MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 22 March 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544022

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

"L-Ilijade" u "L-Odissea" huma żewġ poemi epiċi twal f 'kotba attribwiti lill-poeta tal-Greċja Antika, Omeru (Homer). Għalkemm mhumiex eżatt suċċessivi, "L-Ilijade" hu l-ewwel xogħol ta' Omeru u l-avvenimenti li jseħħu f '"L-Odissea" jiġru minħabba konsegwenti diretti ta' "L-Ilijade". Omeru aktarx twieled fis-seklu 8 QK f 'Ionia l-Greċja u miet f 'Ios. Dawn iż-żewġ poeżiji kolossali huma l-fundazzjoni tal-letteratura Griega tal-Antik u minħabba fihom Omeru baqa' kkunsidrat bħala wieħed mill-aqwa awturi tal-istorja dinjija. Dawn iż-żewġ kapulavuri huma miktuba bil-Grieg ta' żmien dan il-poeta klassiku. Għalkemm fil- poemi ta' Omeru jispikkaw temi serji u traġiċi, jinkludu wkoll sekwenzi ta' kummiedja u daħq. Dawn iffurmaw aspetti reali tal-Greċja Antika ta' kultura, edukazzjoni u li xerrdu ideali ta' erojiżmu, glorja u unur. Mhux kulħadd kellu l-istess opinjoni ta' Omeru. Għall-filosfu Platun – ukoll tal-Greċja Antika – Omeru "kien biss wieħed li jgħallem il-Grieg", waqt li għal Dante Alighieri fil-kapulavur tiegħu "Il-Kummiedja Divina", Virġilju jirreferi għalih bħala "il-Poeta Sovran", ir-Re tal-poeti kollha. Meta l-poeta Ingliż Alexander Pope li kien ukoll traduttur qaleb għall-Ingliż "L-Ilijade" stqarr li Omeru hu "fost l-aqwa tal-poeti". Mill-antikità sal-preżent, il- kapulavuri tiegħu ispiraw ħafna xogħlijiet famużi tal-letteratura, mużika, arti u anki films. Wara it taż-żmien, l-għajdut kien li dan il-klassiku poeta kien agħmi, u skulari moderni jqisu li l-avvenimenti rrakkontati huma leġġendarji. Xi wħud anki jazzardaw jgħidu li dawn huma ta' awturi differenti. L-Ilijade It-temi ġenerali ta' "L-Ilijade", li fih 24 volum, hija l-gwerra jew l-assedju mill-Griegi tal-belt ta' Trojja. It-titlu "L-Ilijade" li ġej mill-Grieg "Ilias poiesisi" li tfisser Poeżija ta' Ilion – Ilion huwa l-isem antik tal-belt ta' Trojja. Mela, "L-Ilijade" ifisser poeżija ta' Trojja. Il-gwerra saret minħabba li meta Hector, Prinċep gwerrier qalbieni u sinċier ta' Trojja kien mistieden fi Sparta, stat Grieg, flimkien ma' ħuh iż-żgħir Paris, dan tal-aħħar jieħu grazzja ma' Helen ir-Reġina tassew sbejħa, mart l-adult Menelaws, ir- Re ta' Sparta. Hi baxx baxx taħrab miegħu u Agamemnon, it-tirann Re tal-Miċeni li jiġi ħu Menelaws, jgħaqqad lir-renji flimkien u bi flotta ta' kobor kbir isalpaw għall- belt ta' Trojja, li kienet tinsab mhux 'il bogħod mill-kosta tal-baħar Dardanelli, biex jassedjawha. Flimkien magħhom jinsab l-aqwa gwerrier Grieg, Akille protett mill-allat li jgħixu fuq il-muntanja Olimpus u li sikwit jinterrompu fil-ħajja tal-umani. Dan Akille m'għandu alleanza ma' ħadd u sikwit jiġġieled ma' Agamemnon. L-assedju jieħu madwar 10 snin u Akille jinvolvi ruħu biss meta Hector bi żball joqtol lil Patrocius il-ħabib kbir tiegħu. Akille jisfida lil Hector għal ġlieda titanika li fl-aħħar jirbaħha. Ftit wara dan l-inċident li jservi ta' tensjoni fuq Trojja, il-Griegi jirbħu din il- gwerra b'makakkerija palpabbli. Huma jibnu żiemel kbir tal-injam u xi suldati jistaħbew ġo fih, jħalluh fix-xatt u taparsi ċedew u telqu. Is- suldati ta' Trojja jaħsbuh xi rigal u jdaħħluh fil-belt. Billejl is-suldati Griegi jinżlu minn ġoż-żiemel jiħu l-bieb u jaħarqu l-belt. Akille jinqatel minn vleġġa ggwidata minn Apollo f 'għarqubu, l-uniku post dgħajjef li kellu, sparata minn Paris. Helen, Paris u xi oħrajn jaħarbu bil-moħbi minn passaġġ sigriet. "L-Ilijade" jikkonċentra l-aktar fuq l-aħħar fażi ta' dan l-assedju, meta Akille jimtela b'qilla kbira wara l-mewt taż- żagħżugħ ħabibu u jiddeċiedi li jieħu sehem fil-ġlied u jispiċċa bil-funeral tal-eroj Hector. Minn dan ix-xogħol meraviljuż tal- antik inħadmu diversi xogħlijiet ċinematografiċi, l-aktar fl-era tal- films imlaqqma "peplum" (1958- 1964), produzzjonijiet Taljani li konna nsibuhom "tar-Rumani", titlu xi it żbaljat, għax diversi minnhom kienu jikkonċentraw dwar il-mitoloġija Griega. Il-kritiċi barranin kienu jirreferu għalihom bħala produzzjonijiet ta' "swords and sandals". L-aktar kwotazzjoni famuża ta' "L-Ilijade" hi li "l-ebda raġel jew mara mweldin ma jistgħu jaħarbu mid-destin tagħhom". Il-films dwar l-assedju twil ta' Trojja (aktarx avveniment fittizju) huma ħafna, fosthom: La Caduta di Troja (1911), film Taljan mutu. (e Fall of Troy). e Face at Launched A ousand Ships (1954), (magħruf ukoll bħala Loves Of ree Queens). It-titlu jirreferi għal Helen it-tifla tal-alla Zeus bi sbuħija tal-ġenn. Din il-frażi oriġinat mir- reċta ta' Christopher Marlowe (li kien jgħix kontemporanju ma' Shakespeare), Doctor Faustus. Helen Of Troy (1956) (film semiepiku). e Fury Of Achilles (U.K. Achilles) (1960). (film Taljan, L'Ira Di Achille). e Trojan Horse (U.K. e Wooden Horse Of Troy) (1961). (film Taljan, La Guerra Di Troia bl-attur "bodybuilder" popolari Steve Reeves fil-parti ta' Aeneas) e Avenger (1962) (film Taljan – La Leggenda di Enea). Dan ikompli ma' e Trojan Horse bl-attur jerġa' jkun Steve Reeves fil-parti ta' Aeneas, karattru ieħor sekondarju ta' "L-Ilijade". 14 films IL-ĦADD 22 TA' MARZU 2026 • illum Carmel Bonnici 'L-Ilijade' u 'L-Odissea' jipprovdu splendur fiċ-ċinema L-EWWEL PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 15˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral it- Tramuntana li jsir mill-Punent Majjistru Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 13˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral it- Tramuntana li jsir mill-Punent Majjistru Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Bust ta' Omeru The Trojan Horse (1961)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 22 March 2026