MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 26 April 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544605

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

Fl-elezzjoni ġenerali li jmiss, iktar minn qatt qabel, numru kbir ta' persuni eleġibbli biex jivvutaw iżda li qed jinsistu li mhux se jivvutaw, se jkun deter- minanti għar-riżultat elettorali aħħari. Elezzjoni li l-Prim Ministru Robert Abela huwa maħsub li se jħabbarha fil-ġranet li ġejjin. Fl-aħħar elezzjoni ġenerali tal-2022, in-numru ta' persuni li għażlu li ma jivvutawx kien ta' 60,000. Sondaġġi riċenti jindikaw li din il-figura tista' tkun ferm ogħla u tista' tikkon- tribwixxi biex il-Labour xorta jirbaħ imma jnaqqas id-distakk mal-PN. Il-profil ta' dawn il-votanti qed joħroġ aktar ċar maż-żmien. Jidher li dawn huma persuni b'edukazzjoni terzjarja jew aktar, jew li huma żgħar fl-età jew inkella fil-kategorija bejn it-tletin u l-ħamsin sena. Il-biċċa l-kbira tagħhom — b'mod speċjali dawk ta' ċerta età — jgħidu li xi darba kienu vvutaw għall-Partit Laburista. Mhumiex lesti jivvut- aw għall-PN jew għal xi partit ieħor, imma jista' jkun li mhux qed jgħidu dak li għandhom f 'moħħhom. Ħafna minnhom huma rrabjati bil-politika inġenerali u l-atteġġ- jament tal-politiċi imma l-iktar fil-gvern, li fuq ħwejjeġ par- tikolari baqa' ma wriex kuraġġ jew inkella ġie jaqa' u jqum mill- weġgħat tan-nies. Fosthom hemm sezzjo- ni mdaqqsa li huma mdejqa bil-politika tal-Gvern marbuta mar-ritmu ekonomiku. Ritmu li ċertament ġab ġid imma wkoll impatt kbir minħabba l-iżvilupp sfrenat li wassal biex Malta u Għawdex ikunu taħt assalt kon- tinwu. U minkejja dikjarazzjoni- jiet li l-affarijiet kien se jinbidlu, jidher li ma nbidel xejn u fejn kien hemm problema, minflok ma ċkienet, kibret. Jidher ukoll li din is-sezzjoni ta' votanti huma wkoll imħass- ba bil-mod kif il-politiċi huma fis-sodda man-negozjanti l-kbar. Tant hu hekk, li ħafna minnhom ma jafdawx aktar lill-politiċi. Hemm sezzjonijiet minn dawn il-votanti li huma wkoll urtati bi problemi serji bħas-servizz tas- saħħa, il-konġestjoni fit-toroq, il-preżenza ta' barranin kul- limkien, u bil-fatt li pajjiżna tilef ħafna mill-karatteristiċi tiegħu. Ma' dawk li huma iżgħar, il-ħsibijiet politiċi tagħhom huma aktar altruwisti, u qed ja- raw li l-ebda partit mhu lest biex ipoġġi l-politika bħala prijorità. Dawn huma l-abort, l-ewtanasja, il-kaċċa, u l-Awtorità tal-Ippja- nar. L-isfortuna għall-Oppożizzjoni mmexxija minn Alex Borg hi li xorta ma jidhirx li hemm fiduċja li l-PN jista' jegħleb dawn l-isfidi. U Borg irid isib il-mod kif jindirizza dawn is-setturi — u jikkonvinċi — biex jirbaħ il-vot tagħhom li tant huma kruċjali biex inaqqas id-distakk jew inkella biex saħansitra jirnexxilu jagħmel dak li ħadd ma jemmen li jista' jagħmel: li jirbaħ lil Rob- ert Abela. www.illum.com.mt NRU 1009 €1.50 IL-ĦADD 26 T'APRIL 2026 IKOMPLI F'PAĠNA 3 PAĠNA 7 Intervista ma' Silvio Schembri u Jerome Caruana Cilia JAELLE BORG Wara li l-ġimgħa l-oħra rrappurta- jna li pilloli tal-abort tħallew f 'kat- nazzi madwar Malta u Għawdex, din il-gazzetta għamlet kuntatt mal-organizzaturi anonimament biex naċċessaw dawn il-locks. Din kienet it-tweġiba li rċevejna : "Sfortunatament, minħabba do- manda kbira, ma fadal l-ebda locks bil-pilloli ta' l-abort." Mhux talli hekk, talli saħansitra tawna kuntatt ta' organizzazzjonijiet oħra li jkunu jistaw jibgħatulna dawn il-pillolli fl-indirizz personali. "Minħabba domanda kbira, ma fadal l-ebda locks bil- pilloli ta' l-abort" IL-PROBLEMA TAT-TRAFFIKU, IL-BINI SFRENAT, IL-BARRANIN U N-NUQQAS TA' ONESTÀ FIL- POLITIKA HUMA ERBA' AFFARIJIET LI JDEJQU LIN-NON- VOTER IN-NON-VOTERS MIN HUMA U X'QED IDEJJAQHOM? Katnazzi sigrieti mimlijin pilloli tal- abort tqegħdu f 'diversi lokalitajiet In-non-voters inkwetati fuq it-traffiku, il-kostruzzjoni, il-barranin u l-onesta' fil-politika

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 26 April 2026