MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 9 NOVEMBER 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541178

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 15

aħbarijiet IL-ĦADD 9 TA' NOVEMBRU 2025 • illum 16 ILENIA DEBONO Fejn qabel il-politiċi kont issibhom wara biebek iħabbtu sabiex jgħidulek x'għamlu għalik, illum issibhom ma' wiċċek inti u tqalleb fuq Facebook. Il-fenomenu l-ġdid tal-midja soċjali sar għodda essenzjali fil-kampanja elettorali ta' kull politiku, kif deher ċar fl-elezzjoni Ewroparlamentari bil- MPE Laburista Thomas Bajada kien u għadu fost il-favoriti qalb iż-żgħażagħ minħabba l-preżenza diġitali tiegħu, u anke fil-każ ta' Alex Borg fl-elezzjoni għat-tmexxija tal-PN. Ċerti politiċi marru oltre minn hekk, u anke għandhom spazji ddedikati għalihom bħal Robert Abela li għamel WhatsApp Channel fejn jaqsam messaġġi, ritratti u sondaġġi żgħar qalb l-elf segwaċi li hemm fil-grupp. Riċentement, il-paġna uffiċjali tal-Gvern ta' Malta fuq Facebook — MaltaGov — għamlet Broadcast Channel, li s'issa laħaq l-4,200 segwaċi. F'dan il-grupp, il-paġna ttella' affarijiet li diġà tellgħet fuq il-profil ta' Facebook. Barra minn hekk, il-paġna għandha ħabta taqsam ukoll affarijiet li jtella' fuq il-paġna tiegħu l-Prim Ministru Robert Abela. Fost l-affarijiet li qasmet din il-paġna hemm video rigward il-kummenti ta' Abela wara d-diskors tal-Kap tal- Oppożizzjoni, video intitolat: "Illejla assistejna għal retorika negattiva" fejn Abela għamel kummenti negattivi b'ton partiġjan rigward dak li qal Alex Borg f 'dan id-diskors. F'dan il-grupp m'hemmx biss affarijiet tal-Prim Ministru imma anke posts oħra ta' Lydia Abela, il-mara ta' Robert Abela li ma żżomm l-ebda kariga fil-gvern, inkluż posts ta' Lydia f 'avvenimenti soċjali. Xi wħud minn dawn il-posts kienu telgħu, kemm fuq il-grupp msemmi fuq WhatsApp ta' Robert Abela, kif ukoll fuq il-paġna tal-gvern, bħal ritratt ta' Robert Abela b'idu fuq qalbu b'kepxin patrijotta b'botta lejn il-PN: "Biex taħdem għal pajjiżek trid tkun tħobbu." Dan iqajjem il-mistoqsija ta' fejn wieħed irid jagħmel distinzjoni bejn riklami politiċi u dawk relatati mal-gvern. Is-sena l-oħra, id-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina għamel ilment mal- Kummissarju għall-Istandards fuq l-istess suġġett fejn akkuża lil MaltaGov li tellgħet video li fih jidhru l-Prim Ministru u figuri politiċi oħra bit-titlu ta' "10 miżuri oħra għall-ġid tan-nies." Il-Kummissarju kkonkluda li dan kien ksur ta' etika. Madankollu Abela rrifjuta li jagħmel apoloġija bil-miktub. Dan kien it-tieni każ ta' dan it-tip, hekk kif fl-istess sena Arnold Cassola kien għamel ilment simili, fejn il-Kummissarju kellu l-istess konklużjoni u Abela għal darba oħra rrifjuta li jiskuża ruħu u għalhekk il-każ spiċċa f 'idejn l-Ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia. Il-politiċi u s-social media: kif entitajiet pubbliċi qed jisfruttaw il-popolarità online Il-fenomenu l-ġdid tal-midja soċjali sar għodda essenzjali fil-kampanja elettorali ta' kull politiku iżda mhux biss; entitajiet u dipartimenti tal-gvern ukoll issa qed jiffukaw fuq il-preżenza diġitali Censu Galea, is-Sindku ta' San Pawl il-Baħar GĦAL INVESTIMENT SOD U LIKWIDITA' FEJN L-IMGĦAX JITĦALLAS SA DAK IL- JUM LI L-iSTOCKS JINBIEGĦU ◆ SIGURTA' ◆ LIKWIDITA' ◆ IMGĦAX KULL SITT XHUR ◆ (Il-valur tal-investiment jista' jitla' jew jinżel sa meta jimmatura) Dipartiment tat-Teżor, Development House, Level 2-3, Triq Sant'Anna, Floriana, Malta Tel: 2596 7125 Investiment Sod Ħruġ ta' €350,000,000 Malta Government Stocks – b'rata ta' imgħax fissa MALTA GOVERNMENT STOCKS ^dKͲ'sZE Il-prezz għal kull Stock elenkat f' (i), (ii) u (iii) hawn fuq li qegħdin jiġu offruti għas-sottoskrizzjoni lill-membri tal-pubbliku għandu jiġi stabbilit il-Ħamis, it-13 ta' Novembru 2025 u jkun ibbażat bejn wieħed u ieħor fuq il-prezz fis-suq sekondarju u jitħabbar permezz ta' Stqarrija għall-Istampa maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI). _______ Stocks tal-Gvern ta' Malta b'rata ta' imgħax fissa L-Accountant General iħabbar il-ħruġ ta' €350,000,000 Stock tal-Gvern ta' Malta f'xi wieħed jew f'kull wieħed minn dawn iż-żewġ stocks: Is-somma li għandha tinġabar tista' tiżdied b' €100,000,000 oħra f'każ li d-domanda tkun aktar mill- ammont offrut. Applikazzjonijiet minn membri tal-pubbliku għall-ammont sa massimu ta' €499,900 kull persuna f'xi wieħed jew f'kull wieħed mit-tlett stocks li qegħdin jiġu offruti, jiftħu t-Tnejn, is-17 ta' Novembru 2025 fit-8.30 a.m. u jagħlqu fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa, d-19 ta' Novembru 2025. Applikazzjonijiet minn investituri wholesale li jkunu magħmulin f'offerti b'irkant jiftħu nhar il- Ġimgħa, il-21 ta' Lulju 2025 u jagħlqu f'nofsinhar (CET) tal-istess ġurnata, jew aktar kmieni fid- diskrezzjoni tal-Accountant General. Il-formoli tal-applikazzjoni jistgħu jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-Membri kollha tal-Borża ta' Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta' Servizzi ta' Investiment, fid-dati msemmija. Formoli tal- applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor https://treasury.gov.mt/formoli-tapplikazzjoni/ mill-Ġimgħa, 14 ta' Novembru 2025. (i) 2.55% Stock tal-Gvern ta' Malta li jimmatura fl-2030 (ii) 3.40% Stock tal-Gvern ta' Malta li jimmatura fl-2035 u (iii) 3.80% Stock tal-Gvern ta' Malta li jimmatura fl-2040.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 9 NOVEMBER 2025