MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 9 NOVEMBER 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541178

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

Huwa ġustifikat li t-traffiku huwa wieħed mill-akbar inkwiet tan-nies? CHRIS BONETT: Illum ġejt propju biex nitkellem fuq dak li se jkun it-trasport il-ġdid ta' pajjiżna. Ili 21 xahar ministru, xi ħaġa li n-nies iridu jaraw hija mhux politiċi popolisti imma jkunu proattivi bis-soluzzjonijiet. Xi ħaġa li jien għamilt, u nista' niġi hawn u ngħidlek li dak il-pjan li kont semmejtlek żmien ilu qed jitwettaq, dak tal-immedjat li beda minn April u għandu 18-il xahar għaddej u qed jipprogressa, dak ta' żmien medju fejn is-sena d-dieħla ħa naraw tal-linja bil-baħar issir realtà, jiġifieri min-Nofsinhar sat- Tramunatana ta' Malta magħqud b'lanċa u żewġ rotot ġodda għal Għawdex. Din il-ġimgħa rajna fid-diskors tal-Prim Ministru li se jkollna trasport tal-massa u naħseb li hu l-ewwel darba li qegħdin l-iżjed viċin biex isir realtà. Dan qed inwassluh ukoll bil-fażi li jmiss tal-istudju, jiġifieri studji ġeotekniċi bil-financing model, ħdimna fuq il-proġett tal- metrò dak tal-2021, adattajnieh bil-problemi li kellu inkluż dawk finanzjarjament biex issa għandna pjan li se nkunu qed ngħaddu fil-fażi li jmiss tiegħu. Jiġifieri se nkunu qed inwasslu dak ukoll. It- trasport irridu naraw kif ħa jkun għada, u llum qegħdin hawn biex inserrħu ras in-nies. Hemm ċerti problemi immedjati li ma jistgħux jistennew il-metrò. Semmi tliet miżuri li f 'dawn il-21 xahar ħadt biex tindirizza l-problema tal- lum. CHRIS BONETT: Il-problema tal-lum mhix se tissolva llum. Hija xi ħaġa li sseħħ f 'perjodu ta' żmien. Semmejna l-inċentivi li bdew u kif qal il-ministru Caruana ħa jkun hemm iżjed fis-sena li ġejja. Għandek il-kunċett ta' carpooling li l-PN qed jgħid li ħarġu bl-idea huma imma aħna diġà bdejna mal- KSU din is-sena, u s-sena d-dieħla se nkunu qed nagħtu inċentivi għal min iħaddem biex idaħħal il- carpooling għall-ħaddiema. Żidna n-numru tal-karozzi tal-linja, imma fuq dawk irridu nagħmlu diskors aktar profond. Hemm miżuri sabiex naraw kif se naħdmu teknoloġikament. Semmejna ħafna l-AI. Dan diġà beda. Ix- xogħol beda din is-sena. Għandek ħames junctions li għandhom 12-il radar fuqhom. Għandek it- traffic lights. 60% minnhom huma kkontrollati remotament. Tal-linja bil-baħar hija soluzzjoni fattibbli u l-proġett tal-Imsida. Kulħadd se jgħid intom fl- oppożizzjoni faċli tikkritikaw, imma jekk ma tikkritikawx intom, il-gvern iħossu komdu. Realistikament, x'inhuma l-affarijiet li kieku inti bħala ministru tbiddel? TONI BEZZINA: Aħna mhux nikkritikaw imma ilna nipproponu għal dawn l-aħħar 14-il sena. Naħseb il-problema tal-Ministru Bonett hi li jaħseb li l-PL tela' fil-gvern sena u nofs ilu kemm ilu Ministru għat-Trasport hu. Fir-realtà kien hemm tlieta qablu, u wara 14-il sena jekk tara x'għamilna fit-trasport, m'hemm xejn. Ilna nipproponu 14-il sena. L-ewwel partit li ħareġ bil-proposta tal-Light Transit System kien il- PN fl-2017. Konna ppropejnieha u għamilna l-kontijiet ukoll bi €2.3 biljun. Proposta li tgħaddi fuq l-art — mhux taħt l-art — ċerti mumenti fejn bilfors ikollok tgħaddi taħt l-art. Għaddew tmien snin, il-PL qabel l-elezzjoni ħareġ bil-proposta tal-metrò li xħin tara l-ispejjeż u anke meta tara kif sar ir-rapport, min għamel ir-rapport li sewa kważi żewġ miljuni, f 'paġna sitta għamel disclaimer li ma jerfax ir-responsabbiltà għar-rapport li sar. Għaddew tliet snin oħra, erġajna morna għall-proposta kważi kważi kif kienet tal-PN fl- 2017. Bejn il-proposta tal-PN u tal-PL, li ħareġ biha fl-2017 il-PN, jekk tara x'qal il-Prim Ministru din il-ġimgħa, huma kważi kważi l-istess proposta sal-ispejjeż. Qal li se tgħaddi f 'wiċċ l-art, wara li għedtu sa tgħaddi minn taħt. Fl- aħħar ikkonvenċejtu ruħkom li l-proposti li qed nagħmlu aħna jagħmlu ħafna aktar sens mill- proposta tal-metrò li ppruvajtu tagħmlu intom. Sakemm naslu biex issir din il- proposta, Malta se tibqa' topera. Fil-kuntest tal-lum, il-karozzi fit-triq, ekonomija kważi ma tafx meta tikkalma it, popolazzjoni kbira; x'inhuma l-affarijiet li taħseb li huma urġenti? TONI BEZZINA: Fl-immedjat, pereżempju carpooling. Ilkom fil-gvern 14-il sena, kollox qed isir u ma sar xejn. Pereżempju, jekk għandek kumpanija privata, torganizza trasport għall- ħaddiema tagħha u nagħtuhom inċentivi fiskali. Għadha ma daħlitx. L-aħħar dibattitu li kellna għedtli se tidħol. Illi jkun hemm applikazzjoni biex ikun hemm car-sharing bejn in-nies. Taħseb li l-kultura Maltija tippermetti għal dawn it-tip ta' miżuri minħabba d-dipendenza fuq nies oħra? TONI BEZZINA: Jien nagħmilha kuljum. Jekk inkun sejjer xi mkien, jew niddobba li jew inrikkeb lil xi ħadd miegħi biex ma nsuqx waħdi. Jien l-hena tiegħi dik, l-ewwel nett ma mmurx waħdi, u jekk inkun sejjer xi mkien u nistgħu nnaqqsu l-karozzi jkun hemm iżjed spazju għall-parking. Biex tbiddel il-kultura, trid tieħu deċiżjoni. Il-problemi l-kbar huma ċ-ċokon tal-pajjiż u d-dipendenza fuq il-karozza. Dawn affarijiet li rridu naċċettaw jew irridu naraw kif se ntaffu it il-problema? TONI BEZZINA: Jiena nemmen li fl-aħħar bdejna naslu. L-aktar ħaġa importanti hija l-konverġenza bejn il-gvern u l-oppożizzjoni. Naħseb wara 14-il sena bdejna nersqu aktar viċin xulxin biex nieħdu ċerti deċiżjonijiet li jkunu diffiċli imma dment li jiħduhom iż-żewġ partiti flimkien, nemmen li nistgħu naslu u bihom nagħtu eżempju lill- poplu bit-tama li jużaw iżjed it- trasport pubbliku. L-infrastruttura hija l-vini tal- pajjiż. Jekk dawn ikunu miżdudin ituna l-problemi. Inti ffukajt fuq l-infrastruttura li għenet biex jittaffu ċerti problemi. Imma inti kont semmejt ukoll li hemm saturation point. Dawn ix- xogħlijiet kollha jiswew ħafna u jqajmu l-kontroversji. Kemm taħseb li se jsolvu dawn il- problemi? CHRIS BONETT: Ara jiena npoġġiha bil-kontra. X'kien jiġri kieku ma sarux? Nitbissem nisma' lil Toni jitkellem. Kont qed nara d-diskors ta' Alex Borg nhar it-Tnejn u apparti li xejn ma jneħħihieli minn rasi li dawn il- proposti kienu ChatGPT għax hija ċara. TONI BEZZINA: Mela bħar- rapport tal-metrò. Żewġ miljuni. U infaqtu nofs miljun fuq preżentazzjoni ta' proġett li mhux fattibbli. Dik hi, flus il-poplu taħsbu li sibtuhom barra. CHRIS BONETT: Jiena rajt il-proposti tal-PN għax irrid nirrispondi. Fost il-proposti hemm; it-Trasport tal-massa, xi ħaġa li hema proċess għaddej avolja xi ħadd irid jikkonvinċini kif Toni ħa jsolvi l-problema ta' tal-linja billi jagħmel verżjoni oħra ta' tal-linja. Għandek il-kwistjoni tal-AI. Kelma sabiħa li qed nitfgħuha bl-addoċċ imma jidher li m'għandhomx idea fuq xiex qed jitkellmu. L-oħra daħqitni wisq, li jindirizzaw il-bottle necks. Tisma' lill-PN jitkellem tgħid imma aħna f 'dinja qed ngħixu? Qed jitkellem il-partit li l-aħħar li kien fil-gvern, waqt li Toni kien perit fid-dipartiment tat-toroq, għamel pajjiż kollu one lanes. Aħna ilna 12-il sena nippruvaw insolvu l-bottlenecks li ħalaq il- PN fil-gvern, mhix ċajta. Jiġi l-PN intervista IL-ĦADD 9 TA' NOVEMBRU 2025 • illum 06 'Il-problema tal-lum mhux se tissolva llum; F'dan l-episodju ta' Xtra, Saviour Balzan jiddiskuti t-trasport mal-Ministru Chris Bonett u l-Kelliem għall- Oppożizzjoni Toni Bezzina Ministru Chris Bonett u l-Kelliem għall-Oppożizzjoni Toni Bezzina

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 9 NOVEMBER 2025