Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544497
Kelliema tal-Oppożizzjoni għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet tat-Tfal GRAZIELLA ATTARD PREVI H ekk kif jidher biċ-ċar li riesqa l-elezzjoni, il-Gvern Laburista qiegħed ikompli jinqeda bix-xandir pubbliku ta' pajjiż- na għall-iskopijiet partiġġjani tiegħu. Il-PBS huwa istituzzjo- ni oħra mill-ħafna li l-Gvern Laburista ħataf taħt idejh sabiex kontinwament itambar fi mħuħ il-poplu l-propoganda tal-Gvern. Għaldaqstant, minflok għodda ta' servizz lejn il-poplu, il-PBS qiegħed jintuża bi skop ċar bħala magna propogandistika. Dan huwa ċertament ta' tħassib. Il-Gvern sfaċċatament jinqeda bix-xandir sabiex iwassal messaġġi kontinwi u reklamar bla waqfien dwar il-ħidma tal-Gvern. Sadat- tant kull kritika ġustifikata jew le hija kważi nieqsa għalkollox. Dan qiegħed isir sabiex il-Gvern dejjem jidher b'lenti pożittiva sabiex ikompli jsaħħaħ il-ħakma tiegħu fuq il-pajjiż. Dan mhuwiex aċċettabbli f 'pajjiż demokratiku u Ewropew. Filwaqt li l-Gvern għandu ob- bligu li jinforma liċ-ċittadini dwar dak li jkun qiegħed iseħħ fil-pajjiż, dan iżda m'għandux isir b'mod malizzjuż. Meta minflok jinfor- ma, il-Gvern juża x-xandir sabiex jindottrina, iwassal messaġġi selettivi, jgħid biss dak li jaqbel lilu, ma jħallix lok għall-ebda kritika, u dan ikun biss eżerċizzju ta' propaganda. Dan huwa dak li qiegħed jiġri fix-xandir nazzjonali. Bla mistħija ta' xejn il-messaġġi mwassla huma biss favur il-Gvern fejn m'hemm l-ebda bilanċ u fattwalità. Il-fondi pubbliċi mit-taxxi tal-poplu għandhom jintużaw fl-interess nazzjonali. Iżda f 'Malta dawn il-fondi qegħdin jintużaw bħala arma oħra għall-partit fil-gvern. Qegħdin f 'sitwazzjoni redikola fejn min iħallas it-taxxa qiegħed jinsteraq mill-Gvern għal- iex parti mit-taxxa qiegħda tmur għall-propoganda, anke meta min iħallas ma jaqbilx assolutament ma' dak imxandar. F'Malta għandna l-media tal-partiti l-kbar li hija qawwija sew. F'dan il-kuntest ix-xandir nazzjonali għandu jkollu rwol li jwassal messaġġi veritieri. Tit- għaxxaq issegwi r-Rai jew il-BBC u meta tqabbel dawn l-istazzjoni- jiet mal-PBS tibqa' mmeraviljat kif f 'Malta kollox huwa politiċizzat b'mod mill-aktar partiġjan. Il- Gvern allura qiegħed jikser kull prinċipju ta' etika f 'dan il-kuntest. Qiegħed juża r-riżorsi mit-taxxi tal-poplu sabiex isaħħaħ il-ħakma tiegħu. Forsi hawn min jgħid li dan ma jiġrix biss f 'Malta. Hawn min jirraġuna li l-media qatt ma tista' verament tkun indipendenti. Forsi dan huwa minnu. Imma ċertament li għandna naħdmu u nistinkaw għall-indipendenza tal-istituzzjonijiet kollha inkluż ix-xandir. Hawn min isemmi l-passat ukoll. Jekk se nsemmu l-passat, nistgħu nibqgħu sejrin lura lejn is-snin tmenin fejn saħansitra l-isem ta' Eddie Fenech Adami, bħala Kap tal-Oppożizz- joni, lanqas kien jissemma fuq ix-xandir. Minflok inħarsu lura iżda rridu nħarsu 'l quddiem. Dan il-Gvern ilu issa iktar minn tnax-il sena jiggverna u fix-xandir żgur li ħadna lura u mhux 'il quddiem. Għandna xandir nazzjonali li iktar ifakkarna f 'reġimi awtoktratiċi milli f 'demokraziji Ewropej. L-aħbarijiet l-aktar segwiti f 'Malta, dawk tat-tmienja, iktar jixbhu lista ta' avviżi governattivi milli aħbarijiet. Filwaqt li don- nhom ma jispiċċaw qatt, qabel ma jgħaddu għoxrin minuta jew iktar, u l-udjenza tkun xebgħet tisma', rarament tisma' xi aħbar dwar l-Oppożizzjoni jew xi kritika fil-konfront tal-Gvern, li anki din tal-aħħar tkun tinkludi r-reazzjoni tal-Gvern! Dan biex ma nsem- mux ukoll ir-riklami kontinwi, anke waqt avvenimenti nazzjonali u sbieħ bħalma huma Mużika Mużika jew il-Eurovision. Mhux ta' b'xejn li ħafna jqisu l-PBS bħala estensjoni tal-istazzjoni tal-La- bour il-One, ukoll għaliex ħafna mill-preżentaturi huma fil-fatt ġejjin mill-One. Wieħed ma jistax ma jinnotax ukoll kif din is-sitwazzjoni qiegħ- da tnaqqas il-fiduċja tal-poplu fl-istituzzjonijiet. Meta ċ-ċittadin jinduna li x-xandir nazzjonali ma jirriflettix ir-realtà kollha iżda biss parti minnha, inevitabbilment jibda jitlef il-fiduċja, mhux biss fil-midja, iżda wkoll fil-proċess demokratiku nnifsu. Dan iwassal għal apatija politika fejn in-nies iħossu li leħinhom ma jagħmilx differenza. Soċjetà li titlef il-fiduċ- ja tagħha fil-mezzi ta' informazz- joni tkun soċjetà vulnerabbli għal aktar abbużi. Għaldaqstant, ir-re- sponsabbiltà tal-Gvern hija akbar minn qatt qabel sabiex jiżgura li x-xandir ikun tassew imparzjali u trasparenti. Il-Partit Nazzjonalista jemmen bis-sħiħ f 'xandir pubbliku tassew ħieles u mmexxi b'mod komple- tament indipendenti. Ix-xandir għandu jkun ibbażat fuq bilanċ ġenwin – bilanċ bejn il-verità u l-kritika – u għandu jservi bħala pjattaforma miuħa fejn kulħadd ikun jista' jesprimi ruħu bla pressjoni jew xkiel. Għalhekk, hija meħtieġa riforma profonda li tist- rieħ fuq it-trasparenza u li tagħti serħan il-moħħ lill-poplu li l-fondi pubbliċi qed jintużaw għall-ġid komuni, u mhux bħala għodda ta' propaganda bla waqfien. Sadanittant, huwa ċar li Gvern Laburista qed idum ma jimpli- menta r-riforma tant mistennija fil-qasam tal-midja. Il-proċess ilu jiġi mtawwal għal snin sħaħ, u dan mhux b'kumbinazzjoni, iżda għax dan jaqbel lil min qed imexxi. Il-konsultazzjoni pubblika għalqet lejn l-aħħar ta' Ottubru tas-sena li għaddiet, iżda sal-lum għad m'hemm l-ebda riżultat jew ko- munikazzjoni ċara dwar x'se jsir. F'dan il-proċess ta' konsultazzjo- ni, il-Partit Nazzjonalista ppreżen- ta b'mod ċar il-viżjoni tiegħu, inkluż dwar ix-xandir pubbliku, u enfasizza b'mod partikolari li: 1. Il-midja hija pilastru fun- damentali tad-demokrazija u għandha tkun protetta minn kull forma ta' kontroll jew influwenza politika. 2. Il-ħarsien tal-ġurnalisti, kif ukoll il-ġlieda kontra kull forma ta' intimidazzjoni le- gali jew ekonomika, huma essenzjali għal soċjetà tassew ħielsa u demokra- tika. 3. Il-PBS u l-Awtorità tax-Xandir għandhom jgħaddu minn riforma strutturali sabiex ikunu verament indipendenti u imparzjali, b'ħatriet li jsiru b'maġġoranza kwalifikata. 4. Il-finanzjament pubbli- ku lill-mezzi tax-xandir għandu jkun ċar, traspar- enti u imparzjali, u qatt ma jintuża bħala strument ta' propaganda. Il-Partit Nazzjonalista jinsisti wkoll fuq trasparenza sħiħa fir-rigward tal-użu tal-fondi pubbliċi u r-reklamar statali. Kull ħlas, ehim jew arranġa- ment finanzjarju bejn il-Gvern u mezzi ta' komunikazzjoni għandu jkun irreġistrat, dokumentat u aċċessibbli online, bi kriterji ċari u li jistgħu jiġu vverifikati. Dan huwa pass kruċjali biex jitwaqqaf l-użu tal-flus pubbliċi bħala mezz ta' kontroll politiku fuq il-midja. Din it-trasparenza trid tkun taħt is-superviżjoni ta' korp tassew indipendenti, sabiex jiġi żgurat li l-fondi ma jintużawx għall-in- teress politiku ta' min ikun fil-Gvern. Fl-aħħar nett, il-Partit Naz- zjonalista jemmen li r-riforma tal-midja għandha tkun riforma nazzjonali li ssaħħaħ il-ħarsien tal-verità, l-etika u l-libertà tal-es- pressjoni. Din ir-riforma trid tkun konformi bis-sħiħ mal-prinċipji tal-Att Ewropew dwar il-Lib- ertà tal-Midja (European Media Freedom Act) kif ukoll ma' kull obbligu Ewropew ieħor li jippro- movi l-pluraliżmu, l-indipendenza u t-trasparenza fil-midja. PBS – Propaganda bi skop Il-Gvern għandu obbligu li jinforma liċ-ċittadini dwar dak li jkun qiegħed iseħħ fil-pajjiż 10 aħbarijiet IL-ĦADD 19 T'APRIL 2026 • illum opinjoni

