Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541178
Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 9 TA' NOVEMBRU 2025 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt L i Jason Micallef huwa antipatku jaa kulħadd. Li Paula Mifsud Bonnici tagħmel bħat-tfal meta taqbeż quddiem il-kamera fil-parlament, kulħadd jaf. Li Adrian Delia jaġixxi b'mod stramb, kulħadd jaf. Fil-politika hemm nies li l-atteġġjament tagħhom huwa sa ċertu punt tollerat. Li mhux tollerabbli hu li meta jkollok persuna taqbeż il-linja ħadd ma jgħidilha xejn. L-azzjonijiet tad-deputati Nazzjonalisti fil-parlament meta kien qed jitkellem il-Prim Ministru mhumiex aċċettabbli. Tista' ma taqbilx ma' Robert Abela, imma l-azzjonijiet kienu esaġerati u mhux dekorużi. M'aħniex qed ngħixu f 'pajjiż fejn id-demokrazija hija mhedda jew hemm attentat biex id-demokrazija titnaqqar. Kien hemm baġit, u baġit li ġie ppreżentat skont il-proċeduri. Inkredibbilment, l-azzjonijiet tagħhom ma kinux innutati jew ikkritikati mit- tmexxija Nazzjonalista, u dan hu sinjal ħażin ħafna. Mhux sinjal tajjeb għal Alex Borg. Min-naħa l-oħra, għandna lil Jason Micallef, persuna li jilbes ħafna kpiepel u filwaqt li forsi hawn min jaħseb li huwa maħbub fil-Partit Laburista, Micallef huwa kkunsidrat bħala persuna antipatiku u kattiv. Persuna li jgħajjar lil kulħadd li huwa loser, meta jinsa li kien fl-istrutturi ta' partit li qatt ma seta' jirbaħ bl-istil tiegħu. Tant hu hekk, minkejja li llum jiddefendi lil Joseph Muscat, kien imwarrab miċ-ċentru tal- poter tal-PL ta' dak iż-żmien. Il-ministri jafu min hu Micallef. Persuna li meta jrid jattakka jsemmi lil kulħadd u jagħmel l-istess żball li kienet tagħmel Caruana Galizia li tattakka, mhux il-persuna, imma lil dawk kollha li huma marbuta ma' dik il-persuna. Micallef jaħseb ukoll li min jikkritikah huwa Nazzjonalist, meta onestament, il-persuni li jsibuh antipatiku u dardira huma nies b'ebda affiljazzjoni politika. Is-saga tal-Park Nazzjonali ta' Ta'Qali tiddeskrivi jew inkella tfakkarna fil-mod kif Micallef jaġixxi meta jiġi affaċċjat bi kritika. Imma l-każ taż-żrar f 'Ta' Qali hija biss farka tal-istil politiku ta' Micallef. L-istil tiegħu huwa dak li m'għandux ikun jew jeżisti f 'xi partit. Stil li tattakka lil min jikkritikak jew inkella min ma jaqbilx miegħek iwassal biex persuna tirribatti bi kliem esaġerat, aġġettivi bla bżonn, u kummenti pwerili. Micallef huwa uffiċjal pubbliku mħallas mit-taxxi tan-nies. Qed iservi bil-buona volonta tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Anke jekk ma jridx, irid iżomm xi forma ta' dekor. Irid irażżan ilsienu u jaġixxi ta' matur, u mhux ta' kattiv u irrazzjonali. Bħalma ktibna qabel f 'din il-kolonna, huma nies bħal Jason Micallef li qed ibiegħdu lill-votant milli jikkunsidra li jerġa' jew jagħti l-vot lill-Gvern ta' Robert Abela. Mhu se ngħidu lil ħadd x'għandu jagħmel, għajr li nosservaw li iktar ma Micallef jitgħallem iżomm ħalqu magħluq, iktar jagħmel ġid lilu nnifsu u lill-Partit li mingħalih qed iservi. F'partiti politiċi dejjem issib nies li jħallu togħma ħażina. Nies li jkunu żbukkati jew diretti żżejjed. Imma hemm differenza bejn li tkun ikkulurit u animat, u pastaż u dinosawru. Jason Micallef jaqa' fit-tieni kategorija. Persuna li anke fi żmien Joseph Muscat kien ikkunsidrat antipatku u mażżra għall- Partit Laburista. Il-buffi fil-politika

