Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1537461
www.illum.com.mt NRU 973 €1.50 IL-ĦADD 13 TA' LULJU 2025 ONE TEAM YOU DON'T HAVE TO WAIT FOR SUCCESS TO HAPPEN. WE HELP YOU BUILD IT. Not a franchise INTERVISTA MAL-EKS IMĦALLEF TONI ABELA PAĠNI 6 - 7 IKOMPLI F'PAĠNA 2 Hekk kif il-megamiljunarju Charles Polidano magħruf bħala ċ-Caqnu ħa l-ikbar rigal ta' ħajtu b'multa redikola ta' €1.8 miljun mill-Awtorità tal-Ippjanar bil-barka ta' Kastilja għal meded ta' bini u arkitettura illegali grotteska u ħamalla f 'post imsemmi Montekristo, il-Prim Ministru Robert Abela ddefenda l-ingaġġ ta' Kurt Buhagiar, persuna kriminali li kienet ġiet akkużata bit-traffikar ta' persuni fl-Italja u għamlet sena l-ħabs fl-Italja. U apparti hekk, wara li din il-persuna ngħatat art mill-Malta Enterprise u l-Indis f 'Kordin u bniet qoxra ta' fabbrika li kienet sfrondat u qatlet lil Jean Paul Sofia. Buhagiar kien spiċċa mixli fil-Qorti bil-qtil involontarju ta' Jean Paul Sofia (ara editorjal paġna 11) wara li l-bini kien sfronda u qatel lill-ġuvni Sofia. U kien ġie sospiż u issa għadu kif ingħata l-opportunità li jerġa' lura għax-xogħol. Kurt Buhagiar — li apparti li reġa' sar xufier mal-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Artijiet Robert Vella — huwa wkoll raħħal b'razzett iddisinjat qisu villa fil-Wied ta' Għajn Riħana fejn għandu nagħaġ maqfulin fi kmamar fit- terran tal-bini ġol-wied. Ħaġa tal-iskantament hi li ħadd ma jistaqsi kif Buhagiar jista' jagħmel dawn it-tliet affarijiet f 'daqqa. IKOMPLI F'PAĠNA 5 IĊ-ĊAQNU JINGĦATA RIGAL KBIR MILL-GVERN FILWAQT LI KRIMINAL JINGĦATA XOGĦOL LURA MAL-GVERN Kunsill ġdid, dejn kbir, u skandli qodma Charles Polidano ċ-Ċaqnu (xellug) kuntent bil-multa miżera għal snin ta' abbuż, kif hu kuntent Kurt Buhagiar (lemin), kriminal li reġa' lura għax-xogħol mal-Gvern wara li għamel sena l-ħabs fuq traffikar ta' migranti fl-Italja u li qed jistenna li jibda proċess ġudizzjarju għall-qtil involontarju ta' Jean Paul Sofia. JAELLE BORG Il-Kunsill preżenti tal-Mosta qed jaffaċċja sitwazzjoni finanzjarja kritika li wasslet biex diversi kuntratturi jwaqqfu xogħlijiet minħabba ħlasijiet pendenti għal xogħol li sar taħt l-amministrazzjoni preċedenti. Skont sors qrib il-Kunsill, "sibna Kunsill li jaffaċċja miljuni f 'dejn, pagamenti bla trasparenza, u kuntratti diretti li ġew imħaddma barra kull forma ta' proċedura normali." Il-fajls interni juru serje ta' xogħlijiet addizzjonali li ġew ordnati barra l-kuntratt inizjali mingħajr dokumentazzjoni li turi kif ġew approvati. Dawn jinkludu spejjeż mhux mistennija għal xogħlijiet madwar il-lokal, inkluż xogħlijiet fuq siġar, pavimentar, u manutenzjoni oħra — kollha ffinanzjati barra l-baġit u mingħajr sejħa pubblika għal offerti.