Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1537461
13 arti u kultura IL-ĦADD 13 TA' LULJU 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Inner Garden — vjaġġ liriku ta' kreattività, preżenza, u żvilupp emozzjonali Dan is-sajf, l-artista Julia Borg qed terġa' lura lejn e Phoenicia Malta u tistedinna fid- dinja intima u luminuża tagħha bl-aħħar wirja tagħha, Inner Garden. Din hija kollezzjoni vibranti u urita li tnisslet minn sena ta' uħ emozzjonali, tkabbir artistiku, u preżenza mill-ġdid. Filwaqt li timmarka punt ta' bidla fil-prattika kreattiva tagħha, Inner Garden tiżvolġi bħala djalogu viżiv u emozzjonali bejn l-artist u l-ambjent tagħha. "Matul din l-aħħar sena," tispjega Borg, "sibt lili nnifsi ninfetaħ aktar — nilqa' nies f 'ħajti, u niġi milqugħa jien ukoll. Dawn l-iskambji saru d-dawl li ħalla l-ħajja f 'din il- kollezzjoni." Kull xogħol jirrifletti din ir- reżonanza maqsuma; ħaj permezz ta' jdejn espressiva u kuraġġuża. Miżbugħa waqt li kienet immersa fir-ritmi tal-jazz, il-proċess ta' Borg kien wieħed spontanju u emozzjonali, bil-kuluri spiss imħallta direttament fuq il- kanvas biex jinħolqu awtentiċità u sorpriża. Il-paletta tagħha, bi ħdura ħajja u maġenta radjanti, tindika l-vitalità ta' pajsaġġi interjuri fi ur sħiħ. Il-messaġġ fiċ-ċentru tal-wirja huwa kemm universali, kif ukoll personali: Ħu ħsieb il-ġnien ta' ġewwa tiegħek. Kun preżenti. Oħloq b'intenzjoni. Borg tfakkarna li ġewwa kull wieħed u waħda minna hemm spazju kreattiv u sagru: post li jixraqlu kura, attenzjoni, u ferħ. Ix-xogħlijiet tagħha jsiru meditazzjonijiet fuq dak l-ispazju, u jistiednu lill- viżitaturi biex jieqfu, jirriflettu, u jerġgħu jgħaqqdu ruħhom mal- ġewwieni tagħhom. B'żieda emozzjonanti mal-wirja, Borg se tilbes libsa li ħietet hi stess — l-ewwel waħda tagħha — bħala ġest simboliku ta' ritorn għat- tfulija u l-kuraġġ tal-bidu kreattiv. "Ma kienx dwar ir-riżultat" tgħid, "iżda dwar il-proċess — l-att li toħloq xi ħaġa sempliċement għax ħassejtni miġbuda lejha." Ix-xogħlijiet huma magħmula b'teknika mħallta, li tgħaqqad l-akriliku maż-żejt biex jinħoloq fond, fluwidità, u tessut espressiv. Is-saffi differenti tal-materjali jirriflettu s-saffi emozzjonali tas- sena li ispirathom. Fl-aħħar mill-aħħar, Inner Garden hija offerta ta' ruħ, sejħa biex niakru fil-ferħ tal-ħolqien, u ċelebrazzjoni kwieta tas-sbuħija li tiġi meta tkun ħaj b'mod sħiħ u radjanti. Inner Garden hija miuħa fil-Palm Court Lounge, e Phoenicia Malta, sal-31 ta' Lulju. Wirja retrospettiva importanti tal-artist rinomat Malti Carmelo Mangion (1905–1997) nediet nhar il-Ħadd 6 ta' Lulju fil-Mużew Il-Ħaġar fir-Rabat, Għawdex. Intitolata 'Carmelo Mangion: Mystery & Modernity', il-wirja hija kkurata mill-istorika tal-arti Dr Nikki Petroni u hija waħda mill-aktar esibizzjonijiet estensivi tax-xogħol ta' Mangion sal-lum. Il-wirja tkopri diversi għexieren ta' snin mill-karriera tiegħu, u toffri opportunità rari biex wieħed jesperjenza d-diversità u l-fond tax-xogħol artistiku ta' Mangion, li jvarja minn xogħol fin ta' inkisi b'ħila u teknika għolja, sa pajsaġġi espressivi, ritratti, u pitturi reliġjużi. Imwieled in-Naxxar, Mangion jibqa' figura sinifikanti iżda spiss sottovalutata fl-iżvilupp tal-arti Moderna f 'Malta. Kien mhux biss artist prolifiku iżda wkoll għalliem influwenti. Permezz tal-lezzjonijiet tiegħu fl-Iskola tal-Arti fil-Belt Valletta, kien strumentali fl-istabbiliment tal-prattika tal-inkis f 'Malta fis-seklu 20, u ħalla impatt qawwi fuq ġenerazzjonijiet ta' artisti Maltin. Filwaqt li l-inkisi tiegħu juru ħila teknika raffinata, il-pitturi tiegħu juru sensittività profonda lejn l-ambjenti naturali u urbani. Ir-ritratti u l-opri reliġjużi tiegħu juru wkoll il-ħakma tiegħu fuq il-forma u l-emozzjoni, li juru l-versatilità u l-kontemplazzjoni tal-artist. Carmelo Mangion: Mystery & Modernity hija miuħa għall-pubbliku fil-Mużew Il-Ħaġar sat-8 ta' Settembru 2025. Katalgu tal-wirja b'kuluri sħaħ li jinkludi kitbiet minn Dr Nikki Petroni, Konrad Buhagiar, u Lino Borg jinsab għall-bejgħ. Il-wirja qed tiġi ppreżentata bħala parti mit-28 edizzjoni tal-Victoria International Arts Festival u qed tiġi appoġġata mill-Gozo Action Group Foundation permezz tal-programm LEADER. Carmelo Mangion: Mystery & Modernity — Ċelebrazzjoni ta' pijunier modern Malti Il-wirja toffri opportunità rari biex wieħed jesperjenza d-diversità u l-fond tax-xogħol artistiku ta' Carmelo Mangion Inner Garden tiżvolġi bħala djalogu viżiv u emozzjonali bejn l-artist u l-ambjent tagħha