MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 4 January 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542365

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

10 aħbarijiet IL-ĦADD 4 TA' JANNAR 2026 • illum opinjoni Shadow Minister għall-Ugwaljanza, il-Libertajiet Ċivili u x-Xandir Pubbliku GRAZIELLA ATTARD PREVI "Fiduċja fil- governanza hija bażi għal soċjetà li tħoss ruħha magħquda. Meta n-nies jemmnu li r-regoli japplikaw għal kulħadd bl-istess mod, jiżdied is-sens ta' appartenenza u r-responsabbiltà ċivika." H ekk kif għalaqna kapitlu u qegħdin niħu ieħor, il-bidu tas-sena l-ġdida f 'Malta għandu jkun mument ta' riflessjoni serena u ta' tama realistika. Tama għal futur isbaħ, futur aħjar, għal kull wieħed u waħda minna. Għalkemm nirrappreżenta l-partit fl-Oppożizzjoni, jiena dejjem emmint li l-politika għandha sservi bħala spazju li joffri soluzzjonijiet għall-ġid komuni, u mhux arena ta' qasma, ġlied u firdiet. Għalhekk is- sena li bdejna tista' tkun waħda fejn inkomplu nagħmlu passi 'l quddiem jekk nagħżlu li npoġġu l-ugwaljanza u l-benesseri taċ- ċittadini kollha fiċ-ċentru tad- deċiżjonijiet tagħna. Malta hija pajjiż żgħir b'qalb kbira. Il-qawwa tagħna tinsab fin-nies: fil-ħaddiema li kuljum jagħtu l-aħjar tagħhom, fil-familji li jrabbu t-tfal b'valuri sodi, fl-anzjani li b'għerom ifakkru lilna lkoll x'jagħmel soċjetà b'saħħitha. Is-soċjetà tagħna tista' timxi 'l quddiem jekk kull bniedem jingħata l-ispazju biex jimraħ. Dan għaliex is-soċjetà Maltija hija magħmula minn qawsalla ta' nies differenti, imma li kollha għandhom x'joffru. Il-benesseri tal-bniedem mhux biss kwistjoni ta' statistika jew ta' tkabbir ekonomiku jew ta' kemm għandek iktar flus fil-but, imma huwa dwar kif in-nies iħossuhom siguri, rispettati u apprezzati. Huwa dwar aċċess ugwali għall- opportunitajiet li pajjiżna jista' joffri. Meta nħarsu 'l quddiem, irridu nsaħħu l-idea li l-ugwaljanza mhijiex privileġġ, iżda dritt. Ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fis-suq tax-xogħol, fejn il-pagi u l-opportunitajiet għandhom jirriflettu l-ħiliet u l-ħidma, mhux il-ġeneru. Ugwaljanza għaż- żgħażagħ, li għandhom jingħataw ċans reali li jibnu futur hawnhekk, mingħajr ma jkunu mġiegħla jitilqu barra minn xtutna minħabba nuqqas ta' prospetti jew spejjeż għoljin. Ugwaljanza għal min hu vulnerabbli, inklużi persuni b'diżabilità u dawk li jaffaċċjaw sfidi tas-saħħa mentali, biex ikunu jistgħu jgħixu b'dinjità u b'appoġġ adegwat. Ugwaljanza reali u mhux biss fuq il-karta għall-komunità kollha LGBTIQ+. Il-benesseri soċjali jibda minn sistema edukattiva li tħejji lit- tfal u ż-żgħażagħ tagħna mhux biss għall-eżamijiet skolastiċi, iżda għall-ħajja. Edukazzjoni li tħeġġeġ il-ħsieb kritiku, il- kreattività u r-rispett lejn xulxin hija investiment fit-tul li jagħti frott lil kulħadd. Fl-istess ħin, is- sistema tas-saħħa għandha tibqa' pilastru ta' solidarjetà, b'servizzi aċċessibbli u ta' kwalità, u b'enfasi akbar fuq prevenzjoni u kura fil-komunità, b'mod partikolari lil dawk il-persuni l-iktar vulnerabbli. Bħala deputat f 'isem l-Oppożizzjoni, dejjem emmint li l-irwol tagħna mhuwiex li nikkritikaw biss, iżda li nipproponu. U dak huwa li dejjem ghamilt! Aħna dejjem irridu noħorġu b'ideat ġodda u aħjar sabiex noffru alternattiva serja u reali. Nistgħu naħdmu flimkien biex noħolqu politika li tkun ġusta u sostenibbli. Irridu nimbuttaw għal ekonomija li tippremja x-xogħol onest u l-intrapriża responsabbli, filwaqt li tipproteġi l-ambjent tagħna, li huwa parti essenzjali mill- benesseri tagħna lkoll. Wisq nies qegħdin ibatu minħabba r-rgħiba tal-oħrajn. Wisq nies qegħdin isofru sabiex il-pajjiż ikollu ekonomija b'saħħitha. Iżda x'jiswa li l-ekonomija tiorixxi waqt li n-nies midfunin fi djarhom jew imwaħħlin fi traffiku esaġerat li jaħlilhom sigħat sħaħ minn ħajjithom kuljum? Il-ġustizzja soċjali tfisser ukoll li l-istituzzjonijiet ikunu trasparenti u affidabbli. Fiduċja fil-governanza hija bażi għal soċjetà li tħoss ruħha magħquda. Meta n-nies jemmnu li r-regoli japplikaw għal kulħadd bl- istess mod, jiżdied is-sens ta' appartenenza u r-responsabbiltà ċivika. Din hija triq li twassal għal stabbiltà u paċi soċjali. Is-sena l-ġdida toffri opportunità biex inkomplu nsaħħu d-djalogu. Opportunità sabiex inkomplu niltaqgħu man-nies ... sabiex nisimgħu u sabiex nieħdu azzjoni. Id-differenzi politiċi huma naturali f 'demokrazija ħajja, iżda m'għandhomx ikunu ta' ostaklu. Bil-kollaborazzjoni, nistgħu nsibu soluzzjonijiet li jpoġġu lill-bniedem qabel kollox. Dan ifisser li nisimgħu aktar, li nkunu sensittivi għal esperjenzi differenti, u li nibnu politika li tirrifletti r-realtajiet ta' kuljum tan-nies. Il-benesseri jinkludi wkoll bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata. F'soċjetà moderna, irridu nappoġġjaw mudelli ta' xogħol flessibbli u kundizzjonijiet li jippermettu li l-ġenituri jqattgħu ħin ta' kwalità mat-tfal tagħhom, u lill-individwi jieħdu ħsieb is-saħħa tagħhom. Dawn mhumiex lussu, iżda investiment f 'soċjetà aktar b'saħħitha, kemm fiżikament, kif ukoll mentalment, u produttiva. Meta nħarsu lejn is-sena li ġejja, ejjew nagħżlu t-tama. Ejjew naħdmu għal Malta li tħaddan l-ugwaljanza bħala prinċipju fundamentali u li tpoġġi l-benesseri taċ-ċittadini kollha fil-qalba tal-politika tagħha. Bħala Oppożizzjoni kostruttiva, aħna lesti nagħtu sehemna biex dan iseħħ. Għax fl-aħħar mill-aħħar, il-futur ta' Malta ma jinbeniex minn naħa waħda biss, iżda minn impenn kollettiv għall-ġid komuni, il-ġustizzja u dinjità għal kulħadd. Bħala kelliema tal-Oppożizzjoni għax-Xandir Pubbliku, ma jistax jonqos li nwassal messaġġ ukoll f 'dan ir-rigward. Għaldaqstsant, hekk kif nidħlu f 'sena ġdida, irridu niakru fil-valur fundamentali li għandu x-xandir pubbliku fil-bini ta' soċjetà demokratika u inklużiva. Ix- xandir pubbliku, li huwa finanzjat minn taxxi pubbliċi, mhuwiex biss mezz ta' komunikazzjoni; huwa pont li għandu jgħaqqad il-komunità, li għandu jsaħħaħ il- parteċipazzjoni ċivika u li għandu joffri informazzjoni bilanċjata u veritiera lil kull ċittadin. Is-sena li ġejja għandha tkun opportunità biex inkomplu nsaħħu l-imparzjalità, il- professjonalità u l-innovazzjoni. F'era ta' sfidi globali u informazzjoni immedjata, il- fiduċja tal-pubbliku hija l-akbar responsabbiltà tagħna. Dan ifisser li kull kelma, kull rapport u kull programm għandu jkun imfassal b'integrità u rispett lejn il-verità. Ejjew inħarsu lejn ix-xandir pubbliku bħala spazju ta' diversità u inklużjoni, fejn kull vuċi tingħata l-opportunità li tinstema'. Il-missjoni tagħna mhijiex biss li ninfurmaw, iżda li nispiraw, nikkultivaw diskussjoni b'saħħitha u nħeġġu l-għarfien kritiku. Nawguralkom sena ġdida mimlija tama, kuraġġ, u impenn lejn valuri li jagħtu ġieħ lill-poplu Malti u Għawdxi kollu! Bidu ta' sena gdida – mument ta' tama u opportunità Irridu nsaħħu l-idea li l-ugwaljanza mhijiex privileġġ, iżda dritt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 4 January 2026