MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 16 November 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541359

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 16 TA' NOVEMBRU 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Jirritornaw il-Joy Gospel Singers Merilli Malta: Stedina għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku fir-riċerka tal-Merill Il-kantanti tant maħbubin Joy Gospel Singers reġgħu lura biex jimlew il-knisja storika ta' Ta' Ġieżu, ir-Rabat, bl-ispirtu veru tal-Milied permezz tal-kunċert annwali tagħhom tal-Milied — parti minn Natalis Notabilis 2025, l-akbar villaġġ tal-Milied f 'Malta, li se jsir bejn il-5 u l-14 ta' Diċembru. Il-kunċert se jsir nhar il- Ġimgħa, 12 ta' Diċembru 2025, fis- 7:30 p.m., u jwiegħed lejl maġiku mimli mużika, tama, u ferħ. Il- kor, magħruf għall-armoniji mill- qalb u l-prestazzjonijiet li jqajmu l-ispirtu, se jippreżenta mill-ġdid repertorju ta' innijiet tradizzjonali tal-Milied, kanzunetti moderni tal-gospel, flimkien ma' dawk il- favoriti klassiċi tal-Milied li żgur se jsaħħnu qalb kull min jattendi. Il-Joy Gospel Singers għandhom tradizzjoni twila ta' kunċerti u li kull sena jsaħħru lill-udjenzi bil-vuċijiet qawwija tagħhom u l-enerġija sinċiera. Il-kunċert tal-Milied tagħhom sar avveniment annwali maħbub — wieħed li jgħaqqad familji, dilettanti tal-mużika, u l-komunità kollha fl-ispirtu tat- tagħqid u r-radd il-ħajr. Il-kunċert se jsir ġewwa l-Knisja sabiħa ta' Ta' Ġieżu, ir- Rabat, li ġiet irrestawrata mill- ġdid, u toffri sfond mill-isbaħ u intimu li jsaħħaħ l-atmosfera festiva u jkompli jżid mal-ferħ ta' Natalis Notabilis 2025. Il-biljetti issa huma disponibbli u jistgħu jiġu rriservati online. Huwa rrakkomandat li tibbukkjaw kmieni, peress li s-siġġijiet huma limitati u l-avveniment jimtela kull sena. Tlix din l-opportunità biex tgħix wieħed mill-isbaħ avvenimenti tal-Milied f 'Malta. Ejja u ċċelebra l-istaġun tal-ferħ permezz tal-lingwa universali tal-mużika — bħala parti miċ- ċelebrazzjonijiet maġiċi ta' Natalis Notabilis 2025 fir-Rabat! Il-proġett ta' riċerka Merilli Malta qed jistieden lill-fotografi tan-natura u naturalisti sabiex jipparteċipaw f 'inizjattiva ta' xjenza mill-pubbliku biex jiġi studjat l-għasfur nazzjonali ta' Malta – il-Merill. Merilli Malta huwa proġett ta' bird ringing immexxi mill- ornitoloġisti professjonali Dr Benjamin Metzger u Dr Marie Claire Gatt li qed jistudjaw l-ekoloġija tal-Merill filwaqt li jżidu l-apprezzament tal- pubbliku lejn din l-ispeċi u l-abitati tagħha. Il-Merill (Monticola solitarius) huwa għasfur emblematiku b'għanja melodjuża li jgħammar kemm fl-irdum u l-widien, kif ukoll fl-irħula u l-ibliet madwar il- Gżejjer Maltin. Minkejja li l-ispeċi hija mifruxa madwar l-Ewropa u l-Asja hemm nuqqas ta' għarfien dwar l-ekoloġija tagħha. Dan il-proġett xjentifiku fuq medda twila ta' żmien għandu l-għan li jiskopri kif u meta il-Merilli jimirħu madwar il-Gżejjer Maltin, id-daqs tat- territorji li jiddefendu tul is- sena, kif ukoll implikazzjonijiet tal-preżenza urbana dejjem tikber tal-ispeċi. Mill-2022, 'il fuq minn 200 Merill ġew imlibbsa ċurkett tal-kulur b'kodiċi uniku. Dawn iċ-ċrieket jistgħu jinqraw mill- bogħod bl-użu ta' kamera b'lenti telephoto jew b'teleskopju. Dan jippermetti l-ġbir ta' volum kbir ta' informazzjoni dwar għasafar li jistgħu jintgħarfu individwalment mingħajr ma' jinqabdu sabiex jitwieġbu mistoqsijiet bijoloġiċi importanti. S'issa, il-proġett skopra kif pari ta' Merilli jibqgħu flimkien u jiddefendu territorji distinti għal diversi snin, kif ukoll in-numru kbir ta' pari bil-bejta li kapaċi jinsabu f 'żoni relattivament żgħar minkejja t-territorjalità qawwija li jesibixxu. Il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-ġbir tad-data tirriżulta f 'ammont ikbar ta' informazzjoni li tista' tinġabar għal fini ta' riċerka. Il-Merill huwa speċi kariżmatika b'firxa wiesgħa madwar il-Gżejjer Maltin, u dan jagħmlu ideali għal proġett ta' xjenza mill-pubbliku bl-użu tal-colour-ringing. Il-proġett Merilli Malta qed jistieden lill- birdwatchers, lill-fotografi, u lil dawk li jħobbu d-dinja naturali sabiex jipparteċipaw billi jiġbdu ritratti ta' Merilli lebsin ċrieket tal-kulur, flimkien mal-post u l-ħin tal-osservazzjoni, fuq pjattaforma online: https:// www.merillimalta.org/report-a- sighting Mas-sottomissjoni tar-ritratti, il-parteċipanti jintbagħtu l-istorja tal-Merill li jkunu raw. Fl-Ewropa, il-colour- ringing huwa kkordinat mill- EURING. Ir-ringing fi ħdan il-proġett isir esklussivament minn professjonisti liċenzjati u l-materjali li jintużaw huma kollha magħmulin għall-użu ta' riċerka ta' għasafar slavaġ. Merilli Malta huwa kofinanzjat mill-Malta Environment Foundation u jikkollabora mal- għaqdiet ambjentali Friends of the Earth u BirdLife Malta, kif ukoll mal-Malta Rock Climbing Club u ClimbMT. Iktar informazzjoni jinsab fuq is-sit elettroniku www. merillimalta.org u fuq il-paġni tal-media soċjali fuq Facebook u Instagram. Il-Joy Gospel Singers għandhom tradizzjoni twila Merilli Malta huwa proġett ta' bird ringing immexxi mill-ornitoloġisti professjonali Dr Benjamin Metzger u Dr Marie Claire Gatt

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 16 November 2025