MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 19 April 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544497

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

intervista IL-ĦADD 19 T'APRIL 2026 • illum 06 Fuq Xtra, Saviour Balzan jintervista lill-Prim Ministru Robert Abela 'Kull min għandu talent x'joffri Ovvjament l-ewwel mistoqsija hija marbuta mal- elezzjoni. Għaliex jekk int tgħajjat elezzjoni għandek issejjaħha? Dejjem kont konsistenti; weġibt li l-elezzjoni tissejjaħ meta l-interess nazzjonali hekk jitlob. Però wasal il-mument illum illi aktar milli nitkellmu fuq id-data nitkellmu dwar l-għażla li għandu quddiemu l-poplu Malti. Jiġifi- eri ż-żewġ għażliet illi għandu quddiemu. Għażla minnhom – jekk hi għażla – hija ta' min ma tafx fejn qiegħed miegħu. Lanqas internament miegħu nnifsu d-deputati tiegħu ma jafu fejn qegħdin miegħu. Fuq in-naħa l-oħra għandek partit magħqud illi għandu viżjoni ċara mfassla fil-Viżjoni Malta 2050, ta' 'l fejn sejrin sal-2035, 'il fejn sejrin sal- 2050. Magħna mhux biss taf fejn qiegħed iżda saħansitra 'l fejn sejjer. Qegħdin f 'mumenti geopolitiċi ta' sfidi kbar. Jien nemmen li huma ikbar milli kellna waqt il-pandemija. Għax għandek waħda mill-aktar affarijiet essen- zjali li hija l-mutur tal-ekonomija li tolqot u timpatta n-nies ta' kuljum, il-kwistjoni tal-enerġi- ja. U hemmhekk hemm waħda mill-aktar għażliet ċari li hemm quddiemna. Partit fl-oppożizzjo- ni li fl-aħħar tmien xhur biddel il-pożizzjoni tiegħu għal darba darbtejn fuq il-qasam tal-enerġi- ja, fuq is-sostenibbiltà tas-sussid- ji. Jekk is-sussidji humiex short- lived, imbagħad jekk iridux jiġu phased-out. Issa l-Kap tal-Op- pożizzjoni tal-lum qed jgħid li se jħallihom. Kakofonija. U fuq in-naħa l-oħra għandek politika ċara ta' stabbiltà fuq l-enerġija. Meta ġiet pandem- ija tajna garanzija ta' stabbiltà fil-prezzijiet, fil-pjan ta' riġener- azzjoni ekonomika f 'Ġunju tal- 2020 saħansitra raħħasna l-prezz tal-petrol u d-diesel b'seba' ċenteżmi l-litru. Imbagħad meta ġiet il-gwerra tal-Ukrajna u kella kriżi oħra rġajna tajna stabbiltà sħiħa u bħalissa li qed ngħixu kriżi kbira fl-enerġija, kemm inkwantu ta' prezzijiet, kemm inkwantu ta' provista, qegħdin għal darb'oħra nagħtu garanzija ta' stabbiltà. Għażla oħra impor- tanti hija dik ta' x'futur trid għalik innifsek. Jekk int żagħżugħ, x'tip ta' opportunitajiet trid fis-suq tax-xogħol? Ħloqna pataflun opportunita- jiet fis-suq tax-xogħol. Fil-qasam diġitali, fil-fintech, fil-medtech, fil-financial services, fis-settur bankarju. Taf fejn qegħdin u taf fejn sejrin. Magħna għandek serħan il-moħħ. Il-gwerra u l-kriżi fil-Lvant Nofsani fuq moħħok u tinkwetak? Hija prijorità. Kriżi kbira ħafna imma tinkwetani le. Din mhux se tintemm għada. Imma anke jekk tintemm għada, l-impatt tagħha se jtul. Xhur b'mod ot- timist, jekk mhux snin, bil-ħsara li saret. Ħsara kemm fuq livelli diplomatiċi, kemm fl-infrastrut- tura tal-gass. Mhux inkwetat għaliex dal-pajjiż ħaseb għal din iċ-ċirkostanza mingħajr ma kien jaf li kienet se sseħħ. Aħna diġà kellna pjan ta' kontinġenza, minn fejn se nixtru l-petrol, id-diesel u l-gass naturali. Waqt li qegħdin nitkellmu, il-PN qed jagħmel konferenza stampa biex idaħħal dubji minn fejn se nixtru l-gass naturali biex inħaddmu l-power plant tagħ- na għaliex il-ehim kurrenti li għandna jiskadi f 'Awwissu illi ġej. Nista' nagħti serħan il-moħħ lil kulħadd li mhux biss se nkom- plu nagħtu stabbiltà fil-prezz, imma wkoll garanzija ta' provis- ta. Għamilna taħditiet f 'dawn l-aħħar xhur. Serħan ukoll fejn jidħlu l-aviation fuels, kruċjali għas-settur turistiku tagħna. Naħa titkellem bla ma taħseb u naħa tippjana fit-tul. Fl-elettriku fl-aħħar ta' dis-sena jiġi instal- lat it-tieni interconnector. Diġà bdejna naħsbu fit-tielet inter- connector. Dan huwa l-mod kif tipprepara l-pajjiż għal li ġej. Ejja nitkellmu fuq temi lokali. Fuq temi ambjentali u tal-ippjanar. Ftit ġranet ilu għaqdiet ambjentali daru fuq il-politiċi u qalulhom għandna dawn it-talbiet fl- ippjanar, ħa taċċettawhom? L-għaqdiet ambjentali qed jitolbu lill-gvern jirrevedi ż-żoni li daħlu fl-2006 fiż- żoni tal-ippjanar u biex jiġu irtirati u jsiru ODZ. Talba kuraġġuża u r-risposta trid tkun waħda ċara mill-gvern. Il-gvern tagħna ma jgħaffeġ fuq id-drittijiet ta' ħadd. It-te- ma tal-iżvilupp u l-ippjanar hi waħda sensittiva għax għandek aspettattivi li huma kuntrastan- ti għal xulxin. Min huwa sid ta' art, mhux biss żviluppaturi kbar, għandhom plott jew tnejn u ddaħħlu fiż-żona tal-iżvilupp fl-2006 jew qabel għandhom as- pettattiva u d-dritt li jiżviluppaw dik il-propjetà. U allura l-gvern b'daqqa ta' pinna jista' jgħidilhom li intom għandkom art fiż-żona tal-iżvilupp imma issa ma tist- għux tiżviluppawha. Għandek is-sitwazzjoni tal-ab- bozzi tal-ippjanar li għandek quddiem il-parlament, u s-sit- wazzjoni kif żviluppat f 'dawn l-aħħar xhur. Fhimna l-pers- pettiva tal-għaqdiet ambjentali, imna wkoll dawk tal-għaqda tal-iżviluppaturi. Għad ma wasalniex imma qegħdin aktar viċin konverġenza. Kulħadd se jkun kuntent bl-eżitu? Ma naħsibx, għax għandek aspettatti- vi differenti għal xulxin. Insemmi l-eżempju kmamar ta' 15-il metru kwadru użati minn gabillotti ġenwini, ilhom mibnijin ċertu snin. Vera mingħajr permess. Kull gvern ħalliehom hemmhekk, għandu jkun hemm xi forma ta' regolarizzazzjoni? Naħseb li għandek il-maġġoranza tal-poplu li taqbel li għandhom jitħallew. Regolarizzazzjoni tal-industri- ja, nagħraf li marret lil hinn minn dak li kien aċċettabbli. Fil-priċess li qed nagħmlu għandna l-għar- biel, dak li jkun aċċettabbli għal naħa u oħra jissalva, dak li mhux aċċettabbli għas-soċjetà inġen- erali, li green area b'daqqa ta' pinna tista' tiddaħħal fiż-żona ta' żvilupp, dik hija riforma ambizz- juża wisq għal dak li tista' taċċetta s-soċjetà illum. Allura l-loġika tgħidlek li għandek twarrabha fil-ġenb. Jekk hux qabel jew wara elez- zjoni se nkompli nisma' naħa u oħra. Hija pożizzjoni leġittima li wieħed jgħid li missna morna b'konsultazzjoni qabel. Sodis- fazzjon li għandi fl-ippjanar huwa li ħadna deċiżjonijiet favur il-maġġoranza kbira tal-poplu meta wasalna biex inġibu lura Manoel Island u l-White Rocks. Manoel Island, Selmun u White Rocks sinjal li l-gvern irid jagħmel xi ħaġa għall- ambjent jew sempliċement tokenism? Waqajtu miż- żiemel u ndunajtu li tridu tagħtu xi ħaġa lura lill- pubbliku? Dal-pajjiż qatt ma investa fi proġetti ambjentali daqskemm għamilna f 'dawn l-aħħar erba' snin. L-afforestazzjoni b'eluf ta' siġar, il-park tal-Glażiż, San Klement, Ta' Qali. Ta' kull xahar Project Green qed iniedi żewġ parks, u twettaqhom. Manoel Island jekk tara l-per- sonaġġi min kienu, l-iżvilupp li kien prospettat, il-livell ta' profitt li kien se jkun hemm minn dak il- proġett, u aħna sabbatna saqajna favur il-poplu. Sinjal qawwi aktar minn dak huwa l-aktar sinjal b'saħħtu. Imma dan ġie wara petizzjoni minn eluf ta' nies … dgħufija jew kuraġġ li tagħti każ il- messaġġ tan-nies? Jien imt is-sentiment tal-pop- lu tagħna x'kien. Niakar il-Kap tal-Oppiżizzjoni dak iż-żmien jgħid li hemm obbligi kuntrattwa- li, u vera li kien hemm obbligi. Minkejja l-obbligi kuntrattwali li għamel gvern Nazzjonalista fis-se- na 2000 jiena għedt li rrid nagħti lill-poplu Malti dak illi jistħoqqlu. Wasalna, issa qegħdin fl-istadju li jsir kuntratt formali, imbagħad l-aktar fażi interessanti u sabiħa, it-twettiq tal-proġett li rridu nagħmlu flimkien mal-għaqdi- et volontarji, flimkien maż- żgħażagħ, flimkien mal-anzjani, u mal-komunitajiet. Fuq il-first-time buyers, jitkellmu fuq housing affordabbli. Mhux housing li jingħatalhom, imma l-piż biex tixtri. Din sfida kbira għal min se jitlaq mid-dar tal-ġenituri tiegħu u jkollu dar tiegħu. Il-gvern x'qed jagħmel biex nies li jridu jkollhom id-dar tagħhom jirnexxilhom? S'issa għamilna l-iskema tal-għaxra fil-mija tad-depożiti. Għamilna l-iskema tal-equi- ty sharing fejn il-gvern jidħol miegħek nofs bin-nofs, imbagħad jekk jidhirlek għoxrin sena wara tista' tixtri s-sehem tal-gvern bl-istess prezz ta' għoxrin sena qabel. L-iskema tal-iffrankar tar-rata preferenzjali tat-taxxa tal-boll tħalli eluf fil-bwiet tal- first-time buyer. L-għaxart elef ewro li qed nagħtu lil dawk li jixtru propjetà għall-ewwel darba. Dawk li jixtru fil-UCA, €40,000 grant Għawdex, €15,000 jekk tixtri Malta, ħelsien mit-taxxa tal- VAT għar-restawr. Dawn għenu ħafna. Nirriko- nixxi li għandhom effett inflazz- jonarju. Allura għamilna skemi ta' affordable housing. Kollaborazzjo- ni bejn il-gvern u l-Knisja. Mhux se nkunu qed nagħtu grants, imma naraw li l-prezz tas-suq jonqos bi 30%.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 19 April 2026