Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541178
intervista illum • IL-ĦADD 9 TA' NOVEMBRU 2025 07 llum; hija xi ħaġa li sseħħ f'perjodu ta' żmien' jgħidlek ħa jsolvi l-bottlenecks li ħalaq hu? Il-proġetti saru għax kellek postijiet, pereżempju l-Marsa kieku ma sarux il- junctions. Immaġina l-ajruport mingħajr il-proġett tal-ajruport. Tiakruha Triq l-Avjazzjoni kif kienet? Jien mill-Gżira, ir- roundabout bit-traffic lights. TONI BEZZINA: Il-partit tiegħek fil-gvern għamilhom il- lights fl-1997. CHRIS BONETT: Dawk fl- 2004 daħlu. Ħa tgħid lili ngħix fil-Gżira? Kont taħdem fid- dipartiment tat-toroq meta għamiltu toroq one lane. Dawn il-proġetti infrastrutturali għandhom nefqa. Hija sostenibbli din minflok nittrattaw il-kawża tal- problema? CHRIS BONETT: Hawnhekk fejn ma naqbilx ... għax qegħdin nagħmlu affarijiet. Jekk inti se tgħidli li xi ħadd irid jgħidli "agħmel hekk u solvi kollox" nagħmilha, imma l-miżuri li qegħdin nagħmlu llum qed nagħmluhom biex norganizzaw ruħna aħjar, mhux biex insolvu l-problema tat-traffiku. Għaliex din hi xi ħaġa oħra li ġejt miżinterpretat fuqha. Ħalli mbagħad noħolqu sistema tat-trasport tal-massa sabiex nindirizzaw il-problema, imma mbagħad jonqos xi ħaġa oħra. Anke din tat-trasport tal-massa; l-ewwel nett li qed jipproponu huma mhux veru se ddum ħames snin għax qed iħalli l-parti tal- ippjanar barra li tieħu ż-żmien. Barra minn hekk, il-proposta li se nagħmlu aħna, eventwalment, la noħorġuha fil-pubbliku — li m'għandha x'taqsam xejn mat- Trackless Tram — hija li wara numru ta' snin tal-ippjanar, ikollok l-ewwel biċċa lesta u tibda tintuża. Il-linja tiġi kompluta fuq 15-il sena iva, imma wara l-ewwel seba'/tmien snin tista' tibda tintuża. Il-PN għandu s-sinsla jipproponi proposti li jistgħu jirfsu fuq il-kallu ta' ħaddieħor? TONI BEZZINA: Iva mela. Ċerti deċiżjonijiet diffiċli rridu nkunu responsabbli flimkien bħala gvern u Oppożizzjoni; kemm il-Kap, kif ukoll jien li l-ewwel ħaġa li tkellimt mal- Ministru li fejn hemm ċerti deċiżjonijiet diffiċli, għall-ġid tal- pajjiż, irridu npoġġu bilqiegħda u niddiskutuhom. Jekk ċerti deċiżjonijiet niġbdu ħabel wieħed, kapaċi naslu. Jien li jinkwetani hu li l-ħażin kollu huwa tal-PN, waqt li t-tajjeb kollu huwa tal-PL. Però ma jistax jirrealizza l-Ministru Bonett li ilu fil-gvern 14-il sena. Li jinkwetani wkoll illum li l-Prim Ministru jrid il-metrò, għandna ministru għall-finanzi li qed jgħid li ħolma u l-Ministru Bonett li qed jistudja. Ma ninsewx is- sitwazzjoni li ġejna fiha llum hija sforz tal-politika ħażina tagħkom li ridna nifqgħu pajjiż bil-barranin biex immexxu l-ekonomija 'l quddiem. F'sitt snin biss, il- popolazzjoni żdiedet b'40%, aktar minn 120,000. Deċiżjoni tal-partit tagħkom, mhux problema. Imma jekk se nżid il-popolazzjoni, fil- frattemp irrid nibda naħseb biex nieħu ħsieb l-infrastruttura: dawl, drenaġġ, ilma, toroq, sistema ta' trasport ... mhux 14-il sena pajjiż bit-traffiku! Semmejt il- junction tal-Marsa. Twessgħu żewġ karreġġjati imma jekk se nwessa' l-junction tal-Marsa ma naħsibx li nagħmel dedicated lane biex trasport pubbliku jgħaddi minnha. Kull darba li kelli kelliem tal-Oppożizzjoni hawnhekk semma l-popolazzjoni, u bir- raġun. Imma realistikament Toni, jekk għada filgħodu tiġi elett ministru fil-kabinett ta' Alex Borg, x'se nagħmlu bil- popolazzjoni? TONI BEZZINA: Minflok nifqgħu pajjiż bil-barranin, ma setgħux ċerti xogħlijiet — avolja llum il-ġurnata ġejna f 'sitwazzjoni fejn ċerti xogħolijiet ta' importanza, jekk m'hawnx Maltin kif se timliehom? Imma possibbli, kellna nirrikorru biex nifqgħu pajjiż b'ħaddiema barranin biex immexxu ekonomija? Din kienet politika li adatta l-ministru għall- finanzi llum. CHRIS BONETT: U mnalla għamel hekk. Il-messaġġ tagħkom huwa ċar fuq popolazzjoni, iżda s-soluzzjoni hija mċajpra. TONI BEZZINA: Assolutament le. Is-soluzzjoni hi li ma nkomplux nimlew il-pajjiż bil-barranin. Imma x'nagħmlu, inkomplu nżidu l-barranin wieħed wara l-ieħor u nibqgħu nsaddu pajjiż bit-traffiku? Inti għedt u anke Toni, li rridu nintroduċu dawn is-sistemi alternattivi ta' carpooling u carsharing. Kemm huma lesti n-nies jagħmlu dawn l-affarijiet? CHRIS BONETT: In-nies urewna li lesti jagħmluhom. Imma ħa nwieġeb lil Toni. L-ewwel nett jien fl-ebda ħin m'ammetejt xejn. Jien għedt li kieku ma kinitx il- politika tal-gvern Laburista, wara illi l-gvern tal-PN ħalla pajjiż fallut bl-ogħla rata ta' qgħad. Mela għadu kemm qal li lesti jieħdu deċiżjonijiet diffiċli. Għadhom kemm għajru lil Clyde Caruana din il-ġimgħa għax qal li t-trasport tal-massa jagħmel sens meta jkun hemm miżuri punittivi. Għajruh li jrid isawwat in-nies. Clyde Caruana huwa persuna dirett. Din il-problema li aħna nieħdu deċiżjonijiet diffiċli, qegħdin 'il bogħod ħafna minnha? CHRIS BONETT: Bilfors! Ħa ngħidlek għaliex. Jien naqbel ma' Clyde, u spjegajt xi ħaġa din il- ġimgħa fuq stazzjon ieħor. Ħa ngħidha hawnhekk ukoll ... kif noħolqu l-alternattivi, imbagħad iva, ngħaddu għal dawn il-miżuri. Kif intihom l-alternattiva, in- nies, imbagħad niskoraġġihom. Jekk nagħmilha llum, x'effett ħa jkollha? Xi ħadd illum se jneħħi l-karozza jekk tagħmillu parking meter? Le, se tkun qed timponi taxxa. Differenza għal dak li qed jgħid Toni, li ma nafx fejn kien qed jgħix dawn l-aħħar 12-il sena, dan kien il-gvern li ma daħħalx taxxa waħda ġdida f 'dan il-pajjiż. Qed naraw l-attitudni toħroġ ċara. Għandek PN li qed isaħħan l-irjus u minflok joħroġ bil-proposti nofs leħja. Fuq il-ferry ħadd minnkom ma tkellem. Taqblu fuq il-ferry ta' Wied il-Għajn, Ton? TONI BEZZINA: Dment li jkun hemm użu għalih iva, imma trid tara naqra l-vantaġġi u l-iżvantaġġi. Id-deċiżjonijiet importanti li għandkom tieħdu bejnietkom, bla ma nwaħħal f 'ħadd, mhux issa hemm bżonn li niħduhom? TONI BEZZINA: Għalxiex le? Jien x'għedt? Irridu naħdmu flimkien però lill-Oppożizzjoni trid tittrataha ta' ugwali. Inpoġġu bilqiegħda u niddiskutu, mhux ċerti proposti li għamilna aħna wasaltu biex qrobna aktar u issa f 'daqqa waħda qed tgħidli le. Konverġenza fuq il-metrò, x'inhi l-viżjoni tal-PN? TONI BEZZINA: Li jkollna mezz ta' trasport effiċjenti, li wieħed jafda fuqu, isir fl-iqsar żmien possibbli. Il-finanzi, l-isfortuna li kieku għamilnieh tmien snin ilu konna nikkwalifikaw għal 25% finanzjament mill-UE. Ma ninsewx li s-sussidju għat-trasport pubbliku b'xejn — li l-Malti żgur mhux moqdi bih — infaqna €300 miljun. Fejn sejrin fuq il-metrò? CHRIS BONETT: L-ewwel nett jien jiddispjaċini li llum kellna diskussjoni fejn iżjed ġejt mgħajjar milli ddiskutejna. Issa drajt naqla' mingħandhom dawn. Minn mindu sirt ministru jien, sena u disa' xhur, żdiedu 166 karozzi tal-linja, illum għandna bejn wieħed u ieħor 500 tal-linja — naħseb wieħed mill- iktar ministri li żidt karozzi tal-linja — ir-rotot biddilna mal-40, żidna u mmodifikajna. Inżidu kemm inżidu karozzi, il-kwistjoni ta' tal- linja mhix se tkun is-soluzzjoni. Allura għandna bżonn l-għajnuna b'tal-linja bil-baħar għax il-baħar il-pajjiżi kollha tal-Mediterran jużawh ħlief aħna. Għandna bżonn ukoll it-trasport tal-massa. Jekk lin-nies tagħtihom sistema aktar effiċjent, aktar mgħaġġla, u ta' min iserraħ fuqha, imbagħad in-nies se jkunu aktar interessati għax jistgħu jafdawha. Imma tal-linja rridu nbiddlu l-mod kif taħdem. Mhux inneħħuha. Trid tibda sservi l-linja ta' fejn jopera t-trasport tal-massa. Minn hawn ħareġ ċar. Jien lest inpoġġi mal-PN biex nitkellem. F'April kont hawn u għedthielek din. Imma jekk l-attitudni se tkun li l-ewwel ngħajrek u mbagħad ejja ħa npoġġi miegħek, mela ma nistgħux naħdmu hekk.

