Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540989
BAĠIT 2026 illum • IL-ĦADD 2 TA' NOVEMBRU 2025 05 Għalkemm il-Prim Ministru Robert Abela ilu joħlom fuq il-metro mill-elezzjoni ġenerali li għaddiet, reġgħet għaddiet ta' Clyde Caruana hekk kif fuq it-trasport tal- massa ma ssemma xejn waqt id-diskors tal- Baġit: evidentement, sitwazzjoni fejn l-id il-leminija ma tafx x'inhi tagħmel l-id ix- xellugija bir-riżultat li għal sena oħra, kull Malti u Għawdxi, se jibqa' jeħel fit-traffiku. Iżda dan mhux b'kumbinazzjoni: in- nuqqas ta' importanza li ngħata t-trasport u t-traffiku fid-diskors tal-Baġit ta' nhar it- Tnejn li għaddew huwa riżultat tal-apatija tal- Gvern Laburista tul dawn l-aħħar snin lejn it-tbatijiet tal-poplu tagħna meta l-mobilità tiegħu tkun imxekkla mit-traffiku esaġerat li ħakem lil pajjiżna fil-parti l-kbira tal-ġurnata. Biex wieħed jiem kif u għaliex pajjiżna għadu mwaħħal, sal-ġurnata tal-lum, fit- traffiku wieħed irid ikun jaf minn fejn tlaqna: traġitt ta' diversi snin li tulhom il-Gvern Laburista għamel l-almu tiegħu biex itellef lill-poplu tagħna servizz ta' trasport tal-massa li jilqa' għal bżonnijiet u l-esiġenzi tal-Maltin u l-Għawdxin. Il-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista għal pajjiżna Forsi it jafu, iżda sa mill-aħħar leġiżlatura tiegħu fil-Gvern, il-Partit Nazzjonalista kellu diġà viżjoni għal pajjiżna u kien diġà qed jikkunsidra l-introduzzjoni ta' trasport tal- massa, għalkemm il-popolazzjoni ta' pajjiżna kienet bil-bosta inqas milli hi llum b'madwar 40%. Kienu saru żewġ studji, wieħed għall- Bus Rapid Transport u l-ieħor għal Light Rail Transit. Anke beda jkun ikkunsidrat il-kunċett li t-Trasport Pubbliku jingħata prijorità fuq mezzi oħra ta' trasport permezz ta' karreġġati ddedikati għall-użu tal-karozzi tal-linja. Reġa' kien il-Partit Nazzjonalista, din id- darba mill-Oppożizzjoni, li ta l-ħajja lil din il- viżjoni fejn fil-programm elettorali tal-2017 kien ippropona li tiġi introdotta f 'pajjiżna sistema ta' trasport tal-massa fil-forma ta' Light Rail Metro fuq it-triq fejn kienet se tqabbad lil Malta u Għawdex b'erba' linji prinċipali. L-ispiża biex dan il-proġett jitwettaq kien stmat li se jlaħħaq mat-€2.3 biljun, b'90% tal- ispiża kapitali tiġi koperta b'fondi mill-Unjoni Ewropea u bl-ispiża operattiva tlaħħaq mas- €56 miljun fis-sena. Kieku l-Gvern Laburista kien raġel biżżejjed, neħħa s-suppervja u rrikonoxxa li din il-proposta kienet se ssib bilanċ bejn il-qadi tal-bżonnijiet tan-nies u s-soċjetà kummerċjali, kieku l-ewwel fażi ta' dan il- proġett ilha lesta 'il fuq minn erba' snin. Reżistenza mill-Gvern Laburista Iżda l-Gvern Laburista, immexxi dak iż- żmien mill-Eks Prim Ministru Joseph Muscat, kien għamel ħiltu kollha biex jirredikola kemm jiflaħ kemm lil din il-proposta iżda fuq kollox lill-Partit Nazzjonalista. Biex jipprova jiġġustifika r-reżistenza tiegħu għal din il-proposta, il-Gvern Laburista pprova jagħti l-impressjoni li l-poplu ma jinteressahx minn dawn il-proġetti fit-tul għax bl-introduzzjoni ta' Trasport Pubbliku b'xejn kien se jsolvi l-problemi tat-traffiku. Iżda ż-żmien tana parir għax għalkemm irnexxielu jħarbat mas-€60 miljun fis-sena f 'sussidji għal Trasport Pubbliku b'xejn mit-taxxi tagħna (li s'issa laħqu sa terz ta' biljun ewro u li bihom kien jirnexxilu jiffinanzja sehem il-poplu Malti biex tkun introdotta l-Light Metro System proposta mill-Partit Nazzjonalista fl- 2017), minflok solva l-problema tat-traffiku spiċċa jipprovdi trasport b'xejn lil għexieren ta' eluf ta' barranin li importa minn barra l-pajjiż. Dan ma kienx biżżejjed. Waqt attività organizzata mill-Malta Chamber of Commerce, l-Eks Prim Ministru Joseph Muscat kien ħareġ ukoll bit-teorija li l-Metro hu vijabbli biss f 'San Ġiljan u Tas-Sliema, u għalhekk ma kienx se joqgħod jagħmel metro bejn dawn iż-żewġ lokalitajiet biss: bħallikieku t-traffiku San Ġiljan u Tas-Sliema biss qiegħed u mhux ma' Malta kollha. Gvern Laburista jegħreq fil-problemi li ħoloq hu stess Wara sentejn sħaħ jipprova jirredikola lill-Partit Nazzjonalista, il-Gvern Laburista tal-Eks Prim Ministru Joseph Muscat kellu jibla' lsienu u bl-aktar mod sfaċċat ipprova jagħmel tiegħu proposta li kien ressaq il- Partit Nazzjonalista biex isir il-proġett tal- metro f 'Malta. F'paniku biex jipprova jsolvi l-problemi tat- traffiku u tal-infrastruttura li ħoloq hu stess, fejn f 'perjodu ta' sitt snin il-popolazzjoni f 'pajjiżna kienet żdiedet b'madwar 115,000 persuna grazzi għall-politika żbaljata tiegħu li jkabbar l-ekonomija bil-popolazzjoni bla pjan, iddeċieda li jibda jikkunsidra l-introduzzjoni tal-metro f 'pajjiżna. Proposta ta' metro li falliet qabel ma ġiet imnedija Wara li ħlew ħames snin, qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2022 il-Gvern Laburista taħt it- tmexxija tal-Prim Ministru Robert Abela għamel it-tnedija ta' rapport dwar il-metro, li t-tnedija tiegħu biss swiet lill-kaxxa ta' Malta man-nofs miljun ewro għal preżentazzjoni ta' sagħtejn. Appena tiaħ dan ir-rapport, f 'paġna 6, issib disclaimer mill-konsulenti li qabbad il-Gvern li għalih tħallsu maż-€2 miljuni, jew €3,000 kull paġna, li ma jerfgħux responsabbiltà għal dak li kitbu huma stess f 'dan ir-rapport. Barra minn hekk, dan ir- rapport kellu konklużjonijiet li ma kinux korretti, fosthom li s-sistema tal-BRT (Bus Rapid Transport), li disa' xhur ilu f 'intervista li ta lil gazzetta lokali il-Ministru Chris Bonett issuġġeriha bħala waħda mis-soluzzjonijiet, kienet se titpinġa fuq il-landscape ta' pajjiżna. Barra minn hekk, f 'paġna 165 tal-istess rapport hemm lista ta' taxxi li kienu proposti li jiġu introdotti biex jiġi ffinanzjat il-metro, li kien se jlaħħaq spiża ta' madwar €6.8 biljun. Dawn it-taxxi, li l-Gvern Laburista kien lest li jgħabbi lill-poplu bihom minflok ifittex finanzjament mill-Unjoni Ewropea, kienu jinkludu: • Taxxa ta' €3 kuljum għall-ipparkjar ta' karozzi fit-toroq; • Taxxa extra ta' €25 fis-sena fuq liċenzji tal- karozzi; • Taxxa extra ta' €0.05 fuq kull litru fuel; • Taxxa extra ta' 5% fuq il-boll ta' bejgħ ta' proprjetà; • Taxxa extra ta' €40 kull metru kwadru bħala kontribuzzjoni tal-iżvilupp. Apparti l-fatt li biex il-Metro jibda jopera, kien se jieħu xejn inqas minn 20 sena barra l-ammont fenomenali ta' materjal ta' kostruzzjoni li kien se jiġi ġġenerat. Il-Partit Nazzjonalista bi proposta ta' trasport tal-massa effettiva Mill-banda l-oħra, fl-istess perjodu, il- Partit Nazzjonalista ppreżenta proposta bbażata fuq il-kunċett ta' Light Metro System f 'forma aktar avvanzata fil-forma ta' Light Rapid Transport fuq karreġġati ddedikati li kienet fattibbli, effiċjenti u fl- istess ħin cost-effective bi spiża kapitali ta' madwar €2.81 biljun, bi spiża operattiva ta' €54 miljun fis-sena, b'rotta ta' 175 kilometru tul li tgħaddi minn toroq arterjali u distributorji biss, aċċessibbli għal 48 lokalità, tqabbad lil Birżebbuġa maċ-Ċirkewwa, b'sitt linji, b'47 waqfa, tlettax-il interchange, disa' hubs u li f 'perjodu ta' ħames snin tkun operattiva. Inkluża ma' din is-sistema ta' Trasport tal-Massa kienet proposta sistema ta' feeder lines operata b'mezzi ta' trasport ta' daqs varju li jkunu jistgħu jaċċessaw iċ- ċentri tal-lokalitajiet tagħna biex jissuplixxu t-Trasport tal-Massa bin-nies. Proposta li lill-poplu Malti u Għawdxi ma switux ċenteżmu wieħed. Għal darb'oħra, qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet, il-Gvern Laburista rredikola kemm felaħ, kemm il-proposta nfisha, iżda fuq kollox lill-Partit Nazzjonalista, biex issa wara li ħela tliet snin reġa' kkummissjona rapport ieħor u f 'intervista li kellu l-Ministru responsabbli mit-Trasport Chris Bonett ammetta li minn studju ieħor li kkummissjona l-Gvern se jkun qed jipproponi xi ħaġa simili għall-proposta tal-Partit Nazzjonalista bi spiża ta' madwar €2.82 biljun. Trasport tal-Massa li l-pajjiż tant għandu bżonn Kif tenna kemm-il darba l-Kap tal- Oppożizzjoni Dr Alex Borg, il-pajjiż jeħtieġ sistema tat-trasport tal-massa mingħajr aktar dewmien u li għandhom isiru l-isforzi neċessarji biex tinstab triq komuni bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni fuq it-triq 'il quddiem: u dan għandu jsir b'obbligu u b'rispett lejn il-poplu Malti u Għawdxi. Fil-frattemp, pajjiżna għandu jirrikorri għal diversi metodi alternattivi ta' trasport li jnaqqsu l-piż tat-traffiku fl-immedjat minn fuq il-pajjiż bħall-inizjattivi ta' car sharing, investiment f 'rotot siguri għal trasport bir- rota u dak pedonali b'end of journey facilities adattati, inċentivi fiskali għal min iħaddem li jorganizzaw trasport lejn u mill-post tax- xogħol għal impjegati tagħhom, kordinazzjoni aħjar ta' xogħlijiet infrastrutturali fit-toroq tagħna, introduzzjoni ta' Master Plan għat-trasport lejn u minn l-Università ta' Malta għall-14,000 student li jattendu din l-istituzzjoni edukattiva u l-eluf li jmorru l-Isptar Mater Dei fuq bażi regolari, kif ukoll geo-indexing biex jiġu rrappurtati u llokalizzati inċidenti tat-traffiku fit-toroq tagħna fl-iqsar żmien possibbli. Għalkemm l-Oppożizzjoni Nazzjonalista offriet l-id tal-ħbiberija biex tinstab soluzzjoni immedjata, il-membri tal-Gvern infexxew jiġġieldu bejniethom b'detriment għall-poplu Malti u Għawdxi. u Għawdex: X'ħareġ ġdid fil-Baġit? Il-Perit Toni Bezzina, Shadow Minister għat- Trasport, l-Agrikoltura u s-Sajd, jgħid li n-nuqqas ta' importanza li ngħata t-trasport u t-traffiku fid-diskors tal-Baġit ta' nhar it-Tnejn li għaddew huwa riżultat tal-apatija tal-Gvern Laburista tul dawn l-aħħar snin lejn it-tbatijiet tal-poplu. 'Gvern li qata' qalbu li jsolvi l-problemi maħluqa minnu stess'

