MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 13 July 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1537461

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

aħbarijiet IL-ĦADD 13 TA' LULJU 2025 • illum 04 Malta titqies l-iktar gżira ffullata bit-turisti fl-Ewropa Iktar minn 450 permess maħruġin mill-Awtorità tal-Ippjanar f 'San Pawl il-Baħar f 'sena u nofs Mill-gżejjer kollha Ewropej, Malta tqieset bħala l-iktar waħda ffullata fejn tidħol id-densità tat-turiżmu — fi kliem ieħor, kemm jiġu turisti Malta meta mqabbel mal-kobor tal-pajjiż. Minn stħarriġ magħmul mis-sit BookRetreats.com, fejn analizzaw data maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea, sabu li Malta għandha densità tat-turiżmu ta' 38,777.01. Dan jiġifieri għal kull kilometru kwadru li fih il-pajjiż, ikun hawn iktar minn 38,700 turist. Filwaqt li gżejjer oħrajn jattiraw numru ikbar ta' turisti, b'Mallorca l-iktar gżira li tattira nies, Malta toħroġ minn ta' fuq fejn tidħol il-konċentrazzjoni ta' nies f 'post wieħed. "Malta hija żgħira biżżejjed biex tidħol f 'Londra ħames darbiet u iktar iżda tara 'l fuq minn 38,700 persuna tqatta' lejl fil- pajjiż għal kull kilometru kwadru", qal fir- rapport tiegħu s-sit. "Malta effettivament tassorbi nies daqs belt kapitali kbira, imma b'ħafna inqas spazju u infrastruttura ħafna iżgħar." Skont ir-rapport, id-densità tat-turiżmu f 'Malta hija kważi d-doppju tal-gżira li ġiet it-tieni: il-gżira Lanzarote, parti mill-Gżejjer Kanarji, li kellha densità tat- turiżmu ta' 21,673.72. Barra minn hekk, ir-rapport qal ukoll li d-densità tat-turiżmu ta' Malta huwa ikbar minn dak li nstab fil-gżejjer ta' Lanzarote u Tenerife f 'daqqa: 38,546.77, li hija mitejn inqas minn dik ta' Malta. Fl-istess ħin, fir-rapport kitbu li l-ikbar proporzjon tan-nies deħlin fil-pajjiż huma Brittaniċi. Dan huwa konsistenti mal-istħarriġ li kontinwament jagħmel l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) li konsistentement isib li t-turisti Brittaniċi jirrappreżentaw l-ikbar proporzjoni ta' turisti. Bħala eżempju, skont ir-riċerka tagħhom, l-uniċi xhur fl-2024 fejn il-Brittaniċi m'ammontawx għall-ikbar proporzjon tat- turisti kienu Jannar, Lulju, u Awwissu — jiġifieri kwart tas-sena biss. Ir-rapport qal ukoll li minkejja l-impatt tat-turiżmu fil-pajjiż u d-dubji kbar dwar kif il-pajjiż jista' jattira t-turisti b'mod sostenibbli, il-Gvern ta' Malta jixtieq ikabbar in-numru ta' turisti li jidħlu f 'Malta għal 4.5 miljuni sal-2034. Din hija strateġija li tagħmel parti mill- inizjattiva msejħa "Malta Vision 2050", fejn il-pajjiż jixtieq jattira turisti iktar sinjuri. Dan ir-rapport ħareġ f 'kuntest fejn ħafna residenti minn gżejjer u bliet ultraturistiċi qed jipprotestaw kontra t-turiżmu eċċessiv. Dawn jinkludu bliet bħal Barċellona, Lisbona, Napli, Venezja, u Palermo, u gżejjer bħal Ibiża. Skont id-dimostranti, it-turiżmu eċċessiv qed jgħolli l-prezzijiet tal-proprjetà sal-punt li n-nies lokali lanqas jistgħu jaffordjawhom iktar; jgħolli l-għoli tal- ħajja; u jwaqqaf lir-residenti milli jkunu jistgħu jżuru ċerti siti minħabba l-ammont kbir ta' nies li jżuruhom. Għawdex u Kemmuna ħafna inqas iffullati Minkejja li s-sit uża l-eżempju ta' Bejn il- Kmiemen, il-bajja magħrufa popolarment bħala Blue Lagoon, bħala eżempju tal-impatt turistiku fuq Malta, Kemmuna u Għawdex tqiesu bħala ħafna inqas iffullati minn Malta. Iżda xorta waħda ż-żewġ gżejjer flimkien ġew mal-ewwel 15-il gżira fil-lista tal- gżejjer bl-ogħla densità tat-turiżmu. Skont l-istħarriġ, Għawdex u Kemmuna ġew fl-14-il post hekk kif kellhom densità tat-turiżmu ta' 4,556.09 — jiġifieri għal kull kilometru kwardu, hemm iktar minn 4,500 turist. F'sena u nofs, b'kollox inħarġu 466 permess ta' żvilupp mill- Awtorità tal-Ippjanar f 'San Pawl il-Baħar bejn l-1 ta' Jannar 2024 u t-2 ta' Ġunju 2025. Dawn il-permessi jinkludu kull tip ta' applikazzjoni mal- awtorità, skont il-Ministru Clint Camilleri li ta dil-informazzjoni fil-Parlament. Skont il-Ministru, iċ-ċifra li ta hu tkopri "permessi għal kull tip ta' applikazzjoni, sew għal binjiet ġodda, kif ukoll applikazzjonijiet għal tibdil jew tnaqqis jew żidiet għal binjiet eżistenti jew bdil fl- użu ta' strutturi eżistenti". Camilleri qal ukoll li fost dawn il-permessi, hemm ukoll applikazzjonijiet għal permessi sħaħ, permessi għal tiġdid, kif ukoll permessi dwar il-mertu, li, fi kliemu, "permezz tagħhom ma jista' jsir ebda żvilupp". Il-Ministru Camilleri kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari magħmula mill-Kelliema tal- Oppożizzjoni Graziella Galea. Galea staqsiet lill-Ministru dwar kemm inħarġu permessi f 'San Pawl il-Baħar fis-snin 2024 u 2025, kemm mill-permessi huma għal bini ta' residenzi, u kemm minnhom huma għal residenzi b'kamra tas-sodda waħda, b'żewġ kmamar, jew bi tlieta. Iżda l-Ministru, għal xi raġuni, ma weġibx it-tieni mistoqsija, u kemm ta l-figura li semmejna iktar 'il fuq li tkopri kwalunkwe permess. Fi kliem ieħor, ma qalilniex kemm mill-466 permess huma għal residenzi, lukandi, restoranti, eċċ. Rigward it-tielet mistoqsija, Camilleri qal li "l-Awtorità ... ma żżommx statistika dwar in- numru ta' kmamar tas-sodda li jiġu approvati." Il-Ministru ma qalx kemm mill-466 permess imsemmijin minnu huma għal residenzi, jew lukandi, jew tipi ta' żvilupp oħrajn Filwaqt li gżejjer oħrajn jattiraw numru ikbar ta' turisti, Malta toħroġ minn fuq fejn tidħol il-konċentrazzjoni ta' nies f 'post wieħed

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 13 July 2025