MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 14 September 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1539445

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

għall-aħjar u tim li qed imexxi l-kampanja. Diġà għedt li se nkun qed naħtar campaign manager fil-jiem li ġejjin. F'dawn il-ġimgħat li ġejjin ħa nkun qed inniedi crowdfunding sabiex sal-elezzjoni ġenerali li ġejja nkunu preparati biżżejjed biex nagħmlu kampanja. Tal-crowdfunding ikkritikawk fuqha. Hemm bżonnha l-crowdfunding sabiex tmexxi elezzjoni ġenerali? Illum, kif taf, kampanja tiswiek il-flus, aħna m'għandniex power of incumbency kif għandu l-PL li jista' jġib il-flus mal-ewwel. Aħna nemmnu li l-partitarji tagħna se jkunu parteċipi mill- kampanja. Li aħna nkunu partit tan-nies għan-nies. Kif ukoll għal raġunijiet ta' trasparenza wkoll. Il-crowdfunding ħa jsir apparti l-maratoni sabiex inkompli nirranġaw is- sitwazzjoni finanzjarja tal- partit. Il-crowdfunding se tkun speċifikament għall-elezzjoni ġenerali. Għal dawk in-nies imxebbgħin bi gvern Laburista u qed iħarsu lejn il-PN, imma għandhom il-biża' li jekk jitla' l-PN ċerti drittijiet ċivili ħa jittieħdu lura, biża' li ġej minn ċerti stqarrijiet passati, kif ħa tikkonvinċihom lil dawn in-nies? Jien diġà kont ċar. Pereżempju l-IVF li daħal fl-2012 fi żmien gvern Nazzjonalista. Nafu kemm qed tgħin familji din, u aħna favur il-ħajja. Jiena favur id-drittijiet ċivili. Fil-fatt ħa nkun fil-Pride March għax jien nemmen fid-drittijiet ċivili. Rigward il-kannabis, m'aħniex ħa nneħħu li hemm imma rridu nżidu l-infurzar u nqajmu kuxjenza fuqha. Aħna żgur kontra t-traffikar tad-droga. Illum għandna sitwazzjoni fejn id-droga hija rampanti f 'pajjiżna. Jien kont tkellimt fuq l-ittestjar għal għarrieda fit-toroq tagħna għad-droga, imbagħad kif tkellimt ħareġ Byron Camilleri jgħid li se jibda jagħmel dawn it-testijiet u jemenda l-liġi tal-pajjiż. Aħna għandna l-valuri tagħna imma jekk saru xi affarijiet tajbin mill-Gvern Laburista ma jfissirx li se nkissruh. Gvern Laburista ma kissirx kull ħaġa li għamel Gvern Nazzjonalista, anzi n-niċeċ ekonomiċi li għandna f 'pajjiżna kienu viżjoni ta' Gvern Nazzjonalista. Tant kemm emmen fihom il-Gvern Laburista li baqa' jinvesti fihom. Riċentament rajna emendi fil-liġi li jħallu koppji li għandhom mardiet ereditarji serji jagħmlu testijiet ġenetiċi. Inti kont fost erbgħa li vvutaw kontra. Din ma tikkontradixxix dak li għadek kif għedt? Rigward l-IVF bħala prinċipju jiena favur. Rigward l-emendi, jiena ħassejt li ċerti emendi, inkluż il-genetic testing, imorru kontra l-ħajja u ħassejt li kelli nivvota kontra imma issa qiegħda fil-liġi jiġifieri qiegħda hemmhekk. Il-Gvern kien ħareġ konsultazzjoni pubblika fuq l-ewtanasja. Għadek tal- opinjoni li tagħti free vote? Jiena għaddejt minn esperjenza personali. Għalhekk jien nivvota kontra imma nagħti free vot għax nemmen li qatt m'għandna nimponu fuq il-poplu ta' hemm barra. Irridu nkunu empatiċi. Sal-lum, il-gvern m'għandux mandat li jressaq fil-parlament. Għandu mandat li jiddiskuti u jara l-poplu u l-imsieħba xi jridu. Wara l-elezzjoni ġenerali li jmiss jaf tkun parti mill- manifest elettorali li jmiss tal-PL li jressaq din il-liġi fil-parlament Malti. Inti tkellimt ħafna fuq il- problema tal-barranin waqt il-kampanja tiegħek. In-nies iridu soluzzjoni. Is-soluzzjoni tiegħek tinvolvi li nitilfu ħafna privileġġi li ngawdu mix- xogħol ta' dawn il-barranin? Eżempju tad-delivery tal-ikel jew fis-settur tas-saħħa. Diġà tajt soluzzjoni għaliha waqt il-kampanja. Waħda mill- proposti tiegħi kienet propju li naraw liema setturi huma ta' importanza nazzjonali, fosthom is-saħħa, u noħorġu inċentivi sabiex inħeġġu iżjed Maltin jidħlu f 'dak is-settur. Proposta oħra li tara l-istipendju togħla għall-ammont tal-paga minima nazzjonali għal min irid jistudja għal infermier, b'apprentistat fl- aħħar sentejn tal-kors u xogħol garantit wara li jiggradjaw. Irid issir labour market study. Illum ma nafux kemm hawn barranin jgħixu u jaħdmu hawnhekk. Naraw liema industriji hemm l-iktar barranin, naraw liema industriji nistgħu ndaħħlu aktar Maltin, naraw liema industriji fejn m'hemmx bżonn aktar barranin. Irridu nirranġaw is- sistema, għax għandek sistema li xi drabi ma tiffunzjonax. Proposta oħra kienet li nerġgħu niftħu l-iskejjel tas-snajja' għax ħafna Maltin qed jitilfu s-snajja' u għalhekk ikollok bżonn nimpurtaw barranin. Irridu wkoll nisfruttaw l-ITS. Nemmen li jekk inbiddlu l-proċess tal- ITS u ninċentivaw lil Malti biex jidħol fis-settur tal-ospitalità, ikollna inqas bżonn li nimpurtaw barranin f 'dan is-settur. Kritika li saret lejk kienet li inti viċin ħafna tal-lobby tal-kostruzzjoni. Inti kif tirrispondi għal dawn l-allegazzjonijiet? Jiena ħabib ma' kulħadd imma ma jien fil-but ta' ħadd. M'għandi lil ħadd li jmexxili l-ispag, sa ċertu punt li ma nkunx qed nirrappreżenta poplu imma grupp żgħir. Jien żgur li mhux ħa nagħmilha din. Għandna sitwazzjoni llum fejn għandna Gvern Laburista li flok jirrappreżenta lill-poplu Malti u Għawdxi kollu, qiegħed jirrappreżenta sezzjoni żgħira tas-soċjetà Maltija. Problema li kellu l-predeċessur tiegħek kienet li kien fid-dell ta' Roberta Metsola. Kif se tagħmel biex tevita li tkun fid-dell tagħha? Roberta għandha rwol importanti fil-politika Ewropea, rwol li jagħmilna kburin għax l-ebda Malti qatt ma laħaq dak it-tragward. Però f 'Malta, għandna mexxej wieħed u bħala kap jien irrid inmexxi l-aħjar politika għall-PN u għal Malta u Għawdex. Jiena żgur li mhu ħa nkun fid-dell ta' ħadd. Kwistjoni oħra li ilu jiġġieled il-PN l-akkuża li hemm il-klikek fil-partit. Kif ħa taffaċċja din is-sitwazzjoni? Din ħaġa li ssibha kullimkien, anke f 'familja jkollok ħsibijiet differenti. Dan ma jfissirx li ma jistgħux jimxu 'l quddiem flimkien, l-istess fil-PN. Dak hu s-sabiħ tal-partit. Għandek kullana ta' ideat differenti imma kollha għandhom l-istess għan; il-ġid tal-pajjiż. Nista' nserraħlek moħħok ... kollha għandna għal qalbna l-ġid tan-nazzjon. Inti qiegħed hawn minħabba s-suċċess tiegħek f'Għawdex, u dan x'inhu? L-elezzjoni tal- MPE u l-ġenerali rebaħha l-PL, x'suċċess hu mela? Għawdex fl-aħħar elezzjoni tal-MPE u tal-kunsilli, il-PN rebaħ lil Għawdex. F'tal-kunsilli kellna distakk ikbar minn tal- Ewropa, żidna kunsilli ġodda, għaqqadna ċerti kunsilli, tellajna numru rekord ta' sindki żgħażagħ u kunsillieri nisa. Kollha riżultati pożittivi meta tikkunsidra li hemmhekk qegħdin kontra superministri, ippjanar, saħħa, agrikoltura, Għawdex, kaċċa. Mhux ħa nimxi bi tmexxija li kollox idur madwari. Għawdex kważi kważi gżira għaliha minn Malta. L-elezzjoni ġenerali qiegħda magħna. F'każ li titlef tibqa' bħala kap? Jien dieħel b'mentalità rebbieħa. Imbagħad jekk titlef hemm il-proċeduri u l-istrutturi interni; ir-rikonferma ta' kap. Jien għandi ċerti milestones li ġraw fl-ewwel 100 ġurnata bħala kap, ċerti aspetti finanzjarji, il- MediaLink. intervista illum • IL-ĦADD 14 TA' SETTEMBRU 2025 07 qabel ma tirranġa d-dar tiegħek." "Irrid nara li l-partit ikun unit, għax partit magħqud jista' jkun partit rebbieħ. Għalhekk il-PL qed jattakka biex idaħħal flieles, għax l-ikbar biża' tal-PL huwa PN magħqud."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 14 September 2025