Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/361049
Il-Ħadd 10 ta' Awwissu 2014 | illum 17 JIEN ivvjaġġajt sew. Iżda qatt ma kelli d-drawwa li nżomm djarju. Kont nippreferi nittrasforma l-esperjenzi f 'poeżiji. Għadni hekk sal- lum. Imma forsi għamilt żball, għax il-memorja bdiet tittappan xi ftit. Però xorta waħda jibqgħu stampati personaġġi li jippersistu fil-moħħ: Marius Balbinot, ir-reġista tal-Comédie Française f 'Pariġi; is-satirist għat-teatru u t-televiżjoni Victor Mrezhzko ta' Moska; Sasha Slavutski tat-Teatru Maxim Gorki. Kien hemm ukoll ix-xwejjaħ li ħadni fuq il-qabar ta' Pasternak u l-mara li ħaditni fid-dar ta' Chekov fil-Krimea u l-enklavi tal-artisti f 'Tanais, fuq ix-xmara Don. Niftakar meta alloġġjajt ma' ħabiba Taljana meta konna qed naħdmu fuq proġett ko-edukattiv. Kienet ħabiba tal-għarusa ta' Renato Curcio, l-eks mexxej tal-grupp militanti tal-Brigate Rosse. Illum jiddispjaċini li ma niżżiltx kulma qaltli. Niftakar biss li insistiet li Curcio qatt ma wera rimors. Imbagħad kien hemm Maya Angelou, il-poetessa u awtriċi- attriċi li mietet aktar kmieni din is-sena u li kienet saret il-koordinatriċi tal-Konferenza tat-Tmexxija Kristjana. Kienet oħra li rreżistiet bil-poeżija. Iżda rrid niffoka l-aktar fuq laqgħa qasira ħafna mal- kompożitur Mikis Theodorakis, li bata l-ħabs tliet darbiet taħt ir-reġim tal-Kurunelli fil-Greċja. Kien fil-bidu tas-sebgħinijiet. Ħbieb ġodda li ltqajt magħhom fid-distrett evokattiv ta' Plaka ("fl-inħawi fejn baqgħu jgħixu l-allat f 'ħoġor l-Akropoli") stednuni nara rikostruzzjoni taċ-ċantata State of Siege, immużikata mill-kompożitur famuż u li sentejn qabel kellha l-premiere f 'Londra. Ma stajtx ngħid le. It-teatru għall- apert kien imballat bin-nies. Theodorakis, bħall-poeti tal-kalibru ta' Ritsos, Seferis, Elytis u oħrajn kien sar ikona tar-reżistenza kontra l-ġunta militari, igawdi sostenn qawwi internazzjonali. Ġrat xi ħaġa li żgur qatt ma stennejt. Wieħed mill-"ħbieb" ġodda li għamilt fi Plaka, distrett ta' triqat labirantini, djar imgeddsin f 'xulxin u kafejiet għad-divertiment notturn, introduċieni mal-kompożitur: "Seħibna minn Malta." "Ah Malta! Meta se tibdew iddoqqu l-innu nazzjonali ġdid li ktibtilkom?" Inblajt u kelli ngħidlu li ma kontx naf b'din il-ħaġa. Lura Malta, wara li ndagajt l-affarijiet, sibt li Theodorakis veru li kien "inkarigat" jikteb innu nazzjonali għal Malta, li kellu jindaqq l-ewwel darba meta Malta rat l-aħħar Ingliżi jħallu l-port. Sibt ukoll li l-kruċjata Anti-Komunista (anki fil-Greċja kien hemm qafas identiku) kienet qed tinsisti li Malta ma jixirqilhiex li jkollha bniedem "komunist u perikoluż" jiktbilha xi tip ta' innu. U dan iwassalni dwar l-argument li dan l-aħħar tqanqal fil-programm Reporter ta' Saviour Balzan u li mbagħad elaborat dwaru din il-gazzetta (Jean Pierre Cassar, 27.7.2014). L-Innu Malti qed jitlef l-appell tiegħu, ma jidhirx li għandu l-istimulazzjoni neċessarja biex jinċentiva liċ-ċittadini u jħeġġiġhom. Anzi, ħafna nħawi, speċjalment l-iskejjel (u allura t-tfal u ż-żgħażagħ) qegħdin isibuh dejjem u dejjem aktar monotonu. Iħallihom f 'koma. Wieħed jista' jimmaġina x'mużika liberatorja kien jikteb (jew kiteb) għal Malta Mikis Theodorakis. Żgur li kien jgħaqqad (jew għaqqad) il-funzjoni tal-arti li taġixxi, f 'dinja ta' rivoluzzjoni mar- reazzjoni. Għall-kompożitur Grieg, il-mużika hi ekwata mal-bidla, mat-trasformazzjoni soċjali. Hi "stqarrija" kritika dwar iċ-ċittadinanza attiva li ma taċċettax sottomissjoni. Iżda l-innu Malti? L-Innu Malti mhu xejn hlief "talba" biex Malta tibqa' mentalment (jekk mhux ukoll politikament) maħkuma. Dun Karm, saċerdot provinċjali u sottomess għall- qawwiet kolonjali, jitlob il-ħniena minn min jaħkimha; jissottometti lill-pajjiż għall- kategoriji ta' sidien u ħaddiema, ta' min hu setgħan u min hu sottomess. Dun Karm qatt ma fehem id-dinamika politika tal-libertà, u għalhekk ma setax jikteb innu nazzjonali li jservi ta' manifest perċettiv, li jgħaqqad l-espressjoni artistika (verbali) mal-attiviżmu neċessarju għall- evoluzzjoni intensa tal-poplu. U apparti dan, Dun Karm ħaseb l-innu għall-iskejjel u ftit li xejn kellu vista fuq skala usa' minn din il-limitazzjoni ovvja. MALTA TA' KULĦADD? JEW TAL-BARUNIJIET U L-IŻVILUPPATURI? Irrid nikteb dwar Ċensina u dawk privileġġjati. Meta Ċensina fetħet it-tieqa għal fuq il-bitħa tagħha stess biex ikollha ftit aktar dawl fil- kċina xi ħadd li ma jaħmilhiex wisq irrappurtaha u nħarġitilha ordni ta' infurzar biex terġa' tagħlaqha fi żmien ħmistax. F'Monte Kristo Estates, jidher li, skont il-mezzi tax-xandir, hemm ammont kbir ta' xogħol għaddej minkejja l-ordnijiet ta' infurzar kollha. Sitt xhur ilu, il-propretarji-diretturi, Polidano Brothers, għamlu "apoloġija" u qalu li se jirregolaw ruħhom. Irnexxielhom jgħattu x-xemx bl-għarbiel. Ma ġara xejn imma xorta ngħatatilhom it-Trade Licence. Ċensina ma ngħatatx ċans tħalli t-tieqa miftuħa. Mela ma tantx għadha temmen li Malta Tagħna Lkoll (sic). Ċensina bilkemm taf fejn jiġi l-kumpless abbandunat u mġarraf tal-White Rocks. Imma hemm se jinbena kumpless kbir esklussiv: appartamenti esklusivi, ħwienet lussużi; lukandi tal-ħames stilel, passaġġi u ġonna (u hi mank tista' tara mill-kċina d-daqsxejn ta' siġra tal-lumi li għandha l-ġara fil-ġardina). Lussurja għal dawk l-investituri li jafu li l-lussu jirrendi. Mhux veru li Malta Tagħna Lkoll. Lil Ċensina għaddewha minn għajn il-labra. Bħal m'għamlu ta' qabilhom. META L-PALESTINA TNIXXI D-DEMM Meta l-poplu tal-Palestina, bil-ġuħ, għarkubbtejh u jnixxi d-demm minn kullimkien fost it-tifrik u l-ħerba, Iżrael jitlob lill-Amerika tibgħatlu aktar armamenti. U l-Amerika pronta u lesta biex taqdi lill-klijent fidil tagħha. L-INNU MALTI U THEODORAKIS MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 400 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew email illum@mediatoday.com.mt Ħajr mill-Kenja JOSEPH ALESSANDRO OFM CAP GARISSA, KENJA NIXTIEQ li permezz tal-ġurnal ILLUM, nirringrazzja lill-Mission Fund tal-għotja ġeneruża ta' €4,000 li għoġobhom jagħtuna biex inkunu nistgħu nkomplu mmexxu l-iskejjel tad-djoċesi u ngħinu diversi tfal u żgħażagħ billi nħallsulhom għall-edukazzjoni tagħhom, u lin-nies bit- tqassim ta' ikel. Ħajr ukoll tal-elemożina ta' 100 quddiesa biex jitqaddsu fil-missjoni għall-erwieħ tal-benefatturi tal-Mission Fund. Fid-Djoċesi ta' Garissa, fil- Kenja, fejn qegħdin naħdmu taħt it-tmexxija tal-Isqof Kapuċċin Malti, Mons. Paul Darmanin, qed tingħata importanza partikulari fil- formazzjoni u l-edukazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ li huma l-futur tas-soċjetà ta' għada. Permezz ta' din l-ittra nixtieq ninkuraġixxi lill- qarrejja ta' dan il-ġurnal biex jgħinu lill-Mission Fund permezz ta' bolli użati u donazzjonijiet. Id-donazzjonijiet jistgħu jintbagħtu online jew direttament permezz ta' trasferiment bankarju. In- numru tal-kont qegħdin biswit dan l-ittra. Mikis Theodorakis, kien inkarigat jikteb innu nazzjonali għal Malta li kellu jindaqq meta Malta rat l-aħħar Ingliżi jħallu l-port HSBC (Numru tal-kont: 061 197 448 050), BOV (Numru tal-kont: 163 007 980 19), APS (Numru tal-kont: 200 008 207 62) jew BANIF (Numru tal-kont: 000 879 631 01). Għal aktar tagħrif żur www.missionfund.org.mt