Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541178
Kien Adrian Delia mill- Oppożizzjoni Fl-2018 li nieda kawża biex il-kuntratt ta' Steward jiġi annullat u l-isptarijiet li kienu f 'idejn Steward jingħataw lura lill-Gvern Malti Id-deċiżjoni tal-Arbitraġġ Internazzjonali fil-każ tal-ehim ta' Stewards u l-Gvern Malti mhix il-vittorja li qed ipinġi l-Gvern Laburista, u ma jnaqqas xejn mill- fatt li l-kuntratt li sar originarjament ma' Vitals, irrappreżentat minn investituri falluti u fażulli, u wara mal-kumpanija Amerikana Steward, kien pastażata u skandaluż. Wisq aktar li l-Gvern naqas milli jara li Stewards jimplimentaw dak li kienu kommessi li jagħmlu, inkluż il-bini ta' sptarijiet. Il-każ tal-Vitals wassal biex għexieren ta' nies kienu investigati f 'inkjesta maġisterjali mmexxija minn Gabriella Vella, li fl-aħħar wassal biex l-Eks Prim Ministru Joseph Muscat, l-Eks Deputat Prim Ministru Chris Fearne, l-Eks Kap tas-Segretarjat Keith Schembri, l-Eks Ministru tal-Finanzi Scicluna, u bosta awdituri u avukati u kapijiet taċ-ċivil jitressqu fuq korruzzjoni u akkużi oħra serji. Inkjesta li hija kkritikata minn bosta minn dawk li tressqu għax jargumentaw li huma spiċċaw mressqa wara pressjoni fuq l-Avukat Ġenerali biex ma jidhrux biss il-politiċi bħal Joseph Muscat. Infatti dawn il-persuni tressqu qabel l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew, fejn il-Gvern Laburista spiċċa b'distakk ta' 8,000 vot. Fil-geġwiġija ta informazzjoni ħadd ma qed jgħid li kieku ma kienx għall-intervent fil-Qorti tal- Eks Deputat Nazzjonalista u Eks Kap Adrian Delia biex jannulla l-kuntratt, kieku l-Gvern kien aktarx jibqa' għaddej romblu. U kieku ma kinitx il-gazzetta MaltaToday li kixfet il-ehim skandaluż ta' mitt miljun multa li kienet tgħid li anke jekk il-Qorti Maltija tiddeċiedi kontra l-kuntratt, il-Gvern Malti jkollu jħallas 100 miljun. Bidla fil- kuntratt li saret mill-Eks Ministru tas-Saħħa Konrad Mizzi wara li Delia kien beda l-każ. Fil-kitba estensiva ta' Steward hija ċara li l-Gvern Malti kien qed jargumenta biex Steward iħallas lura l-400 miljun. Fuq dan l-arbitraġġ ma aċċettax l-argument li ġab il-Gvern Laburista. Fl-istess ħin l-arbitraġġ jgħid li l-ammont li ngħata lil Stewards kien ġustifikat u realistikament kien inqas milli kieku dan is-servizz ingħata minn Mater Dei. Fis-smigħ, l-arbitraġġ ma bagħatx għal Chris Fearne u Konrad Mizzi li kienu Ministri tas-Saħħa, jew Armin Ernst li kien Kap Eżekuttiv. Li huwa ċar hu li matul is-servizz ta' Stewards l-affarijiet li kellhom jagħmlu Stewards fosthom xogħol fl-isptarijiet, m'għamlu xejn minn dan. Dan konna nafuh. Imma agħar minn hekk, il-Gvern naqas li jara jekk il-kontijiet li kien qed jibgħat Stewards kinux ġustifikati jew le. Fi it kliem meta tinkiteb l-istorja, se jkun hemm rikonoxximent li l-Gvern ta' Robert Abela waqqaf il-kuntratt it wara li sar Prim Ministru, imma għamel dan biss wara l-kawża ta' Adrian Delia u wara li Stewards u Vitals fallew f 'dak li kienu inkarigati li jagħmlu. U l-istorja wkoll se tkompli tistaqsi għalfejn Joseph Muscat, Konrad Mizzi, u Keith Schembri rnexxielhom jagħmlu ftehim skandaluż bħal dan, l-ewwel ma' grupp ta' investituri bla flus u mbagħad ma' kumpanija li kienet dubjuża u fażulla bħal Stewards mingħajr ħadd ma induna. U l-istorja se titkellem ukoll dwar l-intriċċi b'mod speċjali ta' Keith Schembri li jfassal u jagħmel maniġġi biex jintrebħu tenders minn Stewards bi flus il- poplu. www.illum.com.mt NRU 987 €1.50 IL-ĦADD 9 TA' NOVEMBRU 2025 INTERVISTA MA' MAL-MINISTRU CHRIS BONETT U L-KELLIEM GĦALL-OPPOŻIZZJONI TONI BEZZINA PAĠNI 6 - 7 PAĠNA 8 Il-Kurja tispjega għaliex xi skejjel tal-Knisja jaċċettaw tfal ta' JAELLE BORG Wara li din il-gazzetta rrappurtat dwar id-dibattitu li qam fuq il-midja soċjali dwar jekk l-iskejjel tal-Knisja f 'Malta għandhomx jaċċettaw tfal ta' reliġjonijiet oħra, issa kien imiss lill-Arċidjoċesi ta' Malta tispjega l-pożizzjoni tagħha fuq is-suġġett. Taħt l-istess artiklu li ġie ppubblikat, kummenti ġodda fuq il- midja soċjali reġgħu fasslu dibattitu ieħor, b'opinjonijiet imqassma bejn min jara li "skola tal-Knisja" għandha tkun riservata għal studenti Kattoliċi u min jemmen li l-fidi Nisranija nnifisha titlob li jiġi milqugħ kulħadd, irrispettivament mir-reliġjon. "Skola tal-Knisja jew skola miuħa għal kulħadd?" kien kliem li reġa' deher f 'ħafna kummenti. Joseph Muscat (xellug) kien il-moħħ wara l-kuntratt skandaluż ma' Vitals u Stewards, Adrian Delia kien kruċjali biex jinbeda l-proċess legali kontra Stewards. Robert Abela (lemin) annulla l-kuntratt wara stejjer kbar dwar Stewards u wara l-kawża li fetaħ Adrian Delia Jistgħu l-iskejjel tal-Knisja jibqgħu Kattoliċi u fl-istess ħin jiftħu l-bibien għal kulħadd? Il-Kurja twieġeb fost dibattitu jaħraq fuq il-midja soċjali
