Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541178
Il-Ministru għas-Saħħa Jo Etienne Abela spjega li hemm 715-il persuna fil-lista ta' stennija għall- operazzjoni ta' knee replacement u 90 oħra fil-lista ta' stennija għall-operazzjoni tal-katarretti. Abela qal li fit-30 ta' Settembru kien hemm 1,054 pazjent qed jistennew il-proċedura tat-total knee replacement aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti. Dakinhar li saret il-mistoqsija parlamenti, nhar il-5 ta' Novembru, dan l-ammont niżel bi 339 persuna. Il-Ministru tkellem ukoll fuq il- proċedura tal-katarretti, li skontu l-istennija għal din l-operazzjoni kienet ħames snin taħt Gvern Nazzjonalista u llum l-istennija niżlet għal tliet xhur. Hu qal li bħalissa hemm 90 persuna jistennew biex jagħmlu din il- proċedura, inkluż operazzjonijiet tal-katarretti differenti minn dik tas-soltu, kemm f 'Mater Dei, u anke fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex, bi pjanijiet li dawn l-operazzjonijiet isiru wkoll fiċ-Ċentru Reġjonali tas- Saħħa Ċensu Moran. Abela kjarifika li n-numru tan- nies fil-lista ta' stennija jinkludu persuni li meta ġew ikkuntattjati m'aċċettawx l-appuntament, persuni li ma setgħux jiġu kkuntattjati u persuni li minħabba l-kundizzjoni tagħhom ma jistgħux jiġu operati barra mill-Isptar Mater Dei. IL-ĦADD 9 TA' NOVEMBRU 2025 • illum 08 aħbarijiet IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Oħrajn staqsew għaliex ġenituri Kattoliċi jridu jippreżentaw ċertifikat tal- magħmudija biex japplikaw, filwaqt li tfal ta' reliġjonijiet oħra jistgħu jidħlu mingħajr dan ir-rekwiżit. Fl-istess waqt, kien hemm min iddefenda l-ftuħ ta' dawn l-istituzzjonijiet, billi qal li r-reliġjon Kattolika għandha tkun eżempju ta' mħabba lejn kulħadd. Fid-dawl ta' dan, il-gazzetta ILLUM staqsiet lill-Arċidjoċesi ta' Malta biex tispjega l-pożizzjoni tagħha fuq dan is- suġġett. It-tweġiba dettaljata ngħatat mis-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika, li flimkien mad-Djoċesi ta' Għawdex jamministra u jikkordina l-proċess tad-dħul fl- iskejjel tal-Knisja. Is-Segretarjat qal li kull sena jiġu aġġornati u ppubblikati regolamenti uffiċjali li jirregolaw id-dħul fl-iskejjel tal-Knisja. Minħabba li l-applikazzjonijiet dejjem ikunu aktar mill-postijiet disponibbli, dan il-proċess jinkludi poloz pubbliċi u miżuri ta' trasparenza sħiħa. F'każijiet fejn jibqgħu postijiet vojta — mhux fis-snin li fihom isiru l-poloz (Years 2–6 u Years 8–11) — japplikaw ir- regolamenti interni tal-iskola rispettiva. Dritt ekkleżjastiku u awtonomija ta' kull skola Il-Kurja spjegat li l-ehim tal-1991 bejn is-Santa Sede u r-Repubblika ta' Malta jagħti lill-awtoritajiet ekkleżjali d-dritt li jistabbilixxu liberament il- kriterji ta' ammissjoni fl-iskejjel tal-Knisja. Is-Segretarjat għall- Edukazzjoni Kattolika jservi bħala entità ta' kordinament u gwida, iżda kull skola hija legalment awtonoma u tiddependi mill-Ordni reliġjuż li jmexxiha, ħlief dawk li jaqgħu direttament taħt l-Arċidjoċesi jew id-Djoċesi t'Għawdex. Għalhekk, xi skejjel jagħżlu li jaċċettaw biss studenti Kattoliċi, oħrajn l-Insara kollha, u oħrajn tfal minn kull twemmin, iżda dejjem b'rispett lejn l-identità Kattolika tagħhom. Is-Segretarjat żied jgħid li ġenituri li japplikaw biċ-ċertifikat tal-Magħmudija jżidu ċ-ċansijiet tad-dħul, peress li wliedhom jistgħu japplikaw għall-iskejjel kollha tal-Knisja. Skont id-dejta għall-2025, madwar 2.8% tal-istudenti ammessi fl-iskejjel tal-Knisja mhumiex Kattoliċi. Lezzjonijiet tar-Reliġjon u inklużjoni Il-Kurja kkonfermat li l-lezzjonijiet tar-Reliġjon jibqgħu parti obbligatorja mill-kurrikulu f 'kull skola tal-Knisja, mingħajr alternattiva ta' suġġett ieħor. Is-Segretarjat spjega li, minħabba raġunijiet loġistiċi, studenti ta' twemmin ieħor huma mistennija jibqgħu fil- klassi waqt dawn il-lezzjonijiet, u l-ġenituri jistgħu jagħżlu jekk it- tfal jitgħallmux is-suġġett b'mod akkademiku. Il-Kurja saħqet li l-iskejjel jiġu mfakkra kontinwament dwar l-importanza tad-djalogu u kontra kull forma ta' esklużjoni, u li anke dawk l-iskejjel li jilqgħu biss Kattoliċi għandhom jgħaddu valuri ta' rispett, imħabba u inklużjoni. Il-bilanċ bejn awtonomija u kordinament ċentrali Is-Segretarjat qal li huwa jħeġġeġ djalogu kontinwu bejn reliġjonijiet differenti sabiex titnaqqas il-firda u tiġi promossa kultura ta' rispett u għaqda. Dan jgħodd ukoll għall- Knisja nnifisha, li hi magħmula minn firxa ta' fehmiet u perspettivi. Għalhekk, huwa importanti li jinżamm bilanċ bejn kordinament ċentrali u awtonomija individwali tal- iskejjel, inkluż fil-mod kif jitħaddem il-prinċipju ta' inklużjoni reliġjuża. Is-Segretarjat ikkonferma li hemm proċess ta' riflessjoni u riċerka li diġà beda dwar il-futur tal-iskejjel tal-Knisja f 'Malta. Dan il-proċess għandu l-għan li jiddefinixxi x'inhi l-identità ta' skola tal-Knisja llum, fid-dawl ta' bidliet soċjali, tnaqqis fil- vokazzjonijiet reliġjużi, u realtà kulturali dejjem aktar diversa. Il-Kurja qalet li Knisja li tingħalaq fiha nnifisha għandha riskju kbir li ssir irrelevanti, għall-kuntrarju ta' Knisja li tinħareġ, tilqa', u takkumpanja. Id-dokument li jirriżulta minn dan il-proċess huwa mistenni li jiġi ppubblikat fil-futur qrib. Il-funzjoni soċjali tal-iskejjel tal-Knisja B'referenza għal xi kritika li dehret fl-artiklu tal-ILLUM, is- Segretarjat fakkar li storikament l-iskejjel tal-Knisja twaqqfu biex iservu lill-"imwarrba", iżda maż- żmien bdew jattiraw studenti minn sfondi aktar privileġġjati. Illum, qal is-Segretarjat, dawn l-iskejjel jirriflettu aħjar it- taħlita soċjali tal-pajjiż, u dan sar b'impenn konxju u b'ħarsien sħiħ tal-identità Kattolika tagħhom. "Din l-identità ma tintilifx meta skola tal-Knisja tagħżel li tilqa' studenti ta' twemmin ieħor, anki jekk hi waħda mill-isfidi li trid taffaċċja," tgħid it-tweġiba uffiċjali. Skont is-Segretarjat, dan hu l-ispirtu li l-Knisja f 'Malta tippromovi fost l-iskejjel tagħha, anke permezz tar-regolamenti tad-dħul, sabiex jinżamm bilanċ bejn fehmiet differenti fi ħdan Knisja li tilqa', toħroġ, tiltaqa' u takkumpanja. Storikament l-iskejjel tal-Knisja maż-żmien bdew jattiraw studenti minn sfondi privileġġjati 715-il persuna jistennew operazzjoni ta' knee replacement u 90 jistennew operazzjoni tal-katarretti Il-Pulizija ta' Malta arrestat żewġt irġiel u mara b'rabta ma' operazzjoni allegata ta' traffikar tad-droga, wara diversi jiem ta' sorveljanza. L-arresti saru l-Ġimgħa filgħodu bħala parti mill-isforzi kontinwi tal-Pulizija biex jiġġieldu t-traffikar tad-droga. Matul rejd f 'residenza f 'San Ġwann, l-uffiċjali arrestaw raġel ta' 40 sena li huwa maħsub li kien qed jipprepara d-drogi għall- bejgħ. Tiix fil-post wassal għall- iskoperta ta' madwar 300 gramma kokaina, maqsuma f 'diversi pakketti żgħar, li jindikaw li s-sustanza kienet lesta għall-bejgħ. Il-Pulizija kkonfiskat ukoll diversi oġġetti li jingħad li ntużaw fil-preparazzjoni u l-ippakkjar tad-drogi. Il-kokaina kkonfiskata għandha valur stmat fit-triq ta' it aktar minn €20,000. Ftit qabel ir-rejd, mara ta' 41 sena dehret titlaq mill-istess residenza u ġiet arrestata aktar tard fil-Marsa. Sadanittant, raġel ta' 32 sena ġie arrestat f 'Bormla. L-investigazzjonijiet żvelaw li, allegatament, ir-raġel kien responsabbli għad-distribuzzjoni tad-drogi ppreparati fir-residenza ta' San Ġwann. Tiix f 'daru l-Belt Valletta wassal għall-iskoperta ta' madwar €6,000 fi flus kontanti u ammont ta' ġojjellerija, li huma maħsuba li għandhom rabta mal- operazzjoni tad-droga. F'tiix relatat, il-Pulizija kkonfiskat ukoll żewġ vetturi — Mercedes u Porsche Cayenne — minn garaxx f 'San Ġwann bħala parti mill-investigazzjoni li għadha għaddejja. Il-Maġistrat Monica Borg Galea ġiet infurmata bil-każ u qed tmexxi inkjesta maġisterjali. It-tliet suspettati mistennija jitressqu l-Qorti aktar tard illum għall-ħabta tal-11:30 a.m. quddiem il-Maġistrat Nadine Sant Lia. Tlieta arrestati b'rabta ma' ċirku ta' traffikar ta' droga

