www.illum.com.mt
NRU 1033
€1.50
IL-ĦADD 11 T'OTTUBRU 2026
PAĠNI 6-7
Malta fil-
qalba tal-
migrazzjoni
tal-ħarifa
ARA PAĠNA 2
IKOMPLI F' PAĠNA 3
IL-PL U L-PN
RAS IMB RAS
ABELA B'DISA' PUNTI FUQ BORG
Il-Partit Laburista u l-Partit
Nazzjonalista jinsabu kważi
ras imb ras jekk issir elezzjoni
llum, iżda Robert Abela
jżomm vantaġġ sostanzjali fuq
Alex Borg meta l-votanti ġew
mistoqsija lil liema mexxej
politiku jafdaw l-aktar biex
imexxi l-pajjiż.
L-ewwel stħarriġ ta' MaltaToday
minn wara l-elezzjoni ġenerali
ta' Mejju jpoġġi lill-PL fuq 48.2%
u lill-PN fuq 48.0% fost dawk
li jgħidu li jivvutaw. Il-partiti
ż-żgħar jiksbu 3.8%.
Id-differenza ta' 0.2 punti taqa'
fil-marġni ta' żball ta' ±3.4 punti
perċentwali.
Madankollu, id-distakk bejn
iż-żewġ mexxejja huwa sostan-
zjalment ogħla. 44.4% jgħidu li
jafdaw aktar lil Robert Abela biex
imexxi l-pajjiż, meta mqabbla ma'
35.1% li jafdaw lil Alex Borg.
Dan jagħti lill-Prim Ministru
vantaġġ ta' 9.3 punti. 20.6% ma
jafdaw lil ebda wieħed mit-tnejn.
L-Università
bi pjanijiet
għal parkeġġ
taħt l-art
L-Università tgħid li
għandha aktar minn
1,000 spazju għall-
parkeġġ, filwaqt li
studenti jilmentaw li
qed iqattgħu sa siegħa
jfittxu fejn jipparkjaw
u li t-trasport pubbliku
mhuwiex alternattiva
vijabbli
Robert Abela għandu vantaġġ ta' disa' punti fuq Alex Borg fil-fiduċja, minkejja li l-partiti
ewlenin jinsabu prattikament indaqs fl-intenzjoni tal-vot
Bħalissa hemm aktar minn 1,000
spazju ta' parkeġġ riservat għall-
istudenti u l-istaff tal-Università
48.2%
44.4%
48.0%
35.1%
PARTIT
LABURISTA
ROBERT ABELA
PARTIT
NAZZJONALISTA
ALEX BORG