Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1537461
opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 13 TA' LULJU 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Is-serata finali tal-festival se ssir nhar is-Sibt, 2 ta' Awwissu 2025, ġewwa l-ambjent storiku u spettakolari ta' Pjazza Teatru Rjal, fil-Belt Valletta. Din is-sena ġew sottomessi 124 kanzunetta oriġinali u wara proċess ta' selezzjoni ntgħażlu 16-il finalist li se jippreżentaw xogħlijiet ġodda u varjati, mill- Maltin għall-Maltin. Il-kantanti finalisti, flimkien mal-Malta Concert Orchestra, qed jagħmlu l-aħħar tħejjijiet għad-49 edizzjoni ta' L-Għanja tal-Poplu, festival ta' kanzunetti oriġinali bil-Malti. Fost is-16 il-finalist hemm Jessica Micallef bid-diska "Qalbi", Avenue Sky bid-diska "Bħal Aħwa", Lon Kirkop bid- diska "Astronawta", Rita Pace bid-diska "Narakom l-Infern", Anna Azzopardi bid-diska "Tgħid X'Se Nsib", Mark Cachia bid-diska "Toninu", Graziella Mifsud Schembri Vella bid-diska "Għad Għandha Erba' Snin", Martina Fenech u Ishmael Grech bid-diska "Perla", Danica Muscat bid-diska "Karbet Ġaħan", Kayley Cuschieri bid-diska "Ersaq 'l Hawn", Mark Tonna bid-diska "Moħħi Mistrieħ", Francesca Zammit bid-diska "Immorru", Mark Spiteri Lucas u Mark Micallef Costa bid-diska "Skuri u Ċari", Cherylis bid- diska "Inħobbok Wisq", Haley bid-diska "Valletta Ġrajjieti", u Daryl Jaymes bid-diska "Aħfirli". Il-festival se jkun ippreżentat minn Debbie Scerri u George Cremona, żewġ figuri magħrufin fix-xena kulturali Maltija. Il-mistieden speċjali tas-serata se jkun Joe Demicoli u qabel jitħabbru r-rebbieħa, Laura Bruno se tinterpreta l-kanzunetta "Għażiża", rebbieħa ta' L-Għanja tal-Poplu 2024. Il-festival beda fl-1973 bħala festival ta' kanzunetti folk organizzat mill-Youth Travel Circle fil-Belt Valletta. Il- festival kien mezz biex iħajjar awturi u kompożituri joħolqu u jinterpretaw kanzunetti bil- Malti u jinterpretawhom fil- pubbliku. L-għan tal-festival dejjem kien li jinkoraġġixxi l-ħolqien ta' kanzunetti bl-ilsien Malti. Il-biljetti għas-serata jistgħu jinxtraw minn fuq is-sit ta' www.ticketline.com.mt. Aktar informazzjoni dwar il-festival, il-kanzunetti, u l-artisti tinstab fis-sit www.ghanjatalpoplu.org. L-Għanja tal-Poplu qed jittella' b'kollaborazzjoni ma' Pjazza Teatru Rjal u huwa megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti. Id-49 Edizzjoni ta' L-Għanja tal-Poplu Minn Charles Casha sa Laura Brono — l-evoluzzjoni tal-festival Kunċert imtella' mis-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan Is-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan ta' Ħal Qormi qed tħejji sabiex nhar il- Ħamis 17 ta' Lulju 2025 ittella' kunċert bid-direzzjoni ta' Mro Dominic Darmanin. Dan il-kunċert fl-apert se jisfida l-kapaċità versatili tas- Soċjetà Filarmonika. Dan għaliex bħala parti mill-festa parrokkjali ta' San Sebastjan se jittella' l-kunċert vokali u strumentali u se jinvolvi 'l fuq minn 40 esponent żagħżugħ minn Masquerade Malta. Il-preparazzjoni għal dan il-kunċert ilhom għaddejjin xhur, hekk kif dan jinvolvi pjanijiet u sfidi loġistiċi biex jittella' fi triq pubblika. B'hekk, mhux biss il-kunċert jilħaq l-aspettattivi tiegħu kollha sal- anqas irqaqat, iżda l-artisti u l-mużiċisti flimkien ikollhom l-ispazju kollu biex iwasslu serata ta' livell għoli, b'ħidma konġunta u b'esebizzjoni li żgur se timpressjona. L-ewwel parti tal-kunċert se tikkonsisti minn innijiet devozzjonali ddedikati lil San Sebastjan fosthom dak magħruf bħala l-Innu l-Kbir ta' Mro Giovanni Gatt, li kien indaqq għall-ewwel darba minn din il- banda fl-1907. Apparti l-Innijiet, l-ewwel parti tal-Kunċert se tkun tinkludi wkoll siltiet klassiċi tal- Banda, fosthom Poet and Peasant, kompożizzjoni ta' Franz von Suppé (1819 – 1895), u siltiet oħra kontemporanji u ta' żminijietna. It-tieni parti se tkun iddedikata għal mużika aktar popolari bħal dik tal-grupp Queen, tant li hawn se naraw l-involviment ta' diversi esponenti promettenti fix-xena artistika lokali. F'dil- parti, żgħażagħ u tfal imħarrġa fid-dixxiplini tal-kant, tad- drama u ż-żfin, se jingħaqdu mal-banda biex b'kostumi u b'korjografija mħarrġa, iwasslu kunċert lil hinn minn dak li normalment naraw fil-kunċerti tal-festi. Dan il-kunċert vokali u strumentali huwa bla ħlas, u se jsir nhar il-Ħamis 17 ta' Lulju 2025 fi Triq San Sebastjan f 'Ħal Qormi fid-9:00 p.m. Fih se jieħdu sehem ukoll it- Tenur Joseph Aquilina, il-kor ta' Romina Vella, u l-kantanta Kristy Spiteri li din is-sena ġiet fit-tieni post fil-Malta Eurovision Song Contest. Il-kunċert fl-apert se jisfida l-kapaċità versatili tas-Soċjetà Filarmonika L-għan tal-festival dejjem kien li jinkoraġġixxi l-ħolqien ta' kanzunetti bl-ilsien Malti