Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541178
Fir-reċta kommoventi tiegħu dwar il-ħajja ta' Sir omas Moore, il-kanċillier onest u rett tar-Re Enriku VIII tal-Ingilterra, li iżda ġie maqtul minnu meta ma riedx jiċħad il-fidi Kattolika tiegħu, u wara sar ukoll qaddis, Robert Bolt iddeskriva lil dan ir-raġel sinċier ta' prinċipji sodi bħala A Man For All Seasons (fl-1966 ħareġ film eċċellenti bl- istess isem li rebaħ sitt Oscars) titlu li verament kien jixraqlu. Dan it-titlu lili malajr ifakkarni fid-direttur Anthony Mann li b'abbilità kbira kien kapaċi jeċċella f 'diversi produzzjonijiet ta' ġeneri differenti. Anthony Mann twieled bl-isem ta' Emil Anton Bundsmann fit-30 ta' Ġunju 1906 f 'San Diego, California. Mann miet fid-29 ta' April 1967 fl-età ta' 60 sena. Hu beda l-karriera tiegħu bħala attur tat-teatru fejn deher f 'ruxxmata ta' produzzjonijiet tal-palk. Kien fl-1937 li telaq lejn Hollywood fejn beda jaħdem bħala wieħed li jiskopri persuni li juru talent u jfittex atturi ġodda biex ikollhom xi parti fil-films wara li jissodisfaw lill-produtturi u diretturi u anki jinnegozja l-kuntratti ta' dawk li jingaġġaw. Dan ix-xogħol beda jagħmlu mad-Direttur Preston Sturges, famuż f 'dak iż-żmien għall-kummiedji satiriċi tassew popolari tiegħu. Id-debutt tiegħu bħala direttur wasal f 'Dr. Broadway (1942). F'dik l-epoka, Mann idderieġa diversi films għall-kumpaniji Universal, RKO Radio, Eagle-Lion, Republic u anki għall-M.G.M. Kien fl-1947 li beda juri mill-bidu l-kapaċità tiegħu ta' direttur. 1945 – 1949 – Films tal-Misteru u tal-Kriminalità Ħafna mill-films li dderieġa f 'dan il-perjodu kienu dawk imsejħa "film noir" (titlu magħżul mill-kritiċi żgħażagħ Franċiżi), xogħlijiet ta' bagits modesti dwar investigaturi (ditektivs) li jsibu ruħhom f 'sitwazzjonijiet perikolużi jew li jkunu ttraduti minn dawk stess li jfittxuhom għall-għajnuna, l-aktar xi nisa b'aġenda ta' vendetta sigrieta fuqhom, jew dawk li jgħixu ħajja laxka u anki kriminali korrotti. Fost din il-kwalità ta' produzzjonijiet insibu Strangers In e Night (1945), e Great Flamarian (1945) — mara sabiħa mingħajr skrupli li tagħti wirjiet f 'nightclub timmanipula l-irġiel kollha ta' ħajjietha biex tipprova teħles mir-raġel alkoħoliku tagħha; Two O'Clock Courage (1946), Strange Impersonation (1946), Railroaded (1947) — mara li taħdem f 'post tas-sbuħija flimkien mal-ħabib ħalliel tagħha jippruvaw jisirqu lill-wieħed tal- imħatri; T-Men (1947), Desperate (1947), Raw Deal (1948) — Joe Sullivan (Dennis O'Keefe) ħa l-ħtija fuqu ta' Rick (Raymond Burr) li ttradih bi pjan ta' ħarba difettuża u mezzi oħrajn biex jeħles minnu; Border Incident (1949) u Side Street (1949) — wieħed żagħżugħ li għandu l-mara tqila jisraq somma ta' flus ta' rikatt li kienet merfugħa biex jinqatel xi ħadd. 1950 – 1958 – Sensiela ta' Westerns Dinamiċi u Kollaborazzjoni ma' James Stewart Fid-diċennju tal-ħamsinijiet, Anthony Mann idderieġa mhux inqas minn għaxar films Western. Dan seħħ meta l-produttur Nicholas Nayfack offrielu skript ta' Devil's Doorway (1950) li verament interessa lil dan id- direttur li sostna li kien l-aħjar materjal li qatt qara. Dan kien wieħed mill-ewwel Westerns li wrew simpatija lejn l-Indjani/ Amerikani. Dan kien l-istimulu li ħajru jimbarka fuq sensiela ta' Westerns tul is-snin ħamsin li wħud minnhom saru klassiċi, kif ukoll akkwistaw il-fama ta' xogħlijiet kulti. F'numru sabiħ minnhom insibu lil James Stewart li minn bniedem baħbuħ u tal- familja kif kien qabel magħruf fuq il-liżar il-kbir, fil-Westerns ta' Anthony Mann sar pjutost aggressiv li jrid jieħu sodisfazzjon meta jkun ikkalpestat, misruq jew imsawwat, però xorta waħda baqa' maħbub mal-pubbliku. Is-snin ħamsin kienu mimlija Westerns ċelebri, il-maġġoranza bil-kulur u dan id-direttur spikka f 'ħamsa minnhom. Dawn huma: Winchester 73 (1950). Jaħdmu James Stewart, Shelley Winters, Dan Duryea u Stephen McNally. F'kompetizzjoni ta' min jimmira l-aktar, Lin McAdam (Stewart) ikun ir-rebbiegħ ta' xkubetta ġdida li tispara diversi balal. Malajr din tinsteraq minn Dutch Henry Brown (McNally), il- kompetitur li ġie fit-tieni post. McAdam, b'furja Tewtonika jsus warajh hekk kif dan l-imbierek azzarin jibdel ħafna jdejn sakemm jerġa' jsib postu għand Dutch. Dawn iż-żewġ rivali jipprovaw joqtlu lil xulxin fuq muntanja għolja mimlija blat. F'dan il- film li kien suċċess, f 'partijiet ċkejknin jaħdmu Rock Hudson bħala Indjan u Tony Curtis ikun suldat tal-kavallerija. Dawn it- tnejn kienu fil-bidu tal-karriera tagħhom. It-titlu tal-film jirreferi għall-isem tal-ixkubetta u s-sena meta ġiet immanifatturata. e Naked Spur (1953). Jidhru James Stewart, Janet Leigh, Robert Ryan, Ralph Meeker u Millard Mitchell. Howard Kemp (Stewart) li xogħlu hu li jaqbad il-kriminali, ikun ilu jiġri wara l-qattiel Ben Vandergroat (Ryan). Biex jgħinuh ikun sfurzat jingaġġa tnejn li mhumiex ta' min jafdahom. Meta jisimgħu li fuq Vandergroat hemm rigal ta' $6,000, ir-regħba tieħu pussess fuqhom u Vandergroat jieħu vantaġġ ta' din is-sitwazzjoni biex idawwarhom kontra Kemp. Biex l-affarijiet ikomplu jmorru għall- agħar, tiġri magħhom hemm Lina Patch (Leigh), il-maħbuba tal-qattiel. Ix-xenarju pittoresk tal-kampanja, xmajjar u muntanji bis-silġ fuqhom (il-film inħadem fir-Rocky Mountains) verament jimpressjonaw. Personalment, inqisu l-aħjar Western ta' dan id- direttur. e Man From Laramie (1955). L-atturi huma James Stewart, Arthur Kennedy, Donald Crisp, Cathy O'Donnell u Alex Nichol. Will Lockhart (Stewart) bniedem misterjuż iqassam il-provvisti lil Barbara Waggoman (O'Donnell) li għandha ħanut f 'belt żgħira iżolata f 'Colorado. Malajr jiġi f 'konflitt ma' Dave Waggoman (Nichol), it-tifel kattiv mimli arja ta' Alec (Crisp), raħħal potenti u kuġin tal-ħelwa u ġentili Barbara. Xorta Lockhart jibqa' fil-belt biex ifittex minn qed jissupplixxi l-armi lill-Indjani. Dan kien il- ħames u l-aħħar Western li Mann ikkollabora ma' James Stewart. 14 films IL-ĦADD 9 TA' NOVEMBRU 2025 • illum Carmel Bonnici Anthony Mann — Direttur Prolifiku u Dinamiku [L-EWWEL PARTI] SPIŻERIJI MIFTUĦIN TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 24˚Ċ L-INQAS: 18˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Viżibilità Tajba Riħ Majjistral it- Tramuntana forza 4 għal 5 li jdur mill- Punent Majjistru forza L-OGĦLA: 26˚Ċ L-INQAS: 18˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab li jsir b'xi ħalbiet iżolati tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fil-ħalbiet tax-xita Riħ Punent forza 2 għal 3 SPIŻERIJI MIFTUĦIN GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA

