u l-Ingliżati li jikkaratterizzaw il-bul- lies kesħin. Jidhirli li hemm iktar valur fil-ħolqien ta' universi immaġinarji aktar rilevanti lokalment milli l-imitazzjoni ta' universi prevedibbli ġejjin minn awtu- ri barranin. Bħala qarrejja nidentifikaw iktar u nespandu l-immaġinarju tagħna b'mod iktar armonjuż u identifikabbli għall-Maltin. Il-ktieb hu estensiv — kważi 400 mitt paġna b'għadd kbir ta' episodji qosra. Schembri jiġbidna fid-dinja kumplessa li ħoloq, magħmula minn maġija bejn id-Dinja ta' Fuq u d-Dinja ta' Taħt. Jid- deskrivilna dan l-univers bir-reqqa bid-dettalji kollha, iżda kultant kważi żżejjed, b'deskrizzjonijiet li forsi kien jeħtiġilhom editjar iktar drastiku biex ikunu iktar ekonomiċi u b'hekk iktar mexxejja mingħajr ma jintilfu f 'dettal- ji superfluwi. Fir-rendiment ta' rakkont tal-fantasija li jibni univers tant estensiv u kumpless, hemm il-periklu li l-awtur jitlef il-qofol tal-kitba nnifisha u jeħel wisq fuq il-kontenut u l-għan tal-kitba. Schembri jidher kultant donnu tant kien qed jedha jimmaġina u jikteb kull dettall ta' dan l-univers li xi drabi kien metikoluż wisq u forsi jaf jitlef jew jgħejji lill-qar- rej, meta seta' kien aktar mexxej u ħafif. Pereżemju, Schembri jħobb iżid dettalji pedantiċi li jafu jkunu tedjanti, bħall-fatt li kien "qalziet twil abjad" (il-qliezet ġen- eralment ikunu twal). Il-Malti użat kult- ant hu kemxejn iggalbat u borgiż iżżejjed. L-użu ta' kliem inqas naturali u formali żżejjed, bħal "angola" u "spjetatament", ikompli jtaqqal it-test. Fir-rendiment ta' rakkont tal-fantasija li jibni univers tant estensiv u kumpless, hemm il-periklu li l-awtur jitlef il-gost tal-kitba nnifisha u jeħel wisq fuq il-kontenut u l-għan tal-kitba. Xtaqt ukoll kieku Schembri ma kellux għalfejn jaqleb għall-Ingliż għal ċerti ismijiet bħal isem il-grupp, is-"Second Squad", u kliem bħal "Cool! Secret pas- sage!". Minn naħa nifhem l-intenzjoni li tiġi replikata l-lingwa tipika mħallta li tinstema' speċjalment fost iż-żgħażagħ, imma minn oħra qed jitlef iċ-ċans li jħad- dem il-Malti fir-reġistri li fihom proprju rridu nħaddmuh biex jilħaq lill-Inġliż — f 'titli, espressjonijiet u kliem iktar speċi- fiku jew tekniku. It-test għandu ħabta jispjega wisq min- flok ma jevoka. Schembri ma jevokax univers Gotiku, mudlam u misterjuż, imma jgħidilna direttament li l-kastell hu Gotiku. Fid-deskrizzjoni ta' Leo, ma jħallix lill-qarrej jassoċjah ma' xi karattru tal-manga, b'xagħru blu u ħwejġu suwed, imma jispjegalna mill-ewwel hu flok ma jħallina nifhmu mill-mod ta' kif l-awtur ifassal il-karattru. F'din is-sentenza l-ist- ess: "'Le,' weġibha Davide. Bit-ton tiegħu ried jagħmilha ċara daqs il-kristall li din id-deċiżjoni kienet waħda finali.'" Kien ikun iktar evokattiv kieku l-qarrej fehem waħdu mill-kliem jew l-espressjoni ta' Davide x'kienet il-burdata tiegħu, min- għajr ma jiddettalna litteralment il-kit- tieb. Minn dan il-lat, it-test f 'xi mumenti jista' jkun kemxejn iffullat u fastidjuż, u seta' jħalli iktar f 'idejn l-immaġinazzjoni tal-qarrej u jikkonċentra iktar fuq is-sus- tanza. Madankollu, niftakru li dan hu ktieb għaż-żgħażagħ, li jispjega wkoll forsi l-ħtieġa li jkun iktar dirett. L-avventura msaħħra li jinseġ Schembri tiżvela l-is- torja sħiħa b'tali mod li jżomm lill-qarrej kurjuż, hekk kif dan jgħaqqad il-partijiet tal-istampa biċċa biċċa ma' kull episod- ju sa ma fl-aħħar jifhem il-ġrajja kollha, bħal bil-maqlub tal-ordni li fiha ġrat. Schembri jirnexxilu joħloq ktieb li jħad- dem il-Malti għal din l-udjenza, li hu meħtieġ fl-għażla ċkejkna li għandna ta' kotba bħal dawn bi lsienna. Dan il-ktieb se ikun jista' jikkompeti mal-kotba kor- rispondenti tiegħu bl-Ingliż, biex il-qar- rejja żgħażagħ Maltin ikunu jistgħu wkoll jaqraw kotba adattati għalihom anki bil-lingwa tagħhom.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 13 July 2025