MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 9 NOVEMBER 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541178

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

N har it-Tnejn 27 ta' Ottubru 2025 kien Jum il-Baġit. Bħal kull baġit ieħor mill-bidu ta' amministrazzjonijiet Laburisti mill-2013 'l hawn, kien baġit li bwiet in-nies messhom biex jitfa' fihom u mhux biex jieħu minn- hom. Baġit ieħor li mhux jagħti b'id u jieħu bl-oħra, imma jagħti biż-żewġ idejn. Baġit ieħor li se jkompli jtejjeb il-kwalità tal-ħajja ta' kull settur u faxxa tal-poplu. Baġit ieħor li tidħol f 'liema settur tidħol issib fih ġid u prosperità. Ir-responsabbiltà u l-fiduċja murija fija mill-Prim Ministru Robert Abela bħala Ministru għall-oqsma tal-Inklużjoni u l-Volontarjat jitolbu minni li niffoka fuqhom. Bħala Ministeru ġejna allokati €69 miljun, ċifra li tirrifletti żieda ta' €9.3 miljuni fuq l-allokazzjoni għas-sena kurrenti. Allokazzjoni li tkompli tixprunana f 'ħidmietna u fid-determinazzjoni tagħna favur żewġ oqsma li jirriflettu bis-sħiħ dak li nemmnu fih. Il-qasam tal-inklużjoni, qasam li għall-Partit Laburista, kemm jekk fdat bl-amministrazzjoni tal-pajjiż u kemm jekk le, kien tal-ogħla prijorità favur dawk l-aktar vulnerabbli, fosthom persuni b'diżabilità. Il-qasam tal-volontarjat emminna fih qatigħ, bil-Partit Laburista nnifsu mxettel fih u mkabbar minnu. Kien għalhekk li Gvernijiet Laburisti dejjem kienu ta' spalla kbira għal dan is-settur tant li rrendejnieh f 'wieħed mill-pilastri ewlenin ta' pajjiżna. It-tabella li takkumpanja din il-kitba turi ż-żidiet li ħaseb għalihom il-Baġit 2026 fl-assistenzi għal persuni b'diżabilità u carers. Iż-żieda fil-Paga Minima Nazzjonali u ż-żieda għall-għoli tal-ħajja (COLA) se tkun riflessa f 'rati ogħla li jitħallsu fil-ġimgħa lil persuni b'diżabilità u carers kif murija fit-tabella. Għas-sena kurrenti kien tbiddel il-mod kif issir l-evalwazzjoni medika tal- applikanti għall-Assistenza għal Diżabilità. Mis-sena li ġejja se jiddaħħal ir-raba' livell permezz tad-dħul tal-Benefiċċju għal diżabilità bir-rata ta' 75% tal- Assistenza għal Diżabilità. Din il-miżura se tkun ta' sostenn għal dawk il-persuni li l-grad ta' nonfunzjonalità tagħhom ma jkunx baxx imma jkun ftit inqas minn medju. S'issa, persuni bħal dawn għadhom mhux koperti. Miżura oħra li tassigura li jsir dak kollu possibbli biex ħadd ma jħossu li qed jaqa' lura. Dal-baġit jaħseb ukoll biex ikompli jtejjeb u jgħolli l-Carers Grant. Grant li żdied b'€179.24 għal €5,368.89 fis-sena. Il- Carers' Grant, li tammonta għal nofs il-Paga Minima Nazzjonali netta, issa qed titħallas anke lill-ġenituri li ma jaħdmux u għandhom tfal b'diżabilità severa li għandhom inqas minn 16-il sena. Ħsibna wkoll għal żieda fir-rifużjoni għal terapiji li jingħataw tfal ta' taħt is-16-il sena. Żieda ta' €250 fis-sena biex issa din iċ-ċifra telgħet għal €1,000 fis-sena. Imma mhux biss, il-baġit 2026 jaħseb ukoll li l-eliġibilità għal din l-għajnuna issa ġiet estiża għall-età sa 23 sena. Se jkun qed jiżdied b'€2,000 fis-sena t-tnaqqis li persuni b'diżabilità jagħmlu fid- dikjarazzjoni tad-dħul tagħhom meta jħallsu miżati f 'ċentri tas-saħħa jew faċilitajiet privati. Meta jagħmlu tali użu jkunu qegħdin inaqqsu mill-piż fuq l-istituzzjonijiet statali. Dan qed ikun rikonoxxut u issa l-ammont ta' tnaqqis li jista' jkun dikjarat mid-dħul se jkun ta' €4,500. Sadattant ġenituri ta' tfal b'diżabilità jew b'mard rari li jkollhom jieqfu mix-xogħol għal xi żmien biex ikunu jistgħu jrabbu lil uliedhom se jingħataw krediti tal-Bolla tas-Sigurtà Nazzjonali sakemm uliedhom jilħqu l-età ta' għaxar snin. Mis-sena li ġejja din l-eliġibilità għall-għoti tal-krediti msemmija se tkun estiża għall- ewwel tlett itfal fil-familja. Fejn ikun hemm aktar minn tlett itfal, l-età tat-tfal fil-perjodu kopert għall-krediti tiżdied b'sena oħra għal kull wild. Il- limitu massimu tal-età f 'dan ir-rigward se jitneħħa fil-każ ta' familji li jkollhom mill-inqas wieħed mill-ulied b'diżabilità jew b'mard rari. Baġit li jinkludi wkoll tliet proġetti ġodda għat-tisħiħ u t-twettiq ta' dak li nemmnu fih: inklużjoni ta' persuni b'diżabilità fil-qalba tal-komunità. Proġetti li trattajthom waqt Konferenza li għamilna r-Rabat jumejn ilu. L-ewwel proġett se jkun rifless fl-ewwel hub inklussiv f 'pajjiżna. Se jsir ir-Rabat. Proġett konġunt bejn Aġenzija Sapport fi ħdan il-Ministeru tagħna u l-Kunsill Lokali Rabat. Għandu l-għan li jinħoloq spazju mhux biss għal persuni b'diżabilità iżda għall-komunità kollha, fosthom żgħażagħ, anzjani u għaqdiet fejn ikun hemm ukoll l-opportunità li jsiru attivitajiet flimkien. Hub li se jkun qed jintuża wkoll bħala spazju għall-użu mill-komunità kollha. It-tieni proġett jikkonċerna l-ftuħ ta' Ċentru ġdid ta' respite. Se jsir Ħad-Dingli. Ċentru maħsub għal żgħażagħ u minuri b'diżabilità. Pilastru mill-aktar importanti għal dawk il-familji li għandhom ulied b'diżabilità u li ċertament ikunu jeħtieġu ftit mistrieħ. Mistrieħ kemm fiżiku, kif ukoll mentali, għax se jkun Ċentru bi tmexxija professjonali. It-tielet proġett huwa wieħed pilota għal servizz ta' trasport aktar aċċessibbli għal persuni b'diżabilità intellettwali li ma jistgħux jużaw trasport pubbliku. Għal dan il-għan se nsaħħu b'mod sinifikanti l-iskema magħrufa bħala Empowerment Scheme. Il-qasam tal-volontarjat huwa sinonimu ma' diversi skemi ta' għajnuniet finanzjarji li jservu ta' spalla u stimulu għal aktar ħidma volontarja fil- komunitajiet tagħna. Ħidma volontarja li tkopri tista' tgħid kull qasam fil-ħajja ta' kuljum. Ħidma li bl-aktar mod liberu ngħid li hija strumentali biex tat lil pajjiżna identità partikolari. Baġit 2026 jaħseb għal skema ġdida li permezz tagħha dawk l-għaqdiet nongovernattivi jkunu jistgħu jirrinovaw u jtejbu l-binja li jużaw biex jagħtu servizz lill-komunità. Barra minn hekk, għaqdiet volontarji li jaħdmu fil- qasam tad-diżabilità se jibdew jibbenefikaw minn inċentiv vantaġġjuż fuq il-kontijiet tad- dawl u l-ilma li bħalissa jitħallsu b'rata nonresidenzjali. Baġit li jkompli jimliena b'kuraġġ, b'determinazzjoni għal aktar ħidma b'risq dawk li ċ-ċirkostanzi tal-ħajja jistgħu joħolqulhom diffikultajiet. Determinati li flimkien tali diffikultajiet negħlbuhom. Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat JULIA FARRUGIA 10 aħbarijiet IL-ĦADD 9 TA' NOVEMBRU 2025 • illum opinjoni €69 miljun b'risq l-oqsma tad-diżabilità u tal-volontarjat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 9 NOVEMBER 2025