MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 5 October 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540093

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

Kif qed tirrelataw mal- pazjent jekk ikolli nqabbel is-sitwazzjoni ma' għaxra- għoxrin sena ilu? Ministru Joe Etienne Abela: Jien naħseb li qabel ma nitkellmu fuq l-emerġenza, irridu naraw x'hemm qabel. Jekk qed tħoss xi ħaġa, jew ma tiflaħx imma xejn ta' barra minn hawn — uġigħ f 'sidrek, żaqqek, sieqek — l-ewwel ħaġa li trid tagħmel hi li ċċempel 1400. Dan huwa helpline b'xejn fejn il-pazjent jgħid l-istorja lil infermier espert u dan ħa jimxi ma' protokoll megħjun mill-AI. Dan l-infermier ħa jkollu għażla fejn ħa jirreferik. Jekk tkun xi ħaġa urġenti, l-infermier jibagħtek l-emerġenza. Jekk ikun hemm xi problema, ngħidu aħna xi appendiċite, l-infermier jirreferik sptar privat fejn tingħata kura iżjed speċifika. La semmejt l-emerġenza, kemm ilni ministru dejjem għedt li l-emerġenza trid tikber. Jien tajt viżjoni għall-immedjat biex inkabbru l-emerġenza bid-doppju. Dan proċess li spiċċa b'tender u bħalissa qed jiġi kkonsolidat legalment. Tini ftit statistika fuq min qed juża s-servizz tal-1400. JEA: Din nedejnieha xi erba' xhur ilu. Is-servizz użawh iżjed minn 8,000 ruħ. Minnhom dawn, 'il fuq minn 1,800 marru fi sptar privat, 2,700 marru l-emerġenza. Importanti li sintomi li jistgħu jfissru attakk tal-qalb jew puplesija, bilfors trid tmur l-emerġenza. Il-Ministru qal ħa jkabbar l-emerġenza, u semma d-dipendenza fuq kliniċi privati. Din hi s-soluzzjoni li għandna nimxu lejha? Fl- opinjoni tiegħek, l-affarijiet baqgħu kif kienu? Stephen Spiteri: Jien nibda mill- punt kardinali li s-sitwazzjoni hi li hi, u din wasslet lill-Ministru biex jieħu dawn id-deċiżjonijiet. Jien it xettiku fuq dan is-servizz. Dan huwa telemedicine. Hemm ir- riskju li ma tistax tieħdu minħabba s-saħħa tal-pazjent. Jien naħseb li stajna naslu għal sitwazzjoni iżjed sigura, serja, u tħalli l-emerġenza taħt il-kontroll tal-isptar ġenerali. L-ewwel nett, aħna spiċċajna bi sptar wieħed ġewwa pajjiżna li fl- 2012 il-PL fl-oppożizzjoni kien jgħid li żgħir għall-popolazzjoni. Issa għadna bl-istess sptar b'popolazzjoni sploduta. Dan tarah f 'kull parti tal-isptar, u rridu nsibu soluzzjonijiet. Aħna naqblu mal- outsourcing, naqblu li għandu jkun hemm public-private partnership serji, mhux kif kien hemm ma' Vitals u Stewards li nużaw ir- riżorsi umani u l-infrastruttura biex innaqqsu l-listi. Hawn xi affarijiet li jistgħu jiġu kkurati bil- kura primarja. Għandna l-lussu li jekk tqum filgħodu tista' tmur l-emerġenza, però nemmen li s-sistema tista' titranġa billi nkabbru l-emerġenza. Imma jekk toħloq sistema fejn jiġu ffiltrati sew dawk il-każijiet li jistgħu jiġu kkurati bil-kura primarja, ħa taqta' 60%. JEA: Jien qed nitkellem fuq sptar. Minn dawk it-8,000 ruħ li ċemplu 1400, 1,300 minnhom intbagħtu ġo healthcentre. 1,600 intbagħtu għall-kura primarja bit- telemedicine. SS: Jien qed ngħidlek bla telemedicine, tista' toħloq klinika jew tnejn b'żewġ primary healthcare physicians ta' esperjenza u jistgħu jagħmlu dak ix-xogħol bi triage tajjeb. Tant hemm domanda qawwija fl-emerġenza ġenerali ta' Mater Dei li m'hemmx spazji. Dan mhux qed ngħidu jien imma kull min imur l-emerġenza. Meta tgħid tkabbar l-emerġenza, x'qed tfisser? JEA: Nirduppjawha; minn 35 sodda għal 70 sodda. It-target date tiddependi mil-legaliżmi. Dan hu proċess li għaddej mill-PCRB, il- bord li jiddeċiedi meta jkun hemm ilment jew appell għal deċiżjoni ta' tender. Żgur mhux forsi li l-ebda politiku, proġett bħal dak ta' €80 miljun, mhu ħa jtih lil xi ħadd b'direct order. Meta dan it-tender jiġi aġġudikat, aħna qed nistennew li fi tliet snin ikun lest. Pazjent ħafna drabi jkollu bżonn xi testijiet tad- demm, jew X-rays jew CT Scan. Fil-qasam ta' dawn it-trattamenti, imxejna 'l quddiem? JEA: Meta tidħol l-emerġenza inti tiġi triaged f 'ħames kategoriji. Għandek l-ewwel waħda, xi ħaġa serja li ħa jarawk immedjatament. Il-kategoriji l-oħra tonqos l-emerġenza. L-ewwel nittrattaw dawk li huma urġenti. Ejja nieħdu t-tielet kategorija. Il- pazjent qiegħed fin-nofs. Minn Awwissu l-ieħor 'l hawn, tkellimna mat-tobba tal-emerġenza. Jien għedtilhom li min jidħol l-emerġenza, l-ispeċjalisti jarawh malajr kemm jista' jkun. Dan il- proċess li għamilna, fejn fl-2024 kont għadni fl-ewwel sena tiegħi ministru, konna naraw 24% ta' dawn il-pazjenti fi żmien sagħtejn. Issa dak żidnieh għal 40%. Mhux 100%. Ma naqbilx li Mater Dei ma kibirx f 'dawn l-aħħar 12- il sena. Kiber żgur. Biss biss hemm l-MAU wards li tlestew fl- 2017. L-administration block ħa jinbidel f 'sala. Żgur mhux forsi li downstream qegħdin nieħdu ħsiebu wkoll. F'dak li għandu x'jaqsam ma' testijiet, dejjem kien intervista IL-ĦADD 5 TA' OTTUBRU 2025 • illum 06 'Il-Community Chest Fund m'għandhiex tkompli Dipartiment tal-Onkoloġija għaliex hemmhekk "Kemm ilni ministru dejjem għedt li l-emerġenza trid tikber. Jien tajt viżjoni għall-immedjat biex inkabbru l-emerġenza bid-doppju. Dan proċess li spiċċa b'tender u bħalissa qed jiġi kkonsolidat legalment." - Jo Etienne Abela Fl-ewwel episodju tal-iskeda l-ġdida ta' Xtra, Saviour Balzan jitkellem fuq is-sistema tas- saħħa f 'Malta mal-Ministru Jo Etienne Abela u l-Kelliem għas-Saħħa tal-Partit Nazzjonalista Stephen Spiteri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 5 October 2025