MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 5 October 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540093

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

Attriċi żagħżugħa, Vera Gordon semgħet bl-istorja wara xi snin meta kienet qed tieħu sehem f 'wirja mużikali fi Broadway u Raphaelson bidel l-istorja li kiteb biex b'hekk tfajla tkun tista' taħdem il-parti prinċipali u bidel ukoll l-isem għal e Jazz Singer. Qabel ma din ir-reċta bdiet iddur mal-Istati Uniti, sema' biha George Jessel u pperswada lil Raphaelson li jkun aħjar li l-istorja tkun dwar iben Rabbi li jrid isir kantant. U hekk ġara, għax għal tliet snin, il-play kisbet suċċess fuq il-palk ta' Broadway. Meta l-Warner Bros. iddeċidew li jaħdmu film sħiħ mużikali, huma għażlu appuntu e Jazz Singer. George Jessel kien l-għażla naturali li jinterpreta l-parti ewlenija. Harry Warner xtara d-drittijiet ta' dan id-dramm għal 50,000 dollaru. Harry kellu konferma bil-miktub mingħand Jessel li jaħdem il-parti prinċipali fil-film e Jazz Singer għal 30,000 dollaru. Meta kollox kien lest biex tibda l-produzzjoni, Harry ċempel lil Jessel biex jitlaq lejn Hollywood. Jessel sostna li meta kien sar il- kuntratt oriġinali ma kien hemm xejn dwar il-kant tal-kanzunetti u d-diskors li issa kien mitlub jagħmel. L-attitudni ta' Jessel m'għoġbitux lil Harry għax issuspetta li ried aktar flus. Billi ma riedx jiġġieled miegħu aċċetta li jtih 10,000 dollaru iżjed meta dawk kollha fl-industrija taċ- ċinema raw folol kbar jidħlu bi sforz qawwi biex jaraw il-films bis- sistema Vitaphone. Billi Jessel ried l-ewwel l-ittra tal-kuntratt u wara jiltaqa' ma' Harry, Jessel m'aċċettax u l-kuntratt tħassar. Harry Warner issa ried jara x'jagħmel u malajr ikkuntattja attur żagħżugħ jismu Buster Collier Jr. Fil-prova u fil-fotografija wera ruħu tajjeb iżda għajjien fil-kant. Harry mar jara lill-kantant popolari ta' Broadway, Eddie Cantor li qata' qalbu mill-parti għax ħass li hemm bniedem wieħed biss kapaċi għaliha u dan hu Jessel. Waħdu fl-istudio tal-kumpanija akar f 'Al Jolson li missieru kien kantur fil-Litwanja u f 'Washington. Jolson kellu xorta ta' bikja fil-vuċi tiegħu tant tajba biex ikanta Kol Nidre li kienet talba Lhudija titkanta mir-Rabbi. Jolson kien f 'Denver jaħdem fix- show mużikali Big Boy u Morrie Safier, wieħed mill-eżekuttivi tal- kumpanija staqsa direttament kemm ried biex jaħdem e Jazz Singer. Wara xi siegħa Safier wieġeb lura lil Harry Warner u qallu li Jolson talab 75,000 dollaru; terz minnufih u l-kumplament 6,250 dollaru fil-ġimgħa sakemm titħallas is-somma. Harry aċċetta minnufih u Safier wassal l-aħbar lil Jolson. Wara, Jolson laqa' suġġeriment mingħand Darryl F. Zanuck, l-uffiċjal eżekuttiv tal-Warner Bros. biex jinvesti flusu f 'e Jazz Singer. Meta ngħata s-sinjal biex jibda l-irrekordjar tax-xena fejn Al Jolson kellu jkanta l-kanzunetta Toot, Toot, Tootsie Goodbye, bil- kamera ddur u l-mużiċisti lesti, Jolson għamel eżatt dak li mdorri jagħmel elf darba qabel fuq il- palk tat-teatru Winter Garden fi Broadway, New York. "Wait a minute", hu għajjat, "wait a minute! You ain't heard nothin' yet! Wait a minute I tell, you want to hear Toot, Toot, Tootsie Goodbye? All right, hold on ..." u Jolson avviċina lis-surmast tal-orkestra Lou Silvers, "Lou listen, you play Toot, Toot Tootsie. ree chorus, you understand and in the third chorus I whistle. Now give it to them hard and heavy, go right ahead!". Dan kien l-ewwel kliem li qatt intqal minn attur f 'teatru taċ-ċinema. Dawn kienu kliem spontanji li kienu jfissru eżatt lil Al Jolson. Kienu jissimbolizzaw il-mod veru ta' kif huwa kien ikanta. Kienu jfissru wkoll li Jolson indirizza nies li attwalment kienu fl-istudio. Sam Warner kien qed jissorvelja l-irrekordjar tal-kanzunetta meta Jolson li b'dinamiżmu qawwi għajjat: "You ain't heard nothin' yet folks!" Meta Sam sema' din il- frażi fuq id-diska hu rrealizza li dan il-kliem ta' Jolson jista' jħalli impatt kbir fuq l-udjenza. Meta ġew bejn ħaltejn x'se jagħmlu, il- Warner Bros. ħadu d-deċiżjoni li jħallu d-djalogu li spontanjament lissen Jolson. Fil-fatt dan irriżulta f 'suċċess enormi u straordinarju ta' e Jazz Singer u li għalhekk kien l-ewwel kliem mitkellem. e Jazz Singer ma kienx film kompletament mitkellem. Il-qalba minn film mutu għal wieħed mitkellem xejn ma kienet faċli. Biex tiġi mfissra l-istorja kienu jidhru titli fuq il-liżar minn ħin għall- ieħor (bħall-films muti kollha), però f 'diversi waqtiet, għall-ewwel darba, attur jew kantant kien jinstema' jitkellem jew ikanta. Meta f 'daqqa waħda Jolson instema' jitkellem b'aggressività u wara kanta b'dinamiżmu qawwi u mill- qalb Toot, Toot, Tootsie Goodbye, l-udjenza fit-teatru Warner ta' New York rat lil Jolson jiżfen, ixejjer idejh, ifaqqa' subgħajh u jsaffar, infexxet f 'applaws twil u qawwi li dam għaddej għal ħafna minuti. In-nies ma kinux ippreparati għal din is-sorpriża emozzjonali u r-rispons kien mill-aqwa. Dan is- suċċess fenominali beda jissejjaħ e Talking Pictures jew kif nafuh aħjar it-TALKIES. Sam u Harry għażlu l-ġurnata tal-Ħamis 6 ta' Ottubru 1927 biex e Jazz Singer jintwera fit-teatru Warner ta' New York. Huma ppjanaw li jkollhom il- familja Warner kollha preżenti. Iżda kif iż-żmien beda joqrob Sam ħassu ma jiflaħx u spiċċa l-isptar. Sakemm Harry u Albert telqu lejn il-Punent tal-pajjiż, it-tobba kienu mħassba. Sam Warner miet fil- 5 ta' Ottubru 1927 u t-tliet aħwa qabdu l-ferrovija lejn Los Angeles biex ikunu fil-ħin għall-funeral ta' Sam li sar fid-9 ta' Ottubru 1927. Ironikament ħadd mill-aħwa ma seta' jattendi għall-ewwel wirja tal- film. Il-film kien dirett minn Alan Crosland u l-atturi l-oħra kienu Mary McAvoy bħala Mary Dale, is-sieħba ta' Jolson, Warner Oland kien il-Cantor Rabinowitz, missier Jolson u Eugenie Besserer fil-parti ta' omm Jolson, Sara Rabinowitz. e Jazz Singer għamel qligħ ta' 3 miljun u nofs dollaru. Il-Warner Brothers Vitaphone ingħataw premju speċjali mill-Motion Pictures Academy fl-ewwel serata tal-Oscars għax kienu l-pijunieri tat-talkies li rrivoluzzjona l-industrija tal-films mill-qiegħ nett u ħoloq xi ħaġa ġdida — il-ħoss. Fl-awtobijografija tiegħu Jack Warner kien konvint li ħadd ma seta' jqaxxar din il-parti daqs Al Jolson. e Jazz Singer mewwet għal dejjem il-film mutu. B'hekk is-6 ta' Ottubru għandu jkun Jum Storiku, fejn jien f 'isem l-Al Jolson International Society ili li pproponejt li s-6 ta' Ottubru jkun magħruf bħala Jum it-Talkies. Dak l-istess Talkies li għadu sal-preżent jagħti divertiment lil miljuni ta' nies madwar id-dinja! 14 films IL-ĦADD 5 TA' OTTUBRU 2025 • illum Carmel Bonnici "THE JAZZ SINGER", l-ewwel film talkies... jagħlaq 98 sena IT-TIENI PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 24˚Ċ L-INQAS: 18˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Viżibilità Tajba Riħ Majjistral it-Tramuntana forza 4 għal 5 li jdur mill-Punent Majjistru forza 3 għal 4 L-OGĦLA: 26˚Ċ L-INQAS: 18˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab li jsir b'xi ħalbiet iżolati tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fil-ħalbiet tax-xita Riħ Punent forza 2 għal 3 lokalment SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA The Jazz Singer (1927)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 5 October 2025