MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 9 NOVEMBER 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541178

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

illum • IL-ĦADD 9 TA' NOVEMBRU 2025 05 ILENIA DEBONO Is-Segretarju Ġenerali tal-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM) Josef Vella u s-Segretarju Ġenerali tal-General Workers' Union (GWU) Josef Bugeja qablu li l-mekkaniżmu tal- COLA għandu bżonn jiġi aġġornat. L-aġġustament għall-għoli tal-ħajja (COLA) ġie introdott f 'Malta bil-Ftehim Nazzjonali fuq ir-Relazzjonijiet Industrijali fl-1990, li kien ehim bejn il-gvern, it-trade unions u l-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem. Dan il-ehim stabbilixxa l-mekkaniżmu tal- COLA li jgħin il-ħaddiema jikkumbattu l-inflazzjoni. Din tinħadem b'formula skont ir- Retail Price Index, indikatur tal- inflazzjoni li jġib iċ-ċifri tiegħu mill-Household Budgetary Survey. Josef Vella tkellem fuq il- COLA, fejn beda billi fakkar li kienet il-UĦM li pproponiet li l-COLA ma tibqax tiġi intaxxata u qal li jieħu gost jara numru ta' organizzazzjonijiet, inkluż il- Partit Nazzjonalista, li jaqblu ma' dan il-ħsieb. Hu ppunta lejn ir-reazzjoni disprezzanti tal-gvern lejn din il-proposta, għar-raġuni li din il- proposta mhix daqshekk popolari mal-elettorat u mhux ħa tirbaħ ħafna voti. Dan minkejja li din il- proposta għandha tkun popolari ma' min iħaddem għaliex b'inqas taxxa, il-ħaddiema jkollhom paga kemm kemm ogħla u tħalli iżjed kuntentizza qalb il-ħaddiema. Josef Bugeja wkoll qabel ma' dan is-sentiment fejn qal li din mhijiex żieda imma aġġustament. Hu qal li l-€4.66 mhumiex biżżejjed u li diġà kien hemm diskussjonijiet fuq jekk għandhiex tiġi aġġornata l-formula użata sabiex tiġi kkalkulata l-COLA. Rigward tibdil fil-mekkaniżmu tal-COLA, Vella tenna li din diskussjoni li għandha ssir fl- MCSD. "Il-mekkaniżmu tal- COLA jibbaża fuq l-HBS, li tajjeb inkunu iżjed trasparenti fuqu, li jiġi aġġornat, u tajjeb ukoll illi ssir diskussjoni ġewwa l-MCSD," hu spjega. Hu għamel referenza li ġieli l-HBS ma kienx aġġornat mal- esiġenzi tan-nies, speċjalment ma' dak li jitqies bħala importanti fin- nefqa tal-familji. Nuqqas fit-taxxa għall- ġenituri Vella qal li l-UĦM kienet qed timbotta l-miżura tat-tibdil fil- faxex tat-taxxa għall-ġenituri. "Din kienet politika demografika. Politika demografika għandha jkollha żewġ elementi: flus u ħin." Hu qal li l-element tal-flus qed jiġi milqut minn din il-miżura, imma mhux dak tal-ħin. Vella tkellem fuq proposta tal-UĦM rigward ir-reduced hours fuq il-post tax-xogħol, fejn hemm numru ta' ommijiet li biex jieħdu ħsieb it-tfal jiddeċiedu li jaħdmu reduced hours. Hu spjega li huma jispiċċaw jitħallsu prorata u jbattu matul il-karriera tagħhom kollha, speċjalment f 'qasam ta' progressjoni. "Anke wara li tidħol fuq bażi full-time, dan jibqa' jinħass sakemm toħroġ bil- pensjoni." Il-proposta tal-UĦM hija li ssaħħaħ post dawn in-nisa li jirrikorru għal reduced hours waqt li jrabbu. Għal kontra ta' dak li qal il- Prim Ministru waqt il-konferenza tal-aħbarijiet wara l-baġit, Vella qal li hu ma jemminx li din il- proposta se twassal biex in-nies jaħdmu ħinijiet inqas għaliex jista' jkun hemm min jagħżel li jżid il- ħinijiet tiegħu tal-part-time. Josef Bugeja rrikonoxxa wkoll li l-problema ta' ħafna ġenituri jew nies li jixtiequ t-tfal hija li għandhom problema ta' flus u ta' ħin. Hu qal li l-baġit qed jirrikonoxxi u jindirizza l-problema tal-flus. Hu qal ukoll li din miżura li tħalli l-frott fit-tul, allura l-effetti tagħha mhux ħa jidhru llum imma s-sena d-dieħla jew forsi anke ta' wara. "Ma naħsibx li rridu narawha f 'iżolament," qal Bugeja, hekk kif kompla jgħid li issa l-waqt li tiġi diskussa l-flessibbiltà fid- dinja tax-xogħol u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja personali. Hu għamel referenza lejn sondaġġ li sar mill-Università ta' Malta fuq kif iżjed flus u flessibbiltà fix- xogħol għandu jagħti iżjed serħan il-moħħ lil nies li jridu t-tfal. Hu qal li xi ħaġa li ma tantx iddoqqlu hija l-fatt li ħafna kumpaniji, skontu, waqqfu t-teleworking wara l-COVID. Hu spjega li din hi sistema biex tgħin lil numru kbir ta' ħaddiema għax li taħdem mid-dar fiha ħafna benefiċċji. Il-mudell tal-four day work week Bugeja qasam mal-gazzetta l-mudell tal-Four Day Work Week li qed tipproponi l-GWU li jirrelata mal-mudell ta' 32 siegħa. Hu qal li tliet snin ilu l-GWU kienet ipproponiet fejn jekk il-ġimgħa ma tinqasamx, tiġi kkondensata. Skont il-Working Time Directive, irid ikun hemm madwar 12-il siegħa mistrieħ bejn ġurnata xogħol u oħra. Allura huma pproponew li minflok il- ġurnata tax-xogħol tkun tmien sigħat fuq ħamest ijiem, tkun għaxar sigħat fuq erbat ijiem. Bugeja qal li kien hemm kritika min-naħa ta' ġenituri li qalu li jkollhom inqas ħin mat- tfal u l-familja filwaqt li dawk li ma kellhomx familja xi jrabbu għoġbithom l-idea. Dan il-mudell kien ispirat mis-settur privat. Is-sena li għaddiet, il-GWU pproponiet li jkun hemm studju fuq ġimgħa tax-xogħol ta' 32 siegħa. Bugeja enfasizza li l-kejl tax-xogħol m'għandux ikun il-ħin imma l-produttività. Għalhekk il- ħsieb wara din il-proposta huwa li jkun hemm studju u proġett pilota fis-settur pubbliku u dak privat sabiex jiġi assessjat l-impatt tal- miżura. Josef Vella tkellem fuq il- proposta tal-four day work week tal-UĦM li taħdem fuq il-mudell ta' 35 siegħa fil-ġimgħa. Hu kkritika fuq kif ix-xogħol qed jiġi mkejjel bis-sigħat tax-xogħol milli minn aspett ta' produttività. Hu spjega li avolja huma qed jipproponu l-mudell ta' 35 siegħa, dan il-mudell ma jgħoddx għas-setturi kollha, pereżempju ħaddiema f 'uffiċċju jkollhom iżjed flessibbiltà. "M'aħniex nivvintaw ir-rota," qal Vella. Hu spjega li din diġà ġiet implimentata f 'numru ta' pajjiżi madwar id-dinja fejn saru studji fuqha, bħall-Iżlanda fejn sabu li l-produttività ma naqset xejn. Vella tenna li avolja li l-maġġoranza jaħdmu tmien sigħat f 'ġurnata, ma jfissirx li dawn it-tmien sigħat ifissru tmien sigħat ta' xogħol bla waqfien. Unjonisti jgħidu li hemm bżonn li l-COLA tiġi riveduta Josef Vella u Josef Bugeja, is-segretarji ġenerali tal-UĦM u l-GWU rispettivament, jitkellmu fuq il-miżuri tal-baġit, inkluż il-COLA u t-tibdil fil-faxex tat-taxxa għall-ġenituri Josef Vella u Josef Bugeja, is-segretarji ġenerali tal-UĦM u l-GWU aħbarijiet

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 9 NOVEMBER 2025