Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540706
aħbarijiet illum • IL-ĦADD 26 TA' OTTUBRU 2025 05 CMY HPDP Influwenza AD Newspaper_20Oct_AW X2.pdf 2 21/10/2025 12:05 Mix-xellug għal-lemin, minn fuq għal isfel: David Borg, Cynthia Galea, Veronica Perici Calascione, Beppe Galea, Michael Piccinino u David Bonello Nifs ġdid jew nepotiżmu: il-Kumitat Eżekuttiv il-ġdid tal-PN ILENIA DEBONO Nhar il-Ġimgħa 17 ta' Ottubru, il-Partit Nazzjonalista kellu l-ewwel votazzjoni interna li rat 18-il rappreżentat ġdid fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista. Kien hemm dawk li qalu li dan il- kumitat il-ġdid ħa jservi ta' nifs ġdid għall-PN, flimkien ma' bidliet oħra bħall- Kap Eżekuttiv il-Ġdid, Sabine Agius Cabourdin. Kien hemm min qal li dan, mhux talli mhux nifs ġdid, imma l-istess kantaliena tas-soltu, hekk kif hemm numru ta' rappreżentanti li mhumiex barranin għall-partit. Ir-rebħa ta' Alex Borg għal ħafna serviet ta' simboliżmu ta' rinaxximent tal-Partit Nazzjonalista b'wegħdiet kbar, inkluż dik li jiġu ppubblikati l-kontijiet tal-partit wara snin. Madankollu, mhux Borg biss irid jimxi maż-żminijiet imma anke t-tim ta' madwaru. Ħafna kkritikaw il-fatt li hemm numru ta' nies fuq il- kumitat li għandhom xi relazzjoni diretta ma' deputati Nazzjonalisti. Fost dawn hemm David Borg, ħu l-wiċċ il-ġdid tal-PN Alex Borg, li kiseb l-iżjed voti. David għandu 23 sena, u din mhux l-ewwel darba li daq x'joffri l-partit hekk kif hu kien involut fil-kampanja ta' ħuh fl-elezzjoni għat-tmexxija tal-PN. Il- familja Borg kienet involuta fil-politika qabel Alex, hekk kif Tony Borg — missier Alex u David — kien iċ-Chief of Staff tal-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono. Isem ieħor mhux ġdid huwa ta' Veronica Perici Calascione, it-tifla tad- deputat mexxej tal-partit Alex Perici Calascione. Veronica kienet qed isservi bħala t-Teżorier tal-partit mill-2023, rwol li serva fih missierha fl-2015. Mhijiex sorpriża li hi kienet il-kandidata mil-lista tan-nisa bl-iżjed voti. Mara oħra li ġiet eletta imma b'inqas voti milli wieħed jistenna hija Cynthia Galea, is-sieħba tad-deputat u l-kandidat tellief fl-elezzjoni għat-tmexxija tal- partit Adrian Delia. Għawdxija oħra, u avukatessa, Cynthia qalet li hi trid toffri perspettiva ġdida għall-partit. Għalkemm kienu tnejn li ġew eletti mil-lista ta' Għawdex — Beppe Galea, is-Segretarju internazzjonali tal-partit u William Vella wiċċ ġdid — hemm rappreżentanza konsiderevoli ta' Għawdxin, kif ukoll ta' nisa hekk kif nofs il-kumitat hu magħmul minn nisa. L-Eks Segretarju Ġenerali tal-Partit Michael Piccinino ġie elett fil-kumitat bit-tieni l-iżjed ammont ta' voti fil-lista tal-irġiel. Piccinino għandu wkoll ikun parti mill-grupp intern responsabbli għar-riformi tal-istat u tal-partit. David Bonello wkoll mhuwiex wiċċ ġdid fil-partit. Bonello kien serva bħala d-direttur tal-informazzjoni għall- PN, qabel ma rriżenja għal "raġunijiet personali". Bonello kien ukoll prominenti fil- kampanja tal-elezzjoni għat-tmexxija tal- partit ta' Adrian Delia fl-2017. Imbagħad hemm ukoll Lisa Spiteri u Michela Dalli li ġejjin minn settur ieħor tal-partit, preżentaturi fuq l-istazzjon tal-partit, in-Net TV. Nicole Zammit u Karen Scerri, l-iżjed żewġ rappreżentanti mil-lista taż-żgħażagħ, kif ukoll David Borg, għandhom esperjenza fis-sezzjoni żagħżugħa tal-PN l-MŻPN. Iż-żagħżugħa Michela Caruana tagħmel parti mis- sezzjoni żagħżugħa Nazzjonalista tat- Team Start.

