MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 3 May 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544727

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

L-uffiċċju tal-Prim Ministru tradizzjonalment jorganizza festin il-Barrakka ta' fuq, il-Belt fl-aħħar ta' April. Din is-sena l-istess ġara, u bħas-soltu jkun hemm ġemgħa ta' ministri, diriġenti politiċi mill-kamp tal-gvern u mistiedna speċjali miġburin jaraw in-nar. Kien hemm sentiment qawwi fl-attività li l-Labour kien se jirbaħ bil-kbir, fil-konverżazzoni- jiet kien hemm diġà min kien qed jitkellem dwar is-sondaġġ ta' Marmara li kien ukoll qed jikkonferma din il-maġġoranza. Imma kien hemm min deher inkwetat. "Hemm overconfidence kbira li ma tagħmilx ġid lil-Labour. Irridu noqogħdu attenti. Għad hemm ħafna li vvutawlna fl-2022 li qed jgħidu li mhux se jivvutaw għall-PL. U dan Alex Borg mhux Bernard Grech jew Adrian Delia." Huwa minnu li l-magna tal-Partit Laburista u l-kampan- ja hija waħda impressjonanti. Huwa wkoll li Robert Abela ħareġ b'saħħtu fuq proposti u huwa minnu li l-Labour għandu tim komplut, id-diskors ta' Ian Borg fil-mass meeting tal-l ta' Mejju kien forsi iktar kawt. Borg li huwa d-Deputat Mexxej tal-PL qal lil-laburisti miġbura biex joqogħdu attenti li ma jiħdux kollox for granted. L-istorja tgħallimna li l-poli- tika u l-elezzjonijiet għandhom dinamika stramba u differenti. U wisq kunfidenza tista' taħdem biex dawk li mhux se jivvut- aw jibqgħu determinati li ma jivvutawx. Osservaturi politiċi jindikaw li l-indifferenza politika tista' tikber jekk jaraw li l-Labour il-ħin kollu jgħid li se jirbaħ żgur u bil-kbir. Fl-ewwel ta' Mejju, iż-żewġ mexxejja dehru quddiem il-par- titarji tagħhom. Id-diskors ta' Abela kien sod u kif mistenni ċar. Imma fejn kien hemm stennija li d-diskors jew preżenza ta' Alex Borg kienet se tkun waħda akka, issorprenda lil kulħadd bil-kun- fidenza. U filwaqt li l-ġabra ta' nies ma kienet xejn viċin il-mass meetings ta' dari tal-PN, il-mass rally tal-PN f 'Ħal Lija kienet forsi l-ikbar attività tal-PN f 'ħafna snin. Xorta jidher ċar li l-Labour għandu vantaġġ numeriku meta jgħajjat in-nies u kif ukoll organ- izzattiv. Imma jidher li l-PN issa jidher ikkargat għall-ġimgħat li ġejjin. 27 ġurnata oħra ta' kampanja elettorali li twassalna għall-elez- zjoni bikrija tat-30 ta' Mejju. www.illum.com.mt NRU 1010 €1.50 IL-ĦADD 3 TA' MEJJU 2026 ARA PAĠNA 4 PAĠNA 7 Intervista ma' Clyde Caruana u Adrian Delia F'messaġġ fuq Facebook is-Sibt, l-eks ministru Roderick Galdes ħabbar li mhuwiex se jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li ġejja. Qal li d-deċiżjoni ttieħdet sabiex il-Partit Laburista jiġi protett minn attakki partiġġjani sabiex ikun iffukat fuq li jinkiseb l-aħjar riżultat possibbli għall-partit u l-pajjiż. Galdes qal li l-"ogħla interess" tiegħu dejjem kienu u jibqgħu l-familja tiegħu, il-partit u l-pajjiż. Li ma qalx Galdes hija li din id-deċiżjoni ttieħdet mill-partit. Ma kinitx għażla tiegħu. Fil-messaġġ li kiteb, Galdes ma sem- mix il-fatt li l-Eżekuttiv tal-PL ivvota biex ma jħallihx jikkontesta. Kienet ovvja li Abela ried jiddistanz- ja ruħu minn Galdes wara r-rapurtaġġ negattiv fuqu u l-iskandli li nkixfu. Galdes, imma muhiex l-uniku wiċċ magħruf li mhux se jikkontesta din l-elezzjoni. Għal din l-elezzjoni, min warrab u min twarrab OSSERVATURI POLITIĊI JINDIKAW LI L-INDIFFERENZA POLITIKA TISTA' TIKBER JEKK JARAW LI L-LABOUR IL-ĦIN KOLLU JGĦID LI SE JIRBAĦ ŻGUR U BIL-KBIR IL-LABOUR ĦAREĠ JIĠRI FIL- KAMPANJA. IMMA JAQBILLU? Roderick Galdes ma tħalliex jikkontesta Alex Borg f 'Ħal Lija Robert Abela fil-Belt

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 3 May 2026