Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547078
R igward l-assassinju faħxi ta' Daphne Caruana Gal- izia, ħadd ma jista' jiċħad l-impunità li biha l-poter tal-flus seta' jimmanuvra minn taħt l-imnieħer tal-Istat u joqtol persuna b'faċilità liema bħalha. Din l-impunità tirrifletti prattika ta' korruzzjoni assoluta li biha mhux biss ġie ppjanat assassinju mingħajr ma nduna ħadd, imma fejn anke meta l-qattiela nqabdu fi żmien pjuttost qasir, ix-xibka tal-mandan- ti tant hija wiesgħa u kumplessa li wara disa' snin, il-ġustizzja baqgħet ma saritx. Il-ġustizzja għadha fil-bogħod mhux biss għax il-ġuri ta' Yorgen Fenech spiċċa kif spiċċa, imma għax minn dak li ġie żvelat fil-Qor- ti hemm evidenza ċara ta' prassi korrotta li la tista' tinjoraha u wisq anqas tirriduċiha fi storja tribali jew partiġġjana. Huwa kurjuż il-fatt li ħadd mill- politiċi ma jazzarda jgħid li dan kollu qed jikkonferma kif il-klassi dominanti f 'Malta llum tgawdi eġemonija ikbar minn qatt qabel, u fejn l-Istat — u b'implikazzjoni, is-soċjetà nfisha — huma sudditi tal-poter tal-flus. Dak li qed ngħid hawn, rari se tisimgħu mitkellem b'dan il-mod. Din hija analiżi bbażata fuq struttu- ri soċjali li l-klassi politika Maltija għażlet li tinjorahom, anke meta l-PL u l-PN se jgħidulek kemm huma soċjalisti jew demokristjani, u kemm għandhom għal qalbhom il-ġustizzja soċjali u d-demokrazija. Impass u poter reali Id-demokrazija Maltija hija mhedda minn struttura soċjali u ekonomika żbilanċjata. Dan l-im- pass qed joħnoq lid-demokrazija, u dan ma sarx b'ċikka imma b'in- tenzjoni u pjan. Għalkemm faċli għal uħud jgħidu li dan l-impass beda fit-tali data mat-tali Gvern, il-mudell ta' żvilupp ekonomiku u soċjali li għandna llum inbena minn gvern għal gvern, taħt iż- żewġ partiti l-kbar matul erbgħin sena, jekk mhux iktar. Dan il-mudell ekonomiku soċjali wassal sabiex it-tliet stru- menti tal-Istat — jiġifieri l-Gvern, il-Qrati u l-Parlament — illum għandhom poteri formali imma dgħajfa. Anke meta għandna sistema elettorali suppost pro- porzjonali u fejn il-parteċipazz- joni tal-votanti baqgħet qawwija, il-poter innifsu mhuwiex f 'idejn il-poplu imma f 'idejn klassi ta' nies li għandhom biżżejjed flus u assi, u huma f 'pożizzjoni ta' saħħa qawwija biżżejjed sabiex huma jiddeterminaw kif Malta żviluppat tul is-snin, inkluż kif jinħoloq u jitqassam il-ġid. Biex naraw xaqq ta' dawl irridu nirrikonoxxu l-kawża ta' dan l-impass. Imma dan mhux faċli għax hemm min jassumi li dan l-iżbilanċ ta' poter huwa inevitab- bli. Iż-żewġ partiti fil-Parlament illum jassumu li għajr bdil fl-uċuħ u l-istil, il-mudell soċjo-ekono- miku forsi għandu bżonn tindifa, imma se jibqa' dak li hu: industrija predominata mis-settur finanzjarju u tal-gaming, b'domma ta' tkabbir u żvilupp kontinwu, u sistema soċjali li tissussidja l-istess poter tal-klas- si tal-flus billi żżomm lill-poplu "kuntent" biżżejjed sabiex isostni l-istess sistema. Kurrenti siekta u s-saltna tad- dritt Dawk li jgħidu li dejjem kienu fuq in-naħa t-"tajba" tal-istorja, jew jafu li qed jgħidu l-ħmerijiet, jew inkella għandhom idea pjuttost limitata tal-istorja nfisha. Hemm ħafna pożizzjonijiet li ttieħdu tul l-istorja, imma l-istorja hija bħall-baħar: hija likwida b'kur- renti u kontrokurrenti fejn dawk li jazzardaw jgħumu fiha, ikunu qed jgħumu fuq naħa u mingħajr ma jafu se jsibu rwieħhom in-naħa opposta, anke meta mingħalihom baqgħu jaqdfu fl-istess direzzjoni. Fil-verità, il-korruzzjoni hija sin- tomu ta' dawn il-kurrenti b'saħħith- om u qerrieda li ħafna drabi jidhru siekta. Bl-Ingliż jgħidu "still waters run deep", u huwa fatt li meta tinqabad fil-kurrent tal-istorja, biex tinħeles mill-għarqa trid tiem sew kif qed jaħdem imma wkoll x'qed jikkawża l-kurrent innifsu. Tista' tkun għawwiem prim, imma taf tegħreq għax il-kurrent fih in- nifu huwa kkawżat minn struttura profonda li mhux faċli tingħaraf bħala tali. Sakemm għandek kurrenti siekta li huma aktar b'saħħithom mill- Istat, il-ġustizzja hija biss proċedu- ra Legali. Is-saltna tad-dritt mhijiex garantita sempliċement minn partit jew ieħor fil-gvern. Meta ngħidu "saltna tad-dritt" m'aħniex nitkell- mu dwar il-Liġi jew il-qrati biss. Id-Dritt għandu għeruq fi struttura soċjali u ekonomika fejn jekk se nitkellmu dwar id-demokrazija nfisha, din ma tistax tiddependi biss fuq elezzjoni kull ħames snin, imma minn kif il-poter jitħaddem u jaħdem kuljum, ikun min ikun fil-gvern. Fil-kurrenti siekta tal-korru- zzjoni hemm realtajiet ta' poter u mibegħda, diżgwid u indifferenza. Anke meta nagħrfu dan, iż-żmien mhux se jfejjaqna jekk mhux se mmorru fl-għeruq li jinstabu fl-istess struttura soċjo ekonomika li llum dgħajfet lit-tliet fergħat tal- Istat b'tali mod li l-impass sar iktar b'saħħtu. Inugwaljanza It-tliet sisien tad-demokrazija huma s-soċjetà, il-politika, u l-po- ter. Jekk nibdew minn hemm forsi nimu kif u għaliex fir-Repubblika Maltija qed tikber l-inugwaljanza soċjali, qed tissaħħaħ l-antipolitika, u hemm żbilanċ serju fil-poteri tal- Gvern, il-Parlament u l-Qrati. Jgħidulek li f 'Malta kulħadd "sinjur żgħir". Jinsistu li f 'Malta m'hemmx faqar. L-aspirazzjoni- jiet m'għadhomx "tal-ħaddiema" għax kulħadd sar "middle class". Il-prospetti ta' xogħol tant għolew li issa qed nimpurtaw il-ħaddiema minn barra. Imma dan huwa diskors aljenan- ti, għax apparti mill-fatt li llum l-inugwaljanza qed tieħu karatter- istiċi usa' u diversi, ma jfissirx li naqset. Anzi nbidlet, kibret u saret ħafna iktar kumplessa tant li qed tinħeba taħt fatturi oħra. Dan jin- kludi diskriminazzjoni ma' gruppi "ġodda", bħall-immigranti li għax m'għandhomx vot, jibqgħu inviżib- bli. Il-faqar kiber f 'kull settur biex ma nsemmux il-faqar moħbi fejn il-ħajja hija iktar esiġenti u l-inġus- tizzja soċjali tieħu xejriet oħra u ferm iktar profondi. Il-politika saret storbju sħiħ mingħajr effett. L-effett reali ġej mill-antipolitika li ssibha mhux biss fil-popoliżmu u diskriminaz- zjoni, imma wkoll fl-abdikazzjoni mit-tmexxija li saret iktar u iktar maniġerjali. Kif għedt f 'artik- lu fl-ILLUM xi ġimagħtejn ilu, l-assassinju tal-politika jġib miegħu l-għejbien tal-mexxejja. L-antipolitika u l-poter żbilanċjat L-istorbju partiġġjan f 'Mal- ta huwa qawwi, imma dan ma jfissirx li l-politika hija dinamika u ħajja. Anzi se ssib l-oppost. Mhux biss se ssib nuqqas ta' tmexxija, għaliex il-partiti huma ffukati biss fuq il-poter u l-voti, imma qed jitħalla vojt li qed jimtela b'ideat u aspirazzjonijiet reazzjonarji u perikolużi. U dawn issibhom fl-istess partiti li dmirhom huwa li jżommuna 'l bogħod minn dan l-istess periklu. Il-vojt tal-antipolitika jikkorris- pondi mal-iżbilanċ bejn il-Gvern, il-Parlament u l-Qrati. Hawn il-po- ter reali jisposta ruħu u jirriżulta fis-saħħa sproporzjonata li għand- hom is-setturi korporattivi u vestiti li taħt l-idea ta' politika "miuħa għan-negozju" isiru tant qawwija li anke s-settur privat innifsu jispiċċa dgħajjef. Jekk titkellem ma' negozjanti żgħar, ħwienet tal-familja, u dawk li jsejħulhom SMEs (Small and Medium-sized Enterprizes) se jgħidulek kif meta l-korporazz- jonijiet, l-iżviluppaturi, u l-inter- essi vestiti jikkorrompu l-Istat, m'hemm l-ebda tama għas-settur privat san. Lil hinn mir-retorika ta' politika business friendly hemm ir-realtà krudili tal-istat korporattiv fejn il-klieb il-baħar jirrenjaw. Meta flok stat li jaħdem mas-set- tur privat f 'parametri ċari, għandek sitwazzjoni fejn l-Istat jinbela' minn gruppi enormi b'interessi vestiti ta' saħħa esklussiva li tmur lil hinn mill-pajjiż innifsu, l-Istat u s-soċ- jetà ma jibqgħalhom l-ebda saħħa. Dan rajnieh fil-każ tal-Vitals u l-korporazzjonijiet internazzjonli li kienu involuti fih. Taħt il-pretest ta' public private ownership, rajna abdikazzjoni totali mill-Istat, fejn bl-iskuża ta' effiċjenza u faċilità fis-settur tas-saħħa, interessi vestiti fuq livell globali kienu iktar b'saħħithom mill-Istat innifsu u litteralment serquh. U dan mhu- wiex bla preċedent. Fir-Renju Unit skemi bħal dawn imnieda minn gvernijiet diversi, spiċċaw f 'diżastri simili. Meta tinqered il-korruzzjoni? Jibqa' l-fatt li l-korruzzjoni hija sintomu ta' mill-anqas tliet kawżi li ħallew pajjiżi bħal Malta f 'impass politiku, soċjali u legali. Mhux se nkunu tal-ewwel u lanqas tal-aħħar. Imma dan ma jfissirx li ma nistgħu nagħmlu xejn. Qabel kollox, it-tmexxija trid tkun politika, mhux maniġerjali u wisq anqas tribali. Fuq kollox, il-ġustizzja ma ssirx biss meta l-korrott u l-krim- inal jieħdu dak li ħaqqhom. Dak huwa biss bidu. Ġustizzja ssir meta l-poter korporattiv li daħħalna f 'sitwazzjonijiet bħal dawn, jispiċċa, u miegħu tinqered il-korruzzjoni. 10 aħbarijiet IL-ĦADD 11 T'OTTUBRU 2026 • illum opinjoni Il-korruzzjoni hi kawża jew sintomu? Kittieb, artist viżiv u professur universitarju JOHN BALDACCHINO

