Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540093
hemm diskussjoni pubblika. Tinqala' l-kwistjoni li min għandu bżonn jagħmel test, pereżempju MRI, hemm min imur privat. Jinkwetak il-fatt li s-saħħa tiġi meqjusa fuq kemm għandek but imdaqqas? SS: Tinkwetani. Bħala politiku tinkwetani ħafna. Dan għaliex l-inugwaljanza mhix ġusta. Jiġifieri din narawha meta xi ħadd jiġi riferut biex jarah konsulent fl- outpatients. Jiġifieri llum għandek ħin ta' stennija ta' xhur għal ċerti appuntamenti. Jekk tibbukkja, jaf ikollok appuntament għall-2026. Hemmhekk huwa l-bidu ta' fejn inti ħa tibda tiġi investigat. Jekk inti ma tistax tmur privat jew tħallas konsulent, m'għandekx taqa' lura. Is-soluzzjoni hija li għandu jkun hemm indaġni ta' dawn il-każijiet biex min verament għandu xi ħaġa li t-tabib tiegħu enfasizza li għandu jiġi investigat malajr, ikun hemm il-każ imħaffef. F'dinja fejn kollox huwa disponibbli kuljum, għaliex il-konsulent mhuwiex disponibbli kuljum? JEA: Le le, l-ispeċjalisti jaħdmu 24/7. Meta ma jkunx hemm konsulent l-isptar, ikun hemm resident speċjalist li huwa speċjalist fuq ir-reġistru tal-ispeċjalisti. Dan ma jkollux titlu ta' konsulent imma huwa resident speċjalist f 'kull mod, daqs konsulent. Speċjalist ħa jarak l-emerġenza, l-admissions ward, il-ward fejn tiġi assenjat. Jekk għandek bżonn operazzjoni, jagħmilhielek speċjalist billejl. Aħna għandna sistema li ilha minn żmien Chris Fearne, sistema ta' fast referrals f 'qasam ta' musrana, pajp tal-ikel fl-istonku, u l-frixa. Sistema ta' triage, għax jien kont konsulent. Sew kliniċi, sew operazzjonijiet, sew MRI u CT scans, irrid inserraħ ras in-nies hemm barra li każijiet urġenti jsiru malajr. Il-pazjent fis-sala, hemm servizz b'riżorsi umani disponibbli 24/7. Il-lista ta' stennija, l-MRI minn wara l-COVID kellna 10,000 jistennew minn MRI iżjed minn 18-il xahar. Illum dik iċ-ċifra niżlet għal 170. It-test tal-kamra tal-musrana, minn stennija ta' erba' snin, illum il-ġurnata saret għaxar xhur. Osservazzjoni fuq dawn iċ-ċifri ... Fl-onkoloġija, dawk il-pazjenti li jkunu qed jgħaddu mill-kimoterapija u minħabba l-immunità baxxa tagħhom, jispiċċaw jibilgħu xi infezzjoni u jispiċċaw fil-folol tal-emerġenza. SS: Fil-fatt, fis-sitwazzjoni ta' pazjenti fl-onkoloġija li jkunu taħt kimoterapija, jien kont issuġġerejt li ma jqattgħux ħin twil l-emerġenza, anzi jkun hemm walk-in approach fid-Dipartiment tal-Onkoloġija stess. L-ewwel nett trattament iżjed speċifiku, però rrid ngħid ukoll li importanti ħafna li meta nitkellmu fuq it- trattament tal-kanċer, għandna nħarsu lejn pazjenti li qed jieħdu l-kimoterapija u kemm jista' jkun l-ambulatory chemotherapy. Li tingħata l-kimoterapija d-dar biex b'hekk niffrankaw is-sodda, nevitaw infezzjonijiet jew mard ieħor li jistgħu jieħdu dawn il- pazjenti, u għalhekk jien naħseb li f 'dan il-qasam għandna nkomplu ninvestu. Però naf li semmieha l-Ministru illi l-Community Chest Fund m'għandhiex tkompli tamministra u tkun involuta qisha parti mid-Dipartiment tal- Onkoloġija għaliex hemmhekk qed noħolqu inugwaljanza fit- trattament. Fit-trattament tal- kanċer m'hemmx min hu fqir u sinjur. M'għandekx għalfejn tgħaddi minn martirju ta' means testing biex tingħata trattament. Jien qed niġbed l-attenzjoni li hemm bżonn li naħdmu fuqha din. Jien nirrikonoxxi li fir-radjoloġija naqqasna ħafna l-ħin ta' stennija, nesperjenzah bil-pazjenti tiegħi. Fil-katarretti wkoll. Però rrid ngħid li fl-ortopedija, għandi anzjani li ilhom tliet snin jistennew hip replacement. L-ispeċjalisti fil- qasam m'għandhomx theatre time biżżejjed biex jagħmlu listi. Semma punt importanti li naħseb in-nies għandhom bżonn ikunu jafuh. Il-fatt li meta tieħu kura partikolari, tintbagħat l-Ingilterra. Il-fatt li dan sewa lill-Gvern eluf ta' ewro tagħti valur ukoll li s-saħħa tiġi bi prezz. Din tagħti valur lil ħafna affarijiet. Taħseb li din il-figura tiġi infurmata b'mod eleganti? JEA: Rigward din il-materja, il-Gvern Laburista, żgur mhux forsi, ħa jibqa' jagħti s-servizz tas- saħħa b'xejn. Imma rridu nkunu ċerti li s-servizz jibqa' sostenibbli. Dan ifisser li ħa nħallu kollox b'xejn imma ninvestu ħafna aktar fil-prevenzjoni u jkollna inqas problemi. Pereżempju, il-mediċina empagliflozin, magħrufa bħala Jardiance, s'issa f 'Malta 7,500 ruħ biz-zokkor qegħdin jirċevuha b'xejn. Illum qed inħabbar li 4,000 pazjent li għandhom mard tal-qalb, issa ħa ntuhielhom b'xejn ukoll, u 300 pazjent ieħor li għandu mard tal-kliewi. Dan huwa investiment ta' żewġ miljuni oħra. Is-servizzi huma b'xejn imma rridu ninvestu aktar fil-prevenzjoni. Qed naħdmu wkoll mal-Marigold Foundation li tawna donazzjoni ta' servizzi ta' onkoloġija d-dar, u huwa previst li jkollna servizz f 'Għawdex. Rigward pazjenti li jaqbdu u jidħlu fis-SAMOC, dik tkun ideali imma prattika mhijiex, għar-raġuni li pazjent li qed jieħu l-kimoterapija jaf għandu problema bil- kimoterapija imma jaf ikollu xi ħaġa bħal ngħidu aħna kiser siequ. Irrid ngħid li waħda mill-aħħar pazjenti li operajt ġiet referuta għandna propjament mis-servizz tal-1400. Biss biss, is-sena l-oħra ħtart tliet konsulenti li jieħdu ħsieb is-servizz 24/7 fis-SAMOC. Il-famuża Vitals u Stewards. Kien hemm ħafna enerġija u flus investiti f'dan. Kieku ma ħlejniex il-flus fuq dawn, x'kien ikun il-vantaġġ? SS: Fis-sistema tas-saħħa kien proġettat li se jkun hemm sptar ieħor, St. Lukes rinovat, Karin Grech, u sptar ieħor f 'Għawdex. Dan żgur kien se jgħin ħafna l-infrastruttura u forsi wkoll ma kienx joħloq pressjoni fuq il- ministru għas-saħħa li bilfors irridu nduru fuq l-outsourcing. Li rrid ngħid huwa illi l-ħin li nħela mhux ħa jagħti l-ħin addattat biex ikollna l-infrastruttura fejn m'hemmx flooding fl-emerġenza, l-outpatients iżjed moqdi, u s-saħħa mentali. JEA: Nassigura lil kulħadd li dawn l-isptarijiet qed niżviluppawhom. Iridu l-ħin, imma naslu. intervista illum • IL-ĦADD 5 TA' OTTUBRU 2025 07 tkompli tamministra u tkun involuta qisha parti mid- hemmhekk qed noħolqu inugwaljanza fit-trattament' "Il-ħin li nħela mhux ħa jagħti l-ħin addattat biex ikollna l-infrastruttura fejn m'hemmx flooding fl- emerġenza, l-outpatients iżjed moqdi, u s-saħħa mentali." - Stephen Spiteri