Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545724
10 aħbarijiet IL-ĦADD 5 TA' LULJU 2026 • illum opinjoni PAUL C. SALIBA I l-qtil tal-ħamiem spiss jiġi propost bħala soluzzjoni għall-popolazzjoni żejda, ħsara lill-proprjetà u riskji għas-saħħa, madankollu r-riċerka u studji ta' każijiet simili għas-sit- wazzjoni f 'Malta wrew li din is-soluzzjoni proposta hija, fil- fatt, waħda kontroproduttiva. Għalhekk, l-għan ta' dan l-artiklu huwa li jargumenta favur il-kontroll tal-popolazzjoni tal-ħamiem b'mod aktar etiku u effettiv. Wieħed irid jiem li l-qtil tal-ħamiem, aktar milli soluzzjoni, huwa fil-fatt, mezz in- effettiv biex jikkontrolla l-popo- lazzjonijiet ta' annimal li issa sar mium ħażin, li jbeżża' u saħan- sitra mistmerr għal raġunijiet li huma żbaljati u probabbilment ġejjin mill-fatt li huma faċilment viżibbli f 'numri kbar. Ir-raġuni ewlenija għaliex il-qtil tal-ħamiem ifalli hija minħabba l-abbiltà tal-ħamiem li jadatta f 'ħafna ambjenti u jirriproduċi faċilment, speċjal- ment meta jkun hemm tnaqqis fid-densità tal-popolazzjoni. Fil-fatt, intwera li r-rati tat-tnis- sil tal-ħamiem jiżdiedu jekk jaffaċċjaw tnaqqis bħal dan, kemm minħabba l-possibbiltà ta' aċċess akbar għall-ikel, kif ukoll minħabba l-migrazzjoni minn żoni tal-madwar li jimlew il-vojt li jġib miegħu l-qtil. Dan huwa dak li hu magħruf bħala riproduzzjoni kompensatorja, (compensatory reproduction) u li twassal biex il-popolazzjoniji- et tal-ħamiem jerġgħu jiżdiedu malajr. Fil-fatt, biex jinżamm għall-inqas tnaqqis temporanju, il-qtil irid iseħħ b'mod indefinit, li jfisser proċedura għalja ħafna u fl-aħħar mill-aħħar ineffettiva. Dan, fil-fatt, ġara f 'Barċellona, fejn inqatlu aktar minn 225,000 ħamiema bejn l-1991 u l-2006 (medja ta' 15,000 għasfur fis-se- na), biex aktar tard jirrealizzaw li maż-żmien il-popolazzjonijiet tal-ħamiem żdiedu minn 180,000 għal 250,000. Kif intqal, dan jiġri għaliex meta jitneħħa grupp wieħed ta' ħamiem, kwalunkwe grupp fil-qrib jespandi malajr fit-territorju vakanti, speċjalment jekk is-sorsi tal-ikel jibqgħu l-ist- ess, f 'liema każ l-espansjoni tkun saħansitra aktar mgħaġġla. Huwa stmat li fi it xhur il-popolazzjoni maqtula terġa' lura għan-num- ru oriġinali. Dan għaliex il-qtil ma jindirizzax fatturi essenzjali bħad-disponibbiltà tal-ikel. Il-qtil tal-ħamiem huwa wkoll favorit ħafna minn dawk li jem- mnu li l-ħamiem huma traspor- taturi tal-mard, iżda l-evidenza kollha tipponta lejn il-fatt li dan huwa 'l bogħod mir-realtà. It-trażmissjoni mill-ħamiem għall-bnedmin hija estremament rari u kwalunkwe riskju jinqala' biss f 'każijiet ta' espożizzjoni di- retta u fit-tul għal ambjenti kkon- taminati ħafna. Din mhijiex ir-re- altà fl-ambjenti urbani tal-lum. Ħafna jipperċepixxu l-ħamiem bħala "ġrieden bil-ġwienaħ", iżda din mhijiex ibbażata fuq evidenza xjentifika. Il-ħmieġ tal-ħamiem joħloq riskju għas-saħħa ħaf- na inqas mir-riskji u l-perikli maħluqa mit-tniġġis tal-arja, l-emissjonijiet u l-kontaminazzjo- ni industrijali. Il-ħmieġ huwa ta' inkonvenjent estetiku iżda mhux theddida għas-saħħa. Għalhekk, prattiki xierqa ta' tindif u disinn tal-bini jistgħu jimmaniġġjaw dan b'mod effettiv mingħajr ma jagħmlu ħsara lill-annimal innif- su. Huwa fatt li t-tniġġis tal-arja jikkontribwixxi għal miljuni ta' mwiet fis-sena, iżda l-infezzjoni- jiet marbuta mal-ħamiem huma statistikament negliġibbli. Ma rridux ninsew ukoll li l-preżenza tal-ħamiem fil-bliet u l-irħula hija riżultat dirett tal-in- tervent u l-istorja tal-bniedem, peress li huma dixxendenti ta' għasafar domestikati mxerr- da mill-bnedmin. Barra minn hekk, il-qtil spiss jinvolvi tbatija fit-tul li, wieħed jittama, hija xi ħaġa li tmur kontra s-sentiment pubbliku. Mhux magħruf ukoll x'effetti ekoloġiċi jista' jkollu l-qtil tal-ħamiem. Biex nagħmlu paralleli, fl-aħħar tas-snin ħamsin iċ-Ċina wettqet il-Four Pests Campaign li fittxet li teqred il- grieden, id-dubbien, in-nemus u l-għasafar tal-bejt, dawn tal-aħħar għax kien maħsub li kienu jikkun- smaw kwantitajiet kbar ta' qamħ, u għalhekk jagħmlu ħafna ħsara l-agrikoltura. Bħala riżultat ta' din il-kampanja, l-għasafar tal-bejt kważi ġew eradikati u madankollu dan kellu effetti diżastrużi peress li injorat ir-rwol ekoloġiku kruċjali tal-għasafar tal-bejt fil-kontroll tal-popolazzjonijiet tal-insetti. Għalhekk, il-ġurati u insetti oħra li jieklu l-għelejjel immultiplikaw bla kontroll, u qerdu l-ħsad. Issa huwa aċċettat sew li l-qerda tal-għasafar tal-bejt aggravat ħafna l-Great Famine tal-1959-1961, li kkawża għexieren ta' miljuni ta' mwiet. Wara dan, iċ-Ċina saħansi- tra importat għasafar tal-bejt biex tirrestawra l-bilanċ ekoloġiku. Barra minn hekk, il-ħamiem servew ukoll bħala għajnuna kbira għalina l-bnedmin. L-aktar eżempju notevoli ta' dan huwa r-rwol essenzjali fil-komunikazz- jonijiet matul l-Ewwel u t-Tieni Gwerra Dinjija, fejn servew bħala messaġġiera. Fil-fatt, ħafna drabi pprovdew l-aktar metodu affidabbli biex jintbagħtu messaġġi minn fuq it-trinek, il-kampijiet tal-battalja u anke l-ekwipaġġi navali. Ħamiem bħal Cher Ami wasslu messaġġi li salvaw il-ħajjiet minkejja li sofrew ġrieħi gravi. Minkejja li ntlaqtet b'tir, għamiet f 'għajn waħda u tilfet sieq, Cher Ami rnexxielha twassal messaġġ kruċjali li salva kważi mitejn sul- dat Amerikan. Ħafna ħamiem ġew imfakkra għall-kuraġġ tagħhom dak iż-żmien. Bħala konklużjoni, huwa impor- tanti li jiġu pprovduti alternattivi għall-qtil tal-ħamiem. L-infurzar ta' għalf ristrett u t-titjib tal-im- maniġġjar tal-iskart, kif ukoll l-użu ta' metodi kontraċettivi li huma attwalment effettivi, huma l-aktar alternattiva effettiva u sostenibbli għall-qtil tal-ħamiem, filwaqt li huma wkoll aktar ekono- mikament vijabbli. L-installazzjoni ta' deterrenti fuq il-ħitan tista' wkoll tgħin biex jitnaqqsu l-opportunitajiet għat- tbejjit. Huwa essenzjali li wieħed jibdel il-qtil li huwa ineffettiv, għali u wkoll etikament dubjuż ma' metodi aktar aktar vijabbli u umani. Paul C. Saliba studja l-Arkeoloġija fl-Università ta' Malta u għandu B.A. (Hons) u M.A. Huwa kien impjegat bħala research co-ordinator fid-Direttorat tar- Restawr fi ħdan il-gvern. Qtil tal-ħamiem: mezz ineffettiv biex jiġu kkontrollati l-popolazzjonijiet tal-ħamiem Ħafna jipperċepixxu l-ħamiem bħala "ġrieden bil-ġwienaħ", iżda din mhijiex ibbażata fuq evidenza xjentifika

