Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542365
www.illum.com.mt NRU 994 €1.50 IL-ĦADD 4 TA' JANNAR 2026 PAĠNA 2 IKOMPLI F'PAĠNA 3 PAĠNA 16 ELEZZJONI 2026: IVA JEW LE? INTERVISTA MA' NOEL MUSCAT, IS- SINDKU TA' SWIEQI Il-mistoqsija li m'hemmx risposta għaliha hija jekk l-elezzjoni li jmiss hux se ssir fl-2026 jew inkella fl- 2027. Inċertezza dwar id-data tista' twassal għal inċertezza ekonomika. Huwa għalhekk li l-Gvern ta' Abela jrid ikun aktar ċar fi kliemu meta jitkellem dwar elezzjoni. Lanqas hu (il-Prim Ministru) ma jaf fiċ-ċert, imma żgur li jaf li jrid jieħu deċiżjoni. Id-data tal-elezzjoni ġenerali tibqa' mistura, għalkemm uffiċjalment il-Prim Ministru Robert Abela argumenta li ħa jkun hemm baġit ieħor f 'Ottubru qabel l-elezzjoni. Iżda Abela, li huwa magħruf li jissorprendi anke lil dawk ta' madwaru, jaf li l-wasla ta' Alex Borg bħala l-kap tal-Partit Nazzjonalista u kif ukoll l-eżitu ta' avvenimenti jista' jwasslu biex jgħajjat l-elezzjoni qabel żmienha. Teknikament, il-gvern jista' jibqa' għaddej sal-2027, imma jista' jkun li jkun hemm sitwazzjonijiet li jixprunaw lil Abela biex jgħajjatha qabel. Ħarisna lejn il-fatturi kontra u favur li jgħajjat elezzjoni bikrija. Raġunijiet għal elezzjoni qabel żmienha • L-appoġġ elettorali għal Alex Borg u l-Partit Nazzjonalista jibqa' jżid. • Il-każ kontra Yorgen Fenech fil-Qorti jwassal għal dikjarazzjonijiet li jitfgħu dell ikrah fuq Joseph Muscat u l-Gvern Laburista li kien jagħmel parti minnu Robert Abela. • Is-sitwazzjoni internazzjonali twassal għal tensjoni u inċertezza globali. • Tinkixef xi storja ta' korruzzjoni jew abbuż ta' poter li jirrifletti ħażin fuq il-Gvern Laburista. • Iktar Laburisti jiddikjaraw li ma jridux jivvutaw minħabba ċirkustanzi jew stejjer lokali. Raġunijiet għal elezzjoni fi żmienha • L-appoġġ elettorali għal Alex Borg u l-Partit Nazzjonalista jibda jonqos mhux jiżdied. • Il-każ kontra Joseph Muscat fil-każ tal-Vitals ma jmur imkien. • Is-sitwazzjoni ekonomika tijieb u tkompli tkattar aktar ġid. • Il-gvern ma jkomplix bir-riformi tal-Planning u jintefa' fuq proġetti ta' fejda ambjentali u soċjali. • Iktar Laburisti li qalu li ma jridux jivvutaw minħabba ċirkustanzi partikolari jew stejjer lokali jiddeċiedu biex jivvutaw Labour. Robert Abela Alex Borg 'Roderick Galdes m'għamel xejn' Binja fil-Birgu taqa' wara snin ta' twissija mill-Kunsill Lokali Trump ordna l-ħtif ta' Maduro Il-President Amerikan Donald Trump li l-President Veneżwelan Nicolas Maduro u martu nħatfu u ttajjaru 'il barra mill- pajjiż f 'operazzjoni mill-Istati Uniti wara serje ta' attakki fil- Veneżwela. Nicolás Maduro
