Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544497
Ħafna parlamenti f 'pajjiżi Ewropej għandhom termini fissi, flessibbli sa ċertu punt u b'mekkaniżmi differenti ta' salvagwardja għal xoljiment, meta jiddeċiedi l-parlament stess b'mozzjoni apposta. Fost il-pajjiżi Ewropej b'terminu fiss hemm il-Belġju, il-Bulgarija, iċ-Ċekja, il-Fin- landja, il-Ġermanja, ir-re- pubbliki Baltiċi, ir-Rumanija, il-Polonja, is-Slovakkja u s-Slovenja. L-Irlanda, bħal Mal- ta ssegwi lill-eks kolonizzaturi, l-Italja wkoll hemm terminu fiss imma pjuttost flessibbli. Fi Spanja l-Prim Ministru jsejjaħ elezzjoni meta jrid hu. Fil-Por- tugall min-naħa l-oħra, il-Pres- ident tar-Repubblika jista' jxolji l-parlament qabel iż-żmien fuq inizjattiva tiegħu, kif sar meta prim ministri tilfu l-fiduċja tal-parlament. Malta, bħall-pajjiżi li kienu kolonji tar-Renju Unit, tik- kopja lill-eks kolonizzatur u tagħti s-setgħa assoluta f 'idejn il-Prim Ministru, li jagħti 'parir' lill-President tar-Repubblika biex ixolji l-Parlament. Poter tista' tgħid 'irjali'. Ir-Renju Unit għamlu tmien snin, mill-2011 sal-2019 b'terminu fiss ta' ħames snin. Fl-2019 reġġgħu lura l-arloġġ lejn is-sistema ar- kajka li l-Prim Ministru 'jitlob' lill-monarka jxolji l-parlament meta jfettillu. Ir-Re jew Reġina, qatt ma jirrifjuta t-talba tal- Prim Ministru. Ir-Renju Unit u l-Att dwar parlament b'terminu fiss tal-2011 Billi Malta għandna ħab- ta nikkopjaw lir-Renju Unit bħallikieku huma x-xemp- ju jew l-istandard waħdieni tad-demokrazija parlamenta- ri, se nħarsu lejn x'ġara meta ddaħħlet liġi ta' terminu parla- mentari fiss fl-2011. L-att dwar parlament b'terminu fiss għadda mill-parlament tar-Renju Unit fl-2011, biex ineħħi l-prerogatti- va tal-Prim Ministru illi jsejjaħ elezzjoni meta jfettillu. Sar fuq insistenza tal-Liberali Demokratiċi, li kienu fi sħab fi gvern ta' koalizzjoni mal-Kon- servattivi ta' David Cameron. Il-liġi saret biex tillimita s-set- għa tal-eżekuttiv, biex tneħħi d-dritt tal-Prim Ministru li jagħżel id-data tal-elezzjoni, u biex iżżid iċ-ċertezza u tneħħi l-ispekulazzjoni dwar id-data tal-elezzjoni bl-effetti kollha tagħha. Il-Konservattivi ma kinux kuntenti bl-att għax kienu mdorrijin jilagħbu l-karta ta' elezzjoni sorpriża kemm biex jaqbdu lill-Oppożizzjoini fuq sieq waħda u anke biex il-prim ministri konservattivi jheddu u jikkontrollaw lill-membri parlamentari tal-partit tagħhom stess. L-istess il-Labour. Żewġ partiti bil-mentalità tal-poli- tika tal-manuvri. Fil-fatt dan l-att tħassar fl-2019. Il-La- bour saħansitra qal fil-man- ifest tiegħu li parlament b'terminu fiss huwa ta' ħsara għad-demokrazija. Il-prerogat- tiva rjali, jiġifieri li jiddeċiedi r-Re jew Reġina fuq 'parir' tal-Prim Ministru, bl-argument tagħhom hija aktar demokra- tika. Mur ifhem! F'Malta l-Prim Ministru 'jagħti parir' lill-President ixolji l-parlament. Sistema monarkika, li writnieha mill-Ingliżi, iżda minflok re, reġina jew il-gvernatur li jaġixxi f 'isimhom, għandna l-President li jagħmel dak li jgħidlu l-Prim Ministru. L-Att tal-2011 kien jistab- bilixxi perjodu ta' ħames snin bejn elezzjoni u oħra, u jiffissa d-data tax-xoljiment tal-Par- lament u tal-votazzjoni. Kien jippermetti elezzjoni bikrija biss f 'żewġ każijiet: jekk mozzjoni għal elezzjoni bikrija tiġi appro- vata b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-Parlament; jew jekk jgħaddi vot ta' sfiduċja u ma jinħoloqx gvern ieħor fi żmien 14-il jum. Din il-bidla kienet tqarreb lir-Renju Unit lejn il-prattiċi komuni f 'ħafna pajjiżi Ewropej, fejn is-setgħa li jxolji l-par- lament hija limitata biex ma tintużax għal vantaġġ partiġġ- jan. Il-bidla għal termini fissi tnaqqas il-kapaċità tal-gvern li jsejjaħ elezzjonijiet għal raġunijiet opportunistiċi. Huwa wkoll improbabbli li tinkiseb maġġoranza ta' żewġ terzi biex issir elezzjoni għall-vantaġġ tal- gvern. Barra minn hekk, anke jekk gvern jitlef vot ta' sfiduċja, hemm perjodu ta' 14-il jum biex jiġi ffurmat gvern ġdid qabel ma ssir elezzjoni. L-argumenti favur parlamenti b'terminu fiss Skont dokument tal-Constitu- tion Unit tal-Università (UCL), parlament b'terminu fiss għan- du diversi vantaġġi u jsaħħaħ id-demokrazija ta' pajjiż. Il-fatt li l-gvern, jew aħjar persuna waħda, jiġifieri l-Prim Ministru, jiddeċiedi meta jsiru l-elez- zjonijiet, dan ifisser vantaġġ in- ġust għall-partit tiegħu. Wieħed jista' jargumenta li anke vantaġġ għall-Prim Ministru personal- 04 analiżi IL-ĦADD 19 T'APRIL 2026 • illum Parlament b'terminu L-Istrett ta' Hormuz jerġa' jingħalaq wara li l-Istati Uniti jirrifjutaw li jneħħu l-imblokk tal-portijiet Passaġġ kruċjali għall-enerġija globali jerġa' jsib ruħu taħt restrizzjonijiet stretti, b' impatt dirett fuq is-swieq u t-trasport marittimu L-Iran ħabbar li reġa' daħħal fis-seħħ kontroll strett fuq l-Istrett ta' Hormuz, wara li l-Istati Uniti rrifjutaw li jneħħu l-imblokk fuq portijiet Iranjani fil-Golf Persjan — żvilupp li qed jerġa' jqanqal tħassib dwar l-istabbiltà ekonomika globali. F'stqarrija, il-kmand konġunt tal-forzi armati Iranjani qal li "l-kontroll tal-Istrett ta' Hormuz reġa' lura għall-istat preċedenti tiegħu", u li dan il-passaġġ strateġiku issa jinsab taħt "ġestjoni u kontroll strett" mill-militar Iranjan. L-Istrett ta' Hormuz, li huwa wieħed mill- aktar rotot marittimi importanti fid-dinja għall- esportazzjoni taż-żejt, kien diġà ġie ddikjarat effettivament magħluq mill-Iran fit-28 ta' Frar, ftit wara l-bidu tal-attakki Amerikani. Dak iż- żmien, l-awtoritajiet Iranjani kienu speċifikaw li bastimenti setgħu jgħaddu biss b'permess tagħhom — u mhux jekk kienu marbuta mal- Istati Uniti jew ma' Iżrael. Fil-prattika, ftit ħafna vapuri għaddew minn dan il-passaġġ, b'disturb kbir fuq il-kummerċ internazzjonali u żieda qawwija fil-prezzijiet tal-enerġija. Aktar kmieni din il-ġimgħa, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Iranjan, Abbas Araghchi, kien ħabbar li l-istrett se jkun "kompletament miftuħ" għal vapuri kummerċjali matul il-perjodu ta' waqfien mill-ġlied ta' 10 ijiem fil-Libanu. Madankollu, il-flotta navali tal-Gwardja Rivoluzzjonarja Iżlamika (IRGC) imponiet kundizzjonijiet ċari, inkluż il-ħtieġa ta' awtorizzazzjoni minn qabel biex bastimenti jgħaddu. Il-President tal-Parlament Iranjan, Mohammad Bagher Ghalibaf, kien ukoll wissa li l-istrett jerġa' jingħalaq jekk l-Istati Uniti ma jneħħux l-imblokk tagħhom, filwaqt li semma li kwalunkwe passaġġ ikun permess biss minn rotot speċifiċi u taħt kontroll Iranjan. Għalkemm kien hemm sinjali ta' ftit moviment ta' vapuri — partikolarment is-Sibt filgħodu — dan baqa' limitat ħafna. Il-President Amerikan Donald Trump irringrazzja lill- Iran talli fetħu l-passaġġ temporanjament, iżda sostna li l-Istati Uniti mhux se jneħħu l-imblokk fuq portijiet Iranjani sakemm ma jintlaħaqx ftehim. Il-militar Iranjan qal li kien "aġixxa b'rieda tajba" meta ppermetta l-passaġġ limitat ta' numru żgħir ta' tankers u vapuri kummerċjali, iżda akkuża lill-Istati Uniti li komplew bil- miżuri restrittivi tagħhom. Skont l-istess stqarrija, is-sitwazzjoni fl-istrett se tibqa' taħt kontroll strett sakemm ma jkunx hemm libertà sħiħa ta' moviment lejn u mill-Iran. Min-naħa tagħha, il-Kmand Ċentrali tal-Istati Uniti qalet li mill-bidu tal-imblokk fit-13 ta' April, 21 bastiment daru lura u reġgħu marru lejn l-Iran minħabba r-restrizzjonijiet. Trump indika li l-imblokk jista' jitneħħa ladarba jintlaħaq ftehim, u esprima fiduċja li dan jista' jseħħ fil-futur qarib. Fl-istess ħin, huwa ċaħad rapporti li l-Iran jista' jintroduċi tariffi jew ħlasijiet għall-passaġġ mill-istrett, u qal b'mod ċar li dan mhux se jkun permess. Madankollu, il-kumpaniji ewlenin tat-tbaħħir qed jibqgħu kawti, b'inċertezza dwar is-sigurtà u l-kundizzjonijiet tal-passaġġ. Hekk kif it- tensjonijiet jibqgħu għoljin, l-Istrett ta' Hormuz jerġa' jsib ruħu fil-qalba ta' kunflitt li jista' jkollu konsegwenzi globali. L-Istrett ta' Hormuz

