MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 4 January 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542365

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

05 2025: X'qalulna illum • IL-ĦADD 4 TA' JANNAR 2026 Spunti minn intervisti li dehru fl-ILLUM fl-2025 Chris Fearne Eks Deputat Mexxej tal-PL L-iżvilupp huwa importanti u għandu jkompli, iżda huwa aktar importanti li nipproteġu l-ambjent urban tagħna. Katy Browka Omm mill-Belarus li tagħmel kontenut bil-Malti L-ewwel kont qed nirrekordja lili nnifsi biex niakar ċertu kliem ġdid. Imbagħad indunajt li ħafna ma kellhomx l-opportunità jattendu korsijiet, allura ddeċidejt li naqsam il-videos. Marie Briguglio Ekonomista Hemm bżonn ta' politika li timmira iktar għall-ġid uman, inkluż iktar ħsieb u riżorsi fuq is-saħħa mentali u kif l-ekonomija toħloq impatt fuq il-ħajja ta' kuljum. Sandra Gauci Chairperson tal-ADPD L-abort huwa kwistjoni ta' politika tas-saħħa li m'għandux jiġi trivjalizzat billi jiġi maqsum fiż-żewġ frak distinti. Din id-dikotomija falza tagħmel ħsara lil ħafna nies f 'Malta li kellhom jagħżlu terminazzjoni medika ta' tqala. Kevin Mercieca Kap Eżekuttiv tal-ERA Lanqas hemm bżonn tmur tistudja biex tara dan. Il-bżonn tal-moratorju huwa sabiex nagħtu ċans il-popolazzjoni tar-rizzi tirkupra. Karl Schembri Kittieb, Eks Editur tal-MaltaToday Huwa wkoll l-ewwel pass loġiku li jrid jittieħed minn kull min stqarr għal deċennji sħaħ li għandu jkun hemm stat Palestinjan maġenb l-istat Iżraeljan. Clyde Caruana Ministru tal-Finanzi Mhux ħa niċċaqlaq mill-kelma tiegħi għax mhux ħa nitlef il-kelma tiegħi mal-Kummissjoni Ewropea. Ma nippretendix li wara x-xilep ikun ġewwa tiġi tipprova tilwili jdejja biex tieħu dak li trid. Lawrence Scerri President, Assoċjazzjoni Maltija tad-Dermatoloġija u l-Veneroloġija Jiena nemmen li l-gvern għandu jikkunsidra li jagħti status VAT-free lis-sunblocks, speċjalment dawk b'SPF 50+, biex tinkoraġġixxi l-użu tagħhom u dawk l-aktar vulnerabbli jkunu protetti. Daniel Mallia Żagħżugħ li rebaħ il-ġlieda kontra d-droga Domt sentejn f 'dan il-vjaġġ sakemm gradwajt mill- programm. Dak kien wieħed mill-akbar mumenti ta' ħajti.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 4 January 2026