Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1537461
intervista IL-ĦADD 13 TA' LULJU 2025 • illum 06 'Ma jiddispjaċini Intervista li għamel Saviour Balzan lil Toni Abela wara li rtira minn imħallef Il-fatt li inti trabbejt fil-Marsa u l-Ħamrun kien ta' influwenza kbira fuq kif taħseb fuq ċerti sfidi fis- soċjetà Maltija. Għidli xi ħaġa fuq dak iż-żmien. Dawn iż-żewġt irħula ttrasformaw lilhom infushom. Jien il-Marsa nitfakarha għadha bl-għelieqi, proprju fi żmien meta bdew it-Triq ta' Diċembru 13. Illum qas toħlomha. Minħabba din it-triq li kien hemm bżonnha, qisu nqasam f 'żewġt irħula, wieħed 'il bogħod mill-ieħor. Il- Ħamrun l-istess, il-ħwienet kienu aktar ġenwini, tan-nies, tal-ħaddiema. U ma kienx għadu beda l-fenomenu tal- emigranti. Illum, jekk tmur il-Ħamrun, mill-pjazza 'l isfel anqas qisek għadek il- Ħamrun. L-irħula tal-lum m'għandhomx x'jaqsmu ma' dawk li niakar jien. Niakar nitħallat man-nies tal-post u man-nies tax-xogħol. Kollox kien għadu ġenwin; bejjiegħa wara l-bieb b'ikel frisk. Kien hemm tal-merċa u mhux tal-Lidl. Kien hemm element ieħor – għax qiegħed tpinġi kollox ward u żahar. Kien hemm ukoll il-faqar f'dawn iż- żewġt irħula. Ħa ngħidlek, kien hemm il-faqar imma kien hemm ukoll element ta' solidarjetà soċjali. Kull min kien isajjar, kien jagħmel platt żejjed għal ħaddieħor. In-nies kienu jaqlgħuha u jikluha, imma kien hemm l-element ta' solidarjetà soċjali u l-kollettiviżmu. Iva, kien hemm il-faqar imma tiskanta, jien kont ngħix bix-xejn ma nafx kif. Kien hemm dan il-mument fejn ksibt l-edukazzjoni li wasslitek għat-triq tal-Università. Inti persuna li ta' età żgħira kont diġà ħadt interess fil-kitba u fil-qari, u wrejt ċerti aspirazzjonijiet. Għidli fuq dan il- vjaġġ. Ara, jien qatt ma mort skola privata. Jien dejjem mort skejjel tal-Gvern, mill- primarja sal-Università. Ommi u missieri qatt ma ħallsuli privat, in-nanna pruvat imma dawk il-flus tal-privat jien kont nużahom għall-boċċi. Jien inzertajt kelli għalliema tajbin. Wieħed minnhom, ġieli ktibt fuqu, żera' fija l-interess tar-riċerka u tal-analiżi fil-primarja, is-Sur Fredrick Vella Jones. Dan kien għalliem li kien isalva t-tfal li setgħu ntilfu. Kelli l-opportunità mmur il-Lyceum tal-Ħamrun fejn kelli għalliema impekkabbli, u għal dan jien kont ixxurtjat. L-istess fis-sixth form fejn kelli għalliema li mmotivawni. Allura jien minn stadju ieħor tal-iskola, forsi għax kont fortunat, sibt għalliema li żergħu fija l-interess tar-riċerka u għalhekk iddeċidejt li nidħol l-Università. Kien hemm mument fejn kellek interessi oħra minflok tidħol l-Università? Iva kelli, u naf għal xiex qed tgħid. Jiena kont dħalt ukoll mas-Soċjetà tal-MSSP, li għaliha għandi ammirazzjoni kbira. Kont għamilt sena u nofs iż-Żebbuġ, Għawdex. Dakinhar kelli Superjur lil Dun Narċis