MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 16 November 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541359

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

"Jeħtieġ nieħdu d-deċiżjonijiet li jagħmlu sens u nibdew noffru l-iffriżar tal-bajd u tal-isperma b'xejn lil min jagħżel dan il- pass" 10 aħbarijiet IL-ĦADD 16 TA' NOVEMBRU 2025 • illum opinjoni Membru Parlamentari tal-Partit Laburista RAMONA ATTARD F il-passat, il-ħsieb li tibda familja kien normalment jibda f 'età żgħira. Nieħu eżempju mill-ġenituri tiegħi – kellhom lili meta kienu għadhom fil-bidu tal-għoxrinijiet tagħhom. Iżda l-ġenerazzjoni tiegħi hija differenti. Ħafna minna bdejna naħsbu li jkollna tfal wara t-30 sena jew anke lejn l-40 sena. Dan għal diversi raġunijiet: komplejna nistudjaw aktar, ridna nkunu aktar stabbli fix-xogħol u fil-professjoni, ridna nlestu d-dar tagħna – li ġġib spejjeż kbar u ma rridux inġibu tfal fid-dinja jekk ma nkunux stabbli finanzjarjament. Barra minn hekk, hemm min idum isib jew ma jsib qatt sieħeb jew sieħba li miegħu/magħha lest jibni familja, u hemm ukoll min jagħżel li l-ewwel irid igawdi l-libertà tiegħu – jivvjaġġa, joħroġ meta jrid, jew jinvesti fid- delizzji tiegħu. Dawn huma kollha għażliet leġittimi. Ngħid għalija, kelli l-ewwel tifla ta' 33 sena u t-tewmin ta' 36 sena. Il-problema tal-fertilità u l-età Iżda l-problema hija li l-fertilità u anke l-komplikazzjonijiet fit-tqala jiżdiedu mal-età. Filwaqt li nisa mingħajr problemi ta' fertilità, fi grupp ta' età ta' bejn l-20 u t-30 sena jkollhom fertilità għolja ħafna, u l-kwalità tal-bajd tkun tajba ħafna b'inqas problemi ġenetiċi, mara ta' 40 sena jkollha livell ta' fertilità li hu madwar nofs dak ta' mara ta' 30 sena. Ikun hemm ukoll ħafna aktar riskju ta' problemi fit-tqala u jekk tagħmel l-IVF ikun hemm rata ta' suċċess ħafna iżjed baxxa meta mqabbla ma' età iżgħar. L-irġiel ukoll ibatu t-tnaqqis fil-fertilità. Fl-irġiel, l-istorja hija differenti, iżda xorta tonqos il-fertilità mal-età. Sa 40 sena, il-fertilità ġeneralment tkun tajba, bi kwalità tajba ta' sperma. Bejn l-40 u l-50 sena, tibda tonqos il-kwantità tal-isperma u s-saħħa tagħha. Minn 50 sena 'l fuq, jiżdied ir-riskju ta' kundizzjonijiet ġenetiċi. Il-ħajja nbidlet – u jeħtieġ nibdlu l-mod kif naħsbu Il-ħajja nbidlet u kulħadd għandu dritt jagħmel l-għażliet tiegħu. Billi nitkellmu fuq it-tnaqqis tal-fertilità mal-età ma jfissirx li qed ngħidu lil xi ħadd li għandu jkollu tfal qabel ma jkun lest. Kultant, l-għażla lanqas biss tkun tiegħek għax iċ-ċirkostanzi tal-ħajja ma jħallukx. Għalkemm ħafna jgħidu li għandna bżonn aktar tfal Maltin u Għawdxin jitwieldu f 'pajjiżna, ir-realtà u l-isfidi tal-ħajja jibqgħu hemm. Ħadd ma jista' jagħfas buttuna u jistenna li mill-ewwel il-Maltin u l-Għawdxin jibdew ikollhom aktar tfal u jinjoraw ir-realtà tal-karriera, tal-finanzi u tar- relazzjonijiet. Hemm fattur ieħor x'jiġi kkunsidrat, li hu t-tieni wild. Meta taħseb biex tibda familja, l-ewwel wild huwa l-epiċentru tad-deċiżjonijiet kollha – u dan jaffettwa jekk wieħed jistax ikollu aktar tfal. Pereżempju, mara li tagħżel li jkollha l-ewwel wild ta' 37 sena, huwa possibbli ħafna li meta tiddeċiedi li tkun lesta għat-tieni wild tkun diġà daħlet fl-40 sena, meta l-problemi ta' fertilità jiżdiedu drastikament. Il-Gvern għandu joffri l-iffriżar tal-bajd u tal- isperma b'xejn Għalhekk nemmen li għandna nikkunsidraw serjament li l-Gvern joffri l-iffriżar tal-bajd u tal-isperma mingħajr ħlas għan-nisa bejn l-20 u 35 sena u anke għall-irġiel f 'etajiet fejn l-isperma tagħhom tkun għadha b'saħħitha. L-iffriżar tal-bajd (il- krijopreservazzjoni tal-bajd) hu proċess mediku li permezz tiegħu bajd ta' mara jiġi ffriżat f 'età meta l-kwalità tiegħu tkun l-aqwa. L-istess japplika għall- isperma. Imbagħad aktar tard meta dik il-persuna tiddeċiedi li hi lesta biex issir ġenitur, tintuża l-bajda jew l-isperma li tkun diġà ġiet iffriżata snin qabel permezz tal-proċedura tal-IVF, li kien dan il-Gvern li daħħalha u estendieha. Ix-xjenza f 'dan il-qasam tista' tgħin u toffri aktar serħan il-moħħ lil min irid jiffoka fuq studji u karriera qabel jibda familja, kif ukoll tnaqqas il-pressjoni biex wieħed ikun f 'relazzjoni stabbli f 'età żgħira biex ma jitlifx iċ-ċans li jsir ġenitur. Meta l-iffriżar isir għal dawn ir-raġunijiet, jissejjaħ social freezing. Iżda dawn il-prattiċi mediċi huma wkoll kruċjali fejn hemm kundizzjonijiet mediċi bħal endometriosis, kanċer (qabel kimoterapija), u riskju għoli fit-tqala għas-saħħa tal-mara. Preżentement il-Gvern diġà joffri dan is-servizz b'xejn fejn hemm sitwazzjonijiet ta' kundizzjonijiet mediċi. Il-kwistjoni tas-surrogacy F'sitwazzjonijiet mediċi, surrogacy tista' wkoll tkun soluzzjoni. Issa li f 'pajjiżna ddaħħal il-leave għal min ikollu tarbija permezz tas-surrogacy, ma jagħmilx sens li wieħed jista' jkollu tarbija bis-surrogacy biss barra minn Malta, iżda mhux fil-kumdità ta' pajjiżna. Għalhekk nemmen li s-surrogacy volontarja, dik li ma ssirx bi ħlas, għandha tkun permessa bil-liġijiet tagħna. Is-surrogacy hija meta mara ġġorr tarbija f 'isem koppja jew persuna li ma tkunx tista' ġġorr tqala – bħal f 'sitwazzjonijiet fejn hemm problemi mediċi serji, bħal nisa li twieldu mingħajr utru, jew fejn it-tqala tkun ta' riskju għoli għall-ħajja tal-mara, kif ukoll għall-koppji LGBT+. Diskussjoni li trid issir issa, mhux aktar tard Dawn huma diskussjonijiet li ma jistgħux idumu biex isiru. Inqas kemm ikun hawn għarfien u għażliet, aktar nisa u rġiel se jitilfu l-opportunità li jsiru ġenituri – għal min dik hi x-xewqa ta' ħajtu. Min illum għandu 28 sena, jekk jistenna seba' snin qabel jieħu dawn id-deċiżjonijiet, jista' jsib ruħu jiddeċiedi li jibda familja meta jkun ta' 35 sena – u jkun diġà tard wisq għalih. Għalhekk jeħtieġ nieħdu d-deċiżjonijiet li jagħmlu sens u nibdew noffru l-iffriżar tal- bajd u tal-isperma b'xejn lil min jagħżel dan il-pass, flimkien ma' kampanja edukattiva dwar il-benefiċċji tiegħu. F'din id-diskussjoni għandna nikkunsidraw biss dak li hu ta' ġid għal dawk il-persuni li bħalissa qed jibnu l-futur tagħhom, b'mod responsabbli u b'viżjoni biex ikunu jistgħu jgawdu l-ulied tagħhom fil- futur. Il-pass li jmiss fl-IVF: L-iffriżar tal- bajd u tal-isperma b'xejn Il-komplikazzjonijiet fit-tqala jiżdiedu mal-età

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 16 November 2025