MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 3 May 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544727

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 arti u kultura IL-ĦADD 3 TA' MEJJU 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Id-dinjiet ġodda ta' Ryan Falzon fil-wirja personali Firmament, fi Spazju Kreattiv L-idjoma viżiva dejjem tespandi tal-artist Ryan Falzon tibni fuq l-interrogazzjoni tiegħu tat-twemmin reliġjuż u s-superstizzjonijiet Mediterranji b'korp ta' xogħol ġdid ibbażat fuq territorji metafiżiċi kunċettwali L-esebizzjoni teżamina l-idea antika tal-firmament, il-koppla ċelesti li tifred id-dinja mid-divin L-artist multidixxiplinarju Malti Ryan Falzon se jippreżenta wirja personali ewlenija — Firmament — li turi korp ġdid ta' xogħol fi Spazju Kreattiv, il- Belt Valletta mill-14 ta' Mejju sat-28 ta' Ġunju 2026. B'segwitu għall-wirja personali ta' suċċess tiegħu Arcana, li ttellgħet f 'Mi- lan f 'Ottubru 2025, ix-xogħol il-ġdid ta' Falzon jibni fuq din l-esplorazzjoni ta' twemmin u superstizzjonijiet Mediter- ranji permezz tal-immaġnijiet tat-tarot, taliżmani, u simboli viżwali kontempo- ranji. Madankollu, f 'Firmament Falzon iwessa' din l-esplorazzjoni għal territorji metafiżiċi kunċettwali, filwaqt li jip- preżenta lill-udjenza tiegħu b'sensiela ta' territorji liminali, it-tixqiq tagħhom, u vjaġġ li jfittex il-verità interjuri kif ukoll dik lil hinn. Ikkurata minn François Zammit u Veruschka Goetz, l-esebizzjoni teżamina l-idea antika tal-firmament, il-koppla ċelesti li tifred id-dinja mid-divin. Dan il-limitu jservi wkoll bħala metafora għax-xewqa umana, għat-tensjoni spirit- wali, u għax-xewqa li nimxu lil hinn mir-realtà materjali. "Din is-serje ġdida ta' pitturi, kitbiet u installazzjonijiet ġodda tespandi l-es- plorazzjoni kontinwa ta' Falzon tas-sim- boliżmu, il-kożmoloġija, u l-lingwaġġ viżiv kontemporanju," jgħid Zammit. "Filwaqt li Falzon diġà huwa rikon- oxxut għall-qawwa tal-immaġni politi- kament iċċarġjata tiegħu, u għat-taħlit tal-kultura pop mas-simboliżmu esoteri- ku, f 'Firmament l-attenzjoni tiegħu hija ċċentrata fuq il-lingwa viżiva u kunċet- twali tal-Mesopotamia tal-qedem u tal-Eġittu, kif ukoll lejn illustrazzjonijiet esoteriċi medjevali." Ix-xogħol huwa mnebbaħ mill-inċiżjo- ni tal-Flammarion, immaġni ikonika ta' vjaġġatur li jtaqqab il-velu tas-sema biex jiżvela l-mekkanika moħbija tal-kożmos, simbolu qawwi tal-ħeġġa dejjiema tal-umanità biex taqbeż il-limiti tad-din- ja viżibbli. Permezz ta' pitturi, testi u installazz- jonijiet, Falzon jiżviluppa lingwaġġ viżiv personali ġdid li bih jirrifletti tensjoniji- et psikoloġiċi u kurżità eżistenzjali. "L-udjenza se tiltaqa' ma' simboli frammentati, referenzi kożmiċi, u inter- venti testwali li jissuġġerixxu passaġġ bejn il-materjal u l-metafiżika," jgħid Zammit. "L-att ta' tiċrit tal-velu jsir kemm vjolenti kif ukoll ta' tama, ġest immexxi minn nuqqas ta' kwiet, dubju, u t-tfittxi- ja għal tifsira." Maħsuba bħala stedina miftuħa biex nidħlu f 'dan l-ispazju liminali fejn id-dinjiet interni u esterni jiltaqgħu, Falzon japplika lingwaġġ artistiku kon- temporanju għal tema primordjali. Firmament iħeġġeġ lill-udjenzi biex jikkunsidraw kif il-kożmoloġiji tal- qedem għadhom jirriflettu l-ħsieb kon- temporanju, u kif ix-xewqa tal-bniedem li jħares lil hinn mill-materjal tibqa' rilevanti daqs qatt qabel. Firmament huwa appoġġjat minn Spazju Kreattiv, APS Bank, ArtzID, Blind Margin, Saveria, VGB, Dota Framemakers u T616. The silence of the astral land, 100 x 120cms, Oil on canvas, 2026 Beyond the firmament, 100 x 100cms, Oil on Canvas, 2026

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 3 May 2026