MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 14 September 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1539445

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

aħbarijiet IL-ĦADD 14 TA' SETTEMBRU 2025 • illum 04 ILENIA DEBONO Il-gazzetta ILLUM poġġiet ma' Rita Saliba, xabbatriċi li xxabbtet "Grade 7c Sport Route", l-iżjed livell diffiċli li qatt ixxabbtet miegħu xabbatriċi Maltija. F'dawn l-aħħar snin, Saliba telgħet il-Muntanja Kilimanjaro, kif ukoll il-Muntanja Elbrus. Issa tefgħet għajnha fuq il-Muntanja Aconcagua, l-ogħla punt fl- Amerka ta' Isfel b'għoli ta' 6,962 metru. L-għan ta' Saliba huwa li tgħaqqad l-isfida tas-"Seven Summits", imma barra minn hekk Saliba qed tiddedika din l-avventura lix-xelter tal-klieb l-Association for Abandoned Animals (AAA). "Għażilt li nappoġġja lill-AAA kemm bħala ġieħ lil kelb tiegħi Spots, li trabbejt miegħu u ħalliena it snin ilu, kif ukoll peress illi l-AAA tiddependi kompletament fuq donazzjonijiet mill-pubbliku. Għalhekk ridt inqajjem għarfien u appoġġ għall-ħidma sabiħa li jagħmlu," qalet Saliba meta ġiet mistoqsija għala għażlet li tiddedika l-avventura tagħha lil għan nobbli bħal dan. Hi qasmet magħna kif minn dejjem kellha post speċjali għall- annimali f 'qalbha, minn mindu kienet tfal. Qalet kif meta kienet żgħira, hi flimkien ma' familtha kienu anke jieħdu ħsieb annimali selvaġġi midruba. Saliba tenniet li kieku setgħet tintroduċi liġi sabiex tgħin ix- xelters tal-annimali, hi kienet tipproponi li l-edukazzjoni dwar il-kura u l-ħarsien tal-annimali jkunu parti mill-kurrikulu fl- iskejjel. Dan hekk kif it-tfal jitgħallmu kmieni fuq dawn ir- responsabbiltajiet, li jirriżulta f 'inqas abbandun ta' annimali u aktar appoġġ għax-xelters li jiddependu fuq voluntiera u donazzjonijiet. Ix-xabbatriċi kuraġġuża tkellmet ukoll fuq l-avventuri passati tagħha. "Li rnexxieli nagħmel is-7c tibqa' waħda mill-isbaħ mumenti fil-karriera tat-tixbit tiegħi. Kien mument ta' sodisfazzjoni kbir u kisba personali li għadni ngħożż sal- lum." Hi rrakkontat esperjenza oħra fuq il-muntanji, esperjenza li seħħet fil-bidu tal-karriera tat- tixbit tagħha. Saliba u r-raġel tagħha ddeċidew li jippruvaw it-traversa tal-Grand Perron, wara li rnexxielhom isibu gwida li għamlet il-biċċa tidher bħala waħda ħafifa. Però, il-gwida naqset milli tgħidilhom kemm kienet twila u esposta din ir-rotta. "Biex ma nkunux mgħobbija żżejjed, ħadna biss it granola bars, tuffieħa kull wieħed u ferm inqas ilma milli kellna bżonn," irrakkontat. Hi kompliet, fejn qalet li r-rotta minnha nnifisha ma kinitx diffiċli wisq, imma kien hemm ċerti mumenti fejn verament ħasduhom. Wara nofs it-triq, huma ddeċidew li jinżlu bl-abseil minn waħda mir-rotot li jitilgħu mal-faċċata ewlenija tal- muntanja. Minn din l-avventura, Saliba ħadet tagħlima: dejjem ippjana iżjed għal iżjed milli taħseb li għandek bżonn — speċjalment ilma, tnaqqir, u krema għal kontra x-xemx ... u dejjem iċċekkja t-tbassir tat-temp! Meta mistoqsija xi jkun għaddej minn moħħha hi u tielgħa xi muntanja, Saliba qalet li jiddependi skont l-għoli u l-intensità tal-muntanja. Pereżempju, fuq xi muntanja żgħira u aktar faċli, issib lilha nnifisha taħseb fuq xi affarijiet trivjali, bħal x'se tiekol filgħaxija. Imbagħad fuq xi muntanja f 'altitudni għolja, dejjem tkun iffukata fuq kull dettall. "Inkun konxja ħafna tan-nifs tiegħi, u kif qed inħossni fiżikament sabiex nara jekk għandix bżonn innaqqas ir-ritmu biex nikkonserva l-enerġija tiegħi." Hi żiedet tgħid li madankollu dejjem issib ċans sabiex tgawdi l-meravilja tal- veduta li tkun imdawra biha. Saliba tkellmet ukoll fuq mumenti mhux daqshekk feliċi fil-għoli. "Fit-tixbit nitlef it-tama mill-inqas darba fil-ġimgħa, speċjalment meta nkun qed naħdem fuq proġett diffiċli li nkun ili naħdem fuqu għal ġimgħat jew xhur mingħajr suċċess. "Għadni ma stajtx nitla' minn isfel sa fuq mingħajr ma naqa' jew nieqaf nistrieħ fuq il-ħabel. L-għada nqum b'determinazzjoni kbira sabiex nipprova mill-ġdid. Dik il- motivazzjoni dejjem timbuttani biex insir aħjar." Hi qalet li s'issa qatt ma qatgħet qalbha għall-muntanji l-kbar, avolja ġieli kien hemm drabi fejn kważi waslet sa dak il-punt. Saliba rrakkontat l-istorja tagħha fir- Russja meta kienet qed tipprova tegħleb il-Muntanja Elbrus, fejn it- temp qaleb għall-agħar u miegħu żdiedet il-probabbiltà li ma kinux se jilħqu l-quċċata tal-muntanja. Madankollu, b'xorti tajba, it-temp tjieb u setgħu jitilgħu u jilħqu l-quċċata. Ix-xabbatriċi qalet li ġieli l-kumplikazzjonijiet jibdew minn qabel il-vjaġġ, bħal f 'dan il-każ fejn kienet diġà sfida sabiex jidħlu fir-Russja. "Jiddependi dejjem mill-pajjiż u l-muntanja partikolari," hi speċifikat li kull muntanja tas-Seven Summits tinsab f 'reġjuni remoti u iżolati, imma fortunatament ħafna mill-isfidi li wieħed jista' jiltaqa' magħhom ġeneralment jiġu mmaniġġjati minn gwidi lokali. Saliba kkonkludiet billi qalet li kull min jixtieq isegwi din l-avventura nobbli, flimkien ma' dawk oħrajn futuri, jistgħu jsegwuha fuq il-paġna ta' Instagram tagħha @rita_ saliba_12. Filantropija fil-għoli: l-iżjed xabbatriċi b'saħħitha f 'Malta se taħkem il-Muntanja Aconcagua b'risq l-AAA Rita Saliba, l-iżjed xabbatriċi b'saħħitha f 'Malta, titkellem mal-ġurnal ILLUM fuq l-avventura li jmiss tagħha, il-Muntanja Aconcagua b'risq ix-xelter tal-klieb, l-Association for Abandoned Animals Fuq ix-xellug, Rita Saliba fix-xelter wisq għal qalbha tal-AAA u fuq il-lemin, ix-xabbatriċi fuq il-quċċata tal-Muntanja Elbus

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 14 September 2025