MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 4 January 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542365

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 4 TA' JANNAR 2026 ATT TAL-2016 DWAR IL-PROTEZZJONI TAL-AMBJENT Regolamenti dwar il-Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali (L.S. 549.46) AVVIŻ DWAR L-ADDENDUM TAR-RAPPORT TA' VALUTAZZJONI TAL-IMPATTI AMBJENTALI Skavar ta' sit eżistenti bħala estensjoni għall-fażi 1 ġa' approvata (PA/02470/16) ta' proġett komprensiv sussegwenti li jinkludi l-bini ta' parkeġġ u faċilitajiet taħt l-art u torri sovrastanti skont il-politika tal-FAR għal bini għoli. & Bini ta' torri ta' 40 sular b'użu mħallat (Triq Elija Zammit) bl-użu tal-politika FAR għal bini għoli. Il-proposta se tinkludi 4 livelli taħt l-art li jinkludu parkeġġ għall-karozzi, mħażen, żoni għall-pjanti u ġibjuni tal-ilma. It-torri se jikkonsisti f'dawn l-użi mħallta: appartamenti residenzjali ta' Klassi 1, lukanda ta' Klassi 3B (kmamar tal-lukanda u appartamenti bis-servizzi) inklużi faċilitajiet tal-lukanda (żoni bilpixxina, ristoranti, swali tal-avvenimenti u bar fuq il-bejt), uffiċċji ta' Klassi 4A, ħwienet Klassi 4B, Ikel u Xorb ta' Klassi 4C u 4D u spazji ddedikati għal servizzi tekniċi f'livelli differenti tat-torri. Il-proposta tinkludi wkoll pjazza miftuħa b'tisbieħ, paviljun bil-ħwienet, ikel u xorb konnessi direttament mal-livelli ta' taħt l-art, b'postijiet pubbliċi, ventijiet tal-ventilazzjoni u mwejjed u siġġijiet assoċjati mal-postijiet tal-ikel u x-xorb. Din il-proposta tikkonsolida aktar is-sit ma' PA/02470/16 u PA/06097/20 li ġew approvati qabel u se tiżdied aktar iż-żona tas-sit biex tipprovdi skema komprensiva. Sit: Project Landmark, 1 Garage, 2A & 3A, Triq Santu Wistin across, Triq Elija Zammit, Paceville, San Giljan. PA/04313/25, PA/05346/25 & PA/05350/25 (EA/00046/18) B'dan qed jiġi avżat li ġie sottomess l-Addendum tar-Rapport dwar il-Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali lill- Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), b'rabta mal-applikazzjonijiet msemmija hawn fuq. Kopji diġitali tal-Addendum tar-Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali jistgħu jinkisbu mill-indirizz elettroniku tal-ERA: https://era.org.mt/era-project/pa04313-25_pa05346-25_pa5350-25/. Il-pubbliku jista' jara wkoll kopji diġitali tal-istess dokument fl-uffiċċji tal-Kunsill Lokali ta' San Giljan u s-Swieqi, u fl-uffiċċji tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi. Kull min jixtieq jagħmel sottomissjonijiet dwar kwistjonijiet ambjentali għandu jikteb lid-Direttur fid-Direttorat għall-Affarijiet Regulatorji, L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, Hexagon House, Telgħet Spencer, Il-Marsa MRS 1441, jew jibgħat e-mail lil eia.malta@era.org.mt, sat-3 ta' Frar 2026. Data: 04 ta' Jannar 2026 Disclaimer: L-Awtorità hija impenjata li tipproteġi d-data personali u l-privatezza tal-pubbliku. Għaldaqstant qed tkun infurmat li meta tagħmel sottomissjonijiet, id-data personali tiegħek ma tiġix żvelata jew ippubblikata sakemm fi żmien tnax (12)-il siegħa ma tagħtix l-kunsens tiegħek lill-Awtorità biex tiżvela d-data personali. B'dana illi f'ċertu każijiet l-Awtorità tista', fejn hu meħtieġ, tiżvela d-data personali tiegħek biex tikkonforma mal-liġijiet applikabbli. IN MEMORIAM DE GIORGIO. On the 31st of December at Madliena, Marica, widow of Roger de Giorgio, aged 98, passed away peacefully comforted by the rites of the Holy church. She leaves to mourn her children Nick and Tita, Pat and Michel, Roger and Josianne, Michael and Beverley, John and Monique, her sisters Rosalie and Marie, her grandchildren, Jordan and Manuela, Alexandra and Roman, Matthias, Matthew and Solange, Kristina and Sebastian, Alexander and Roberta, Stephanie, James, Yasmin, Amber and Sasha. Her great – grandchildren, Max, Ruby, Tom, Lola, Jack, Penelope, Aella, Noah, nephews, nieces, other relatives and friends. e funeral cortege leaves St James hospital, Sliema for Tal-Ibraġ Parish Church, where Mass 'presente cadavere' will be said on Tuesday 6th of January at 13.30hrs followed by internment at Santa Maria Addolorata Cemetery. No flowers by request but donations to Hospice will be greatly appreciated. A special thanks and appreciation to Ramon and Marian for their dedicated care. L-attakk Amerikan fuq il-Venezwela joħloq tensjoni kbira mondjali IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Dak li prova jagħmel Donald Trump meta kien President fl- ewwel leġiżlatura għamilha fit- tieni jum tas-sena. Forzi tal-grupp magħrufa bħala d-Delta ħatfu l-President tal-Venezwela Maduro flimkien mal-mara tiegħu. Trump ħabbar dan fuq il- pjattaforma soċjali tiegħu Truth Social, fejn hu kkonferma wkoll li l-attakki fuq il-Venezwela kienu parti minn azzjoni militati mill- Istati Uniti, parti mill-operazzjoni ta' ħtif. L-azzjoni militari saret fil- kuntest li l-Istati Uniti qed tappoġġja l-kandidata mill- Venezwela li rebħet l-aħħar elezzjoni ġenerali. Maria Corina Machado anke rebħet il-Premju għall-Paċi s-sena l-oħra u apertament uriet empatija u apprezzament kbira lil Trump. Sky News irrapporta li sorsi viċin tal-Oppożizzjoni Venezweljana allegaw li l-'ħtif ' ta' Maduro kien wieħed negozjat bejn Maduro u l-istat Amerikan. Il-gvern tal-Venezwela qal illi matul is-sigħat bikrin ta' filgħodu tas-Sibt, diversi partijiet tal-pajjiż ġew attakkati, inkluż il-kapitali, Caracas u tliet stati oħrajn fil- viċinanzi. Fi stqarrija, il-gvern Venezwelan qal illi "jikkundanna quddiem il- komunità internazzjonali" dak li sejjaħ bħala attakk mill-Istati Uniti fuq "it-territorju u l-popolazzjoni Venezwelana" f 'postijiet ċivili u militari f 'Caracas, kif ukoll fl- istati ta' Miranda, Aragua u La Guaira. Id-dikjarazzjoni ssegwi rapporti li nstemgħu mill-inqas seba' splużjonijiet f 'Caracas għall- ħabta tas-sagħtejn ta' filgħodu ħin lokali nhar is-Sibt, akkumpanjati mill-ħoss ta' ajruplani militari jtiru baxx. Il-gvern tal-Venezwela ordna l-implimentazzjoni ta' pjanijiet ta' difiża nazzjonali "fil-ħin u ċ-ċirkostanzi xierqa", f 'konformità mal-kostituzzjoni u l-liġijiet tas-sigurtà nazzjonali. F'dawn iċ-ċirkostanzi, il-gvern iddikjara stat ta' emerġenza fil- pajjiż kollu. L-attakki fuq il-Venezwela jsegwu xhur ta' provokazzjoni mill-amministrazzjoni ta' Trump fil-konfront tal-Venezwela, illi akkużat lill-gvern Venezwelan b'involviment fi ċrieki tat-traffikar tad-droga fil-Karibew. Fix-xhur li għaddew, l-amministrazzjoni ta' Trump ordnat serje ta' attakki f 'ibħra internazzjonali fuq bastimenti allegatament involuti fit-traffikar tad-droga mill-Amerika Latina lejn l-Istati Uniti. Fost dawk li sofrew attakki Amerikani kien hemm numru ta' sajjieda mill- Venezwala. Ftit ġimgħat ilu, l-Istati Uniti ordnat ukoll il-ħtif ta' tliet tankers taż-żejt assoċjati mal-Venezwela hekk kif akkużat lill-gvern Venezwelan bl-użu tal-profitti ġġenerati mill-esportazzjoni taż-żejt sabiex tiffinanzja attività kriminali fir-reġjun. Il-Venezwel magħruf għall- ikbar riżervi taż-żejt fid-dinja. L-azzjoni Amerikani waslet għal kundanna mir-Russja, li kien ssostni flimkien maċ-Ċina, il- gvern ta' Maduro. Nicolas Maduro u martu Cilia Flores Seba' siti fil-kapitali Caracas ġew attakkati

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 4 January 2026