Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542365
04 2025: X'qalulna IL-ĦADD 4 TA' JANNAR 2026 • illum Mill-intervisti tal-2025 Jeremy Cassar Torregiani Bankier u eredi ta' ishma tan-National Bank Kont vuċi waħdi għax jien kelli nikber, kelli xi 20 qabel ma dħalt fiha b'ruħi u ġismi. Jien mort l-Università biex nistudja fuq il-banking. Kieku ma kontx niem, kien ikun għal xejn dan li għamilt. Andre Callus Attivist ambjentalu u soċjali Il-messaġġ huwa ċar, aħna nemmnu li l-gvern m'għandux jinjora l-karba tal-poplu. Ħa jagħmlu daqshekk ħsara għal uliedna, ma tawna l-ebda għażla oħra." Janine Vickery Maltija li rebħet il-ġlieda kontra l-kanċer tas-sider Iddeċidejt kmieni li ridt nieħu kontroll tas-sitwazzjoni tiegħi u nfassal pjan ta' trattament ċar, li wassalni biex nagħżel mastektomija bilaterali b'rikostruzzjoni immedjata. Joseph Zammit McKeon Ombudsman Jekk ikun hemm dan il-kumitat selettiv, aħna se npoġġu lilna nfusna fuq in-nar. Għaliex jien irrid niġġustifika r-rakkomandazzjoni tagħna. Jekk il-kumitat jaqbel magħna, irridu li jagħti d-direzzjonijiet lill-gvern. Daniel Borg Kap Eżekuttiv tal-Gozo Business Chamber Huwa essenzjali li jiġi kkummissjonat vapur ġdid, iktar sostenibbli. Sakemm imma dan ma jseħħx huwa importanti li jkompli jaqdi l-ħtiġijiet tal-Għawdxin. Arnold Cassola Chairperson tal-partit Momentum Il-Fortina mhux biss ħadet dak il-bini bil-prezz li rajna, baxx, imma l-Gvern kompla jtiha art u baħar illegali li hi okkupat. Edwin Vassallo Esponent tal-PN L-istedina li saret lili mill-Kap Alex Borg hija riżultat ta' enerġija u ta' inklussività li għażlet li twassalli. Dan kollu lili jurini li għandi post fil-PN b'dak kollu li nemmen fih. Sammy Meilaq Veteran Laburista Jekk Robert Abela jrid jagħmel xi ħaġa tajba, għandu jagħmel l-oppost ta' dawn il-liġijiet [tal-ippjanar]. Biex jibda, għandu jarmihom fil-barmil tal-iskart." Jason Micallef Chairman tal-Valletta Cultural Agency Niskanta kif il-Kummissarju stess ma jindunax li bl- extravaganza tal-Mediterranè qed jittappan ix-xogħol tajjeb li qed jagħmel hu.

