MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 9 NOVEMBER 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541178

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

ILENIA DEBONO Din il-ġimgħa, il-parlament inbidel f 'burdell waqt żewġ diskorsi importanti; l-ewwel diskors ta' stoffa ta' Alex Borg bħala reazzjoni għall-baġit u r-risposta ta' Robert Abela għal dan id-diskors. Iż-żewġ naħat tal-kamra qamu fuq xulxin u f 'ċerti mumenti, id-deputati kienu iżjed qishom studenti sekondarji fuq il-bankijiet tal- iskola; bl-Ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia jkeċċi lid- Deputat Nazzjonalist Adrian Delia u l-Assistent Whip tal-PN Paula Mifsud Bonnici tgħatti l-kameras tat-televiżjoni waqt id-diskors tal-Prim Ministru. Madankollu, iċ-ċentru tal- attenzjoni kienu xorta waħda d-diskorsi. Il-Professur u osservatur politiku Andrew Azzopardi qal li ż-żewġ diskorsi seħħew fl-isfond tar-rapport tal-ICC fuq il-każ ta' Steward. "Id-diskorsi tal-Prim Ministru Robert Abela u tal-Kap tal- Oppożizzjoni Alex Borg kienu bla dubju ta' xejn żewġ diskorsi bl-elezzjoni ġenerali f 'moħħhom u 'in between the lines' fl-iskript tagħhom." Azzopardi ta analiżi taż- żewġ diskorsi u qal li Borg irid jasserixxi ruħu u li Abela jrid "joħroġ b'saħħtu," sabiex jirbaħ lura dik il-parti tal-elettorat li donnha sabet tama ġdida f 'Borg. Azzopardi qal li ż-żewġ mexxejja kienu pragmatiċi b'viżjoni għall- pajjiż. Madankollu fuq livell ta' direzzjoni ekonomika, it-tnejn offrew soluzzjonijiet simili. Hu pponta lejn il-fatt li l-Kap tal-Oppożizzjoni għafas fuq temi li jibqa' viċin in-nies, l-għoli tal-ħajja, il-popolazzjoni, u t-traffiku, filwaqt li l-Prim Ministru ma tantx tkellem fuq dawn iżda minflok iffoka fuq l-ekonomija, it-tibdiliet tal- faxex tat-taxxa, u fuq il-familji. Rigward il-qasam tal- benesseri soċjali, Prof. Azopardi aċċenna dwar l-importanza li l-Oppożizzjoni tat lis-saħħa mentali u lis-solitudni. Kliem bħal dan tah kuraġġ, filwaqt li rrikonoxxa wkoll l-importanza tad-diskors tal-Prim Ministru fuq il-kumpless mitluq ta' Baħar iċ-Ċagħaq u ta' Manoel Island, żewġ spazji meqjusa bħala "mitqlu deheb għaċ-ċittadini" f 'dak li għandu x'jaqsam ma' sfond ambjentali u dak ta' benesseri. Il-bżonn ta' mudell ta' tkabbir ibbażat fuq il-valur miżjud L-Ekonomista JP Fabri tkellem ukoll ma' din il-gazzetta u ħares lejn iż-żewġ diskorsi minn perspettiva ekonomika. Hu spjega li r-rispons tal- Oppożizzjoni enfasizza kwistjonijiet strutturali bħall- produttività, il-popolazzjoni li qed tixjieħ u s-sostenibbiltà tal- mudell ekonomiku li jiddependi minn influss ta' ħaddiema barranin. "Fuq il-linja politika kollha qed tikber ir-rikonoxxenza li Malta trid tgħaddi minn mudell ta' tkabbir ibbażat fuq l-iskala għal wieħed ibbażat fuq il-valur, l-innovazzjoni u l-kapaċità. Dan jimplika aktar investiment fil- ħiliet, fir-riċerka, fil-kwalità ambjentali, u fil-prestazzjoni istituzzjonali. Lakuna ewlenija tibqa' l-implimentazzjoni — li tiġi żgurata li l-miżuri jkunu mfassla b'għanijiet ċari, segwiti b'mod trasparenti u aġġustati skont l-evidenza." Fabri qal li r-risposta tal-Prim Ministru saħħet il-protezzjoni soċjali u l-ġid kolletiv, bħall- White Rocks li se jsir park nazzjonali pubbliku bħala simbolu ta' prijorità lill-kwalità tal-ħajja, l-ispazji pubbiċi, u l-valur ambjentali. L-importanza lit-turiżmu fil- baġit Tony Zahra, il-President tal- Malta Hotels and Restaurants Assocation, qal li kemm il-Prim Ministru, u anke l-Kap tal- Oppożizzjoni kkonfermaw li t-turiżmu se jibqa' wieħed mill- aktar pilastri importanti tal- ekonomija. "Il-partit fil-gvern ta direzzjoni ċara f 'dak li għandu x'jaqsam mal-mixja tal- industrija lejn wasla ta' turisti ta' kwalità u għalhekk b'inqas impatt fiżiku fuq il-pajjiż iżda b'benefiċċju ekonomiku akbar. Il-mexxej tal-Oppożizzjoni qabel mal-PM iżda talab ritmu aktar mgħaġġel." Hu qal li l-gvern sema' d-domanda tal-MHRA rigward ta' tfittxija għal turist bi nfiq ogħla sabiex iħallu iżjed benefiċċju ekonomiku. Joe Muscat, il-President tal-Gozo Tourism Authority, tkellem ukoll fuq dan id- diskors fejn irrikonoxxa li kemm il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni semmew l-importanza tat-turiżmu, anke fil-Gżira Għawdxija. Hu nnota wkoll li t-tnejn li huma aċċennaw għall-konnettività bejn iż-żewġ gżejjer, inkluż ir- raba' vapur għall-Gozo Channel. Madankollu, Muscat tenna li l-proposta tal-Gozo Tourism Authority, li l-ekokontribuzzjoni miġbura minn fuq l-akkommodazzjoni f 'Għawdex għandha tintuża bħala fond għal Għawdex stess, xi ħaġa li ma ġietx imsemmija mill-ebda naħa tal-kamra. Miżura li Muscat qal li għandha sservi ta' investiment fit-titjib tal-prodott turistiku Għawdxi jew f 'xi proġett kapitali li jkompli jsaħħaħ l-offerta turistika Għawdxija. 02 aħbarijiet IL-ĦADD 9 TA' NOVEMBRU 2025 • illum X'ħasbu wara d-diskorsi ta' Abela u Borg Wara d-diskorsi tal-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni, numru ta' nies minn setturi differenti joffru l-perspettiva tagħhom fuq dak li ntqal Il-Professur u osservatur politiku Andrew Azzopardi L-ekonomista JP Fabri Il-President tal-Malta Hotels and Restaurants Association Tony Zahra Il-President tal-Gozo Tourism Authority Joe Muscat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 9 NOVEMBER 2025