MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 9 NOVEMBER 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541178

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 15

15 kotba IL-ĦADD9 TA' NOVEMBRU 2025 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Fil-paġna letterarja tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għal dil-ġimgħa, Daniel Cossai jaqra l-ġabra ta' novelli 'Fil- Gżira Apatija' u jirrifletti dwar sehem l-apatija fil-ħajja tal-lum. Imma bejn ħsieb frammentat u nofs preżent, id-duwa jaf tinsab xi mkien. Il-kundizzjoni apatetika Apatija. Kelma li ma nużawhiex wisq, imma li aktarx kollha nafu l-qagħda li tfisser. Mill-Grieg, pathos, jiġifieri emozzjoni, u bil-prefiss 'a-' miżjud fil-bidu, li jfisser 'mingħajr'. Mingħajr emozzjoni, jew mingħajr interess, jew forsi l-iżjed preċiża: indifferenza. L-affarijiet iseħħu, u, jew ma nagħtux kashom, jew nitbaqbqu għal it, imbagħad ninsewhom, qisu qatt ma kien xejn, hekk kif niġu ddesensitizzati bid-daqq tan-notifika li jmiss fuq il- mobile jew bl-aħbar jew il-ġrajja ta' wara. Lanqas nindunaw biha. Rari tkun konxja. L-apatija tiġi meta nċedu, bla ma nafu, il- kapaċità tagħna li nżommu l-attenzjoni. Hija l-kundizzjoni soċjali ta' żminijietna. U fil-ktieb riċenti ta' Patrick Sammut, Fil-Gżira Apatija u Rakkonti Skomdi Oħra, ippubblikat minn Horizons (2025), Apatija, b'ittra kbira, issir l-isem ta' post, ta' gżira li mhix sfaċċatament Malta, imma fl-istess ħin x'aktarx hi. Imma mhux biss, għax fid- dinja moderna, is-soċjetajiet u l-mentalitajiet tagħna f 'kull rokna tad-dinja m'għadhomx daqstant differenti daqskemm xi darba kienu, u l-imxija tal-apatija ilha li nxterdet mal- erbat irjieħ u ħolqot pandemija inviżibbli. Il-Gżira Apatija sservi bħala mezz komdu biex titbexxaq tieqa fuq realtajiet, biex nuża l-kelma tal-awtur, 'skomdi'. Hija soċjetà impersonali, bħan-narraturi differenti ta' dawn ir-rakkonti li jibqgħu bla isem, imma fiha naqraw mera tagħna nfusna. Fil-verità, il-Gżira Apatija tidher biss fi storja waħda. Ir-rakkonti fil-ktieb, f 'termini tal-plott, mhumiex marbuta ma' xulxin u huma għalkollox distinti. Uħud minnhom ambjentati f 'Malta, oħrajn fl-Eġittu, oħrajn ma jimpurtax wisq. Imma fil-qofol, ifittxu li jagħmlu l-istess ħaġa: huma rakkonti soċjokritiċi li jġegħluna nieqfu u nirriflettu fuq aspetti ta' ħajjitna li, għax aħna apatetiċi, mhux soltu ndumu naħsbu wisq fuqhom. Sammut jistidinna nosservaw l-assurditajiet u, kultant, id-dnubiet ta' madwarna u jinħass affaxxinat bis-sbuħija tal-ordinarju. U dak li jikkritika, ħafna drabi, minnu nnifsu jeżisti minħabba l-apatija … Għalhekk, it-titlu forsi ma kellux juża daqstant dik il-prepożizzjoni "u". Il-Gżira Apatija mhix separata mir-rakkonti l-oħra. Hija ċ-ċavetta. Fl-aħħar mill-aħħar, kollox idur ma' dan il-kunċett, għax hu l-qagħda dominanti soċjali u politika ta' żminijietna. Il-post ta' kull rakkont, mela, mhux wisq importanti. Jekk qatt ma morna l-Eġittu, xorta nidentifikaw mal-istess esperjenzi u osservazzjonijiet jekk inqabblu ma' postijiet oħra li żorna. Ir-referenzi diretti li hemm għal postijiet f 'Malta jservu, l-iżjed l-iżjed, biex jixxokkjawna f 'li nintebħu li din is- soċjokritika tgħodd għalina wkoll. Għalkemm kollox ma' kollox, il-ġabra laqtitni, inħoss li mhix bla difetti. L-ewwel żewġ stejjer, pereżempju, ma tantx ħassejt li jżommuk. Huma bidu dgħajjef għal ktieb li, iżjed ma jmur, iżjed jissoda. Ħassejthom naqra superfiċjali żżejjed, tant li kważi bdejt nistaqsi x'inhu l-iskop li qed naqra bħal rendikont ta' x'rat, sal-inqas dettall, persuna waqt vjaġġ. Dawn l-ewwel żewġ rakkonti fakkruni naqra f 'e Art of Travel ta' Alain de Botton, fis- sens li jittrattaw l-ivvjaġġar, mhux kif aħna mdorrijin niktbu dwaru, imma b'attenzjoni għall-iżjed affarijiet ordinarji, li ħadd ma jagħti kas. U l-istess Sammut jgħaddi, mis- superfiċjali għal osservazzjonijiet profondi. Kultant tfeġġ dik ix-xena qasira b'bixra kważi filososfika. Sammut jara opportunità fl- ordinarju. Isemmi, imqar għal it sentenzi, karattri u stejjer li it naħsbu fuqhom, u bid-dawl li jixħet fuqhom, jistieden lill- qarrejja jaraw il-ġrajjiet ta' kuljum minn lenti differenti, li ninnotaw il-forzi emozzjonali u filosofiċi fl-oġġetti ta' kuljum. Fi kliem ieħor, jistedinna ma nibqgħux diżinteressati u minflok nimpenjaw ruħna emozzjonalment fl-affarijiet ta' kuljum. Imma forsi, ħassejt, ma jagħmilx hekk spiss biżżejjed, speċjalment fil-bidu. Għal min ikompli jaqra, it-tweġiba għall- mistoqsija "imma x'inhu l-iskop?" naħseb titwieġeb, speċjalment meta wieħed jieħu pass lura u jqis il-ktieb bħala ġabra waħda interkonnessa, minflok kull rakkont għalih, anki jekk huma dinjiet żgħar separati f 'termini ta' dak li jseħħ fihom. Imma Sammut, forsi b'ħajta ironika, donnu nesa kemm hi diffiċli li żżomm l-attenzjoni tal- qarrejja f 'din id-dinja, ħeqq, apatetika. Le, naħseb il-bidu seta' kien ħafna iżjed qawwi, u l-bqija tal-ktieb jurina li Sammut kapaċi jagħtina iżjed. Wara dawn ir-rakkonti tal-bidu fuq l-ivvjaġġar, il-ktieb jgħaddi għal suġġetti varji. Mil-lenti tal-apatija naraw kunċetti bħall-migrazzjoni, il-kriminalità vjolenti, l-ambjent u l-iżvilupp urban. Niltaqgħu ma' bosta karattri kważi pparalizzati, inkapaċi jieħdu deċiżjoni bl-apatija li taħkimhom anki hekk kif jipprovaw jikkonvinċu ruħhom mod ieħor. F'diversi stejjer naraw narraturi li jagħmlu it li xejn ħlief jaħsbu, u r-rakkonti tagħhom jintemmu b'xi ħsieb mingħajr ebda azzjoni. Ir-rakkonti jibqgħu dejjem universali, imma n-narraturi jibdew isiru iżjed personali. Mit-ton newtrali u purament osservazzjonali tal-bidu, ngħaddu għal ħsibijiet iżjed intimi. Dan mhux ktieb organizzat pulit b'tema u direzzjoni fissi. Hu xi naqra kaotiku, imma qalb dak il-kaos hemm ritmu komuni. Il-forma tirrifletti s-sustanza: l-apatija u l-ħajja mgħaġġla jwassluna għal eżistenza frammentata, fejn il-ħsibijiet jibqgħu nofshom żviluppati, insemmu l-affarijiet u ninsewhom, fejn dejjem qisna biss nofsna mqajmin, nofsna preżenti, u dan huwa l-istil narrattiv li jsawwar ir- rakkonti miġbura hawn fil-biċċa l-kbira tagħhom. Naqbżu malajr minn ħsieb għal ieħor, minn tema għal oħra, minn rakkont għal ieħor. Imma f 'dak il-kaos, nistgħu nsibu d-duwa għall-apatija, jekk biss nitgħallmu naraw.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 9 NOVEMBER 2025