MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 9 NOVEMBER 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541178

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

IL-ĦADD 9 TA' NOVEMBRU 2025 • illum 04 JAELLE BORG Fil-qalba ta' Tal-Pietà, l-Isptar Karen Grech ilu snin jitqies bħala ċentru kruċjali għall-kura tal-anzjani u pazjenti li jeħtieġu riabilitazzjoni fit-tul. Imma taħt il-wiċċ kwiet tal-faċilità medika, qed jikber tħassib dejjem akbar dwar l-istat tagħha — saqaf ikkundannat, ħitan imfarrkin u infrastruttura li tidher li ilha tistenna manutenzjoni serja għal snin sħaħ. L-MUMN: "Jekk taqa' biċċa mis-saqaf, m'aħniex se nistennew sa ma jweġġa' xi ħadd" Il-President tal-MUMN, Paul Pace tkellem ma' din il-gazzetta u qal li wara l-istqarrija tagħhom fejn fost xi affarijiet tkellmu dwar il-kundizzjoni tal-Isptar Karen Grech, l-ebda azzjoni konkreta ma ttieħdet mill-awtoritajiet. Skontu, il-Ministru kien qal li hemm pjan "li ċ-ċentru jitneħħa għax se jwaqqgħu l-binja," iżda sa issa l-ebda timeframe ma ġie indikat. "Aħna naqblu li rridu nimxu minn dan l-isptar jekk il-pjan hu li jwaqqgħuh," qal il-President tal- MUMN. "Imma jekk m'għandniex idea meta, kif se nħallu kollox fl-istat li qiegħed? Jekk is-saqaf qiegħed f 'din il-kundizzjoni li saħansitra tidher ix-xibka, dan ifisser li hemm il-periklu. F'dan l-isptar hemm pazjenti morda, ħaddiema, u familji li jżuruhom kuljum — nistennew sa ma jweġġa' xi ħadd?" Pace żied jgħid li saħansitra waqgħet biċċa mis-saqaf li kważi laqtet nurse waqt ix-xogħol: "Għalxejn ngħidu li konna xxurtjati — illum ġiet tajba u għada jaf ma tiġix." Problemi oħra f'Karen Grech: Ward ta' adolexxenti bla kontroll Iżda l-problemi fl-Isptar Karen Grech mhumiex biss strutturali. Skont il-President tal-MUMN, hemm ward fejn jiġu kkurati adolexxenti, u s-sitwazzjoni hemmhekk qed issir dejjem aktar perikoluża. "Qed jidħol l-alkoħol u anke l-marijuana ġewwa l-isptar — xi pazjenti adolexxenti qed jaslu fis- sakra, oħrajn jaqbdu joħorġu meta jridu u jmorru lura f 'nofs ta' lejl," qal. "In-nurses qed jibżgħu jitkellmu jew jikkonfrontawhom għax qed juru arroganza u aggressività.' "Filwaqt li f 'Mater Dei jew St Luke's, każ ta' harassment jiġi indirizzat immedjatament, f 'Karen Grech kollox jitħalla jgħaddi. Jiena skantat kif dan l-isptar waqa' lura daqshekk — u għaliex trid tidħol il-union biex jiġu solvuti affarijiet sempliċi bħal dawn," kompla jgħid. X'qed nistennew? L-MUMN tinsisti li s-sitwazzjoni mhix waħda li tista' tistenna. Jekk l-isptar hu verament skedat biex jitwaqqa', għandu jkun hemm pjan ċar u kalendarju. Inkella, kull jum li jgħaddi mingħajr manutenzjoni jpoġġi f 'riskju reali lill-pazjenti u lill-ħaddiema. Il-mistoqsijiet lill-Ministeru għas-Saħħa dwar dawn il- kwistjonijiet — kemm fuq il- kundizzjoni strutturali, kif ukoll fuq il-problemi ta' sigurtà tal-ħaddiema — għadhom bla tweġiba sal-ħin tal-pubblikazzjoni. Madankollu, ilbieraħ, il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva bagħat stqarrija li fiha saħaq fuq l-impenn tiegħu li jiżgura s-sigurtà, id-dinjità, u l-benesseri tal-professjonisti kollha fl-Isptar Karen Grech. Il-Ministeru qal li l-Management qed jieħu b'serjetà massima t-tħassib tal-istaff, u li stieden lill-Malta Union of Midwives and Nurses (MUMN) għal taħditiet bl-għan li tissolva s-sitwazzjoni b'mod kostruttiv, għalkemm il-union irriutat li tattendi. L-istqarrija ttemm billi tgħid li stedina oħra diġà ntbagħtet għal laqgħa oħra u li l-Ministeru jittama li l-union terġa' tikkunsidra l-pożizzjoni tagħha u tidħol fi djalogu miuħ. Il-mistoqsija tibqa': min se jerfa' r-responsabbiltà? Il-problemi fl-Isptar Karen Grech jiħu dibattitu akbar dwar l-istat tal-faċilitajiet pubbliċi tal- kura fit-tul f 'Malta, fejn bosta bini ilu jservi għal għexieren ta' snin b'manutenzjoni minima. Il-pubbliku, il-pazjenti, u l-ħaddiema għandhom id-dritt għal ambjent sigur. Imma mingħajr azzjoni konkreta, il-mistoqsija tibqa' waħda biss: se nistennew sakemm tiġri xi traġedja? L-Isptar Karen Grech ilu snin jiġbor il- menti dwar kundizzjonijiet perikolużi u traskuraġni — Issa, b'rapporti ta' saqaf li qed jaqa' … il-mistoqsija hi waħda: meta ħa tittieħed azzjoni? aħbarijiet Karen Grech taħt il-lenti AVVIŻ LILL-PROPRJETARJI TAL-ART MHUX MAGĦRUFA (Art. 4(2) L.N. 71/07 kif emendat minn L.N. 73/15) Is-sidien ta' Project Landmark, Triq Santu Wistin c/w Triq Elija Zammit, San Ġiljan, qed jippreżentaw l-Applikazzjoni għall-Kontroll tal-Ippjanar PC/00059/24 lill-Awtorità tal-Ippjanar skont l-Art. 4 ta' L.N. 71/07. L-applikazzjoni tipproponi bidla fl-allinjament kif approvat qabel (PC0081/18) billi jiġu rilokati t-taraġ pubbliku u l-lift li jgħaqqdu Triq Santu Wistin ma' Triq Elija Zammit biex jippermettu t-tkabbir tal-pjazza; it-triq interna se titneħħa minħabba l-konsolidazzjoni tas-sit. Sar sforz biex jiġu traċċati s-sidien kollha tal- proprjetà biswit; madankollu, xi sidien ma setgħux jinstabu. Dan l-avviż huwa ppubblikat biex jinforma lil kwalunkwe sid biswit mhux traċċat dwar l-applikazzjoni proposta. Għal aktar informazzjoni, ikkuntattja lill-perit fuq info@csdesign.eu fi żmien 15-il jum mid-data ta' dan ir-riklam. L-uniformi l-ġdida tal-LESA tiswa iżjed minn €500 L-uniformi l-ġdida tal-uffiċjali tal-LESA – mingħajr il- Body Worn Cameras – tiswa €565.25, qal il-Ministru għall- Intern Byron Camilleri waqt mistoqsija parlamentari. Il-Ministru spjega l-ispiża sħiħa biċċa biċċa; €205 biss għall-ġakketta waterproof, €35 għall-vest, €95 għall-ġakketta softshell, €35 għall-flokk tal- komma twila, €29.50 għall-flokk tan-nofs komma, €40 għall- qalziet, €35 għax-xorz, €15.75 għall-beritta, u €75 għaż-żarbun protettiv. Camilleri qal ukoll li l-kuntratt għall-Body Worn Cameras huwa għal erba' snin u għandu valur smat ta' €263,200, eskluża l-VAT. F'Ottubru li għadda, ġie mħabbar li l-uffiċjali tal-LESA se jkollhom uniformijiet ġodda li ġew imżanżna nhar it-3 ta' Novembru, u anke muturi ġodda filwaqt li l-wardens se jkollhom il-body cameras. Il-Kap Eżekuttiv tal-LESA Svetlick Flores kien diġà qal li dawn il-kameras jiswew madwar €300,000, u li se jkunu għodda għat-trasparenza u iżjed fiduċja fil-korp. L-investiment totali ta' dawn l-uniformijiet huwa €1.2 miljun.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 9 NOVEMBER 2025