Illum previous editions

illum 10 August 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/361049

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 10 ta' Awwissu 2014 | illum 33 SPORTSillum Envic Galea elett Viċi President tal- Commonwealth Judo Association MATUL il-Logħob tal- Commonwealth ħafna organizzazzjonijiet tal- isport jorganizzaw il- kungressi tagħhom u hekk għamlet il-Commonwealth Judo Association (CJA). Matul il-Kungress tal- Commonwealth Judo, il-Viċi President tal-Iskozja Rick Kenny ġie elett bħala President u għalhekk ħalla l-kariga ta' Viċi President vakanti. L-Eżekuttiv ippropona lil Envic Galea, li huwa l-President tal- Malta Judo Federation biex jimla din il-kariga u ġie aċċettat b'mod unanimu mid-delegati tal-Kungress. Fil-kariga l-ġdida tiegħu, Envic Galea se jkun qed jassisti lill-President il- ġdid kif ukoll lill-Eżekuttiv fir-ristrutturar tas-CJA u se jkun qed jagħmel lill-ġudo bħala sport prinċipali fil- Logħob tal-Commonwealth. Il-ġudo ntlagħab biss tliet darbiet f 'dawn il-logħob, jiġifieri f 'Auckland fi New Zealand, Manchester fl- Ingilterra u ftit tal-jiem ilu fi Glasgow fl-Iskozja. Malta rebħet l-ewwel midalja tagħha fil-Logħob tal-Commonwealth permezz ta' Laurie Pace ftit tas-snin ilu. Envic Galea li huwa s-Segretarju Ġenerali tal-European Judo Union, għandu rabtiet mill-viċin mal-International Judo Federation, fejn huwa d-Direttur tal-IJF Academy u riċentament il-President tal-IJF, Marius Vizer, li jiġi wkoll il-President tal- iSport Accord, innominah bħala rappreżentant biex jikkordina mal-International Blind Sports Association (IBSA) biex jgħinhom iġibu lill-organizzazzjoni tal- isport tagħhom iktar viċin mal-istandards tal-IJF. Huwa se jkun qed imur f 'Palm Springs fl-Istati Uniti fl-aħħar ta' dan ix- xahar hekk kif l-IBSA se jkunu qed jorganizzaw il-Kampjonati Mondjali biex jirrapreżentaw lill-IJF u jiltaqgħu mal-Eżekuttiv għal din ir-raġuni. Envic Galea - persuna li għamel ġid enormi lill-ġudo lokali u anki dak internazzjonali Msida St Joseph jakkwistaw lil Yuri de Jesus Messias AC Milan jakkwistaw lill-gowlkiper Diego Lopez mir-Real Madrid MSIDA St. Joseph FC laħqu ftehim biex il-plejer Brażiljan ta' 22 sena Yuri de Jesus Messias jissieħeb mal-klabb għas-sentejn li ġejjin. Yuri għandu CV impressjonanti fejn lagħab ma' Boavista Sport Club (RJ), Imperial-RJ u Paraibano-PB ġewwa l-Brażil qabel sieħeb lill- Mosta FC matul l-istaġun li għadda. Fl-unika sena tiegħu mal- Mosta, Yuri lagħab 17-il logħba fejn 16 minnhom kienu fil-BOV Premier Division u logħba fil-U*BET FA Trophy. Yuri skorja 3 darbiet fil-kampjonat. Yuri diġà sieħeb lil sħabu fit-taħriġ ftit tal-jiem ilu. Il-kumitat Misidjan jinsab kunfidenti li bit-teknika eċċellenti tiegħu, Yuri se jkun qiegħed jagħti żvolta ta' enerġija ġdida fl-attakk Misidjan. AC Milan akkwistaw lill- gowlkeeper ta' Real Madrid Diego Lopez. Il-gowlkiper ta' 32 sena se jkun qed jaqla' €2.5 miljun kull sena. Dan il-gowlkiper kien qed jattira l-interess ukoll ta' Napoli u Liverpool. Dan it-trasferiment wasal biss jiem wara li l-istess gowlkiper saħaq li hu kien l-aħjar gowlkiper ta' Real Madrid u għalhekk huwa kien aħjar mill-gowlkiper leġġendarju tal-Los Blancos Iker Casillas. Lopez kien ingħaqad ma' Real Madrid lura fl-istaġun 2012/13 mingħand Sevilla fejn Mourinho kien użah għal bosta logħbiet bħala l-gowlkiper numru wieħed tal-Galacticos minflok Casillas li kien qed isofri minn injury. Matul dan is-sajf Lopez m'aċċettax offerta mingħand il-klabb formidabbli Franċiż Monaco iżda meta Real Madrid akkwistaw lill- gowlkiper ta' klassi mondjali, Navas, dan kien ifisser li Lopez kellu jfittex klabb ieħor. Għadu mhux magħruf min se jkun il-gowlkiper numru wieħed ta' AC Milan hekk kif ma' Lopez kemm Abbiati u Agazzi li lkoll huma denji li jilbsu l-flokk bin-numru 1 tar- Rossoneri. Lura fl-2008 Diego Lopez, meta kien jilgħab ma' Villareal, kien ġie vvutat bħala l-aqwa gowlkiper ġdid fil-Liga Spanjola. Yuri de Jesus Messias waqt il-preżentazzjoni tiegħu ma' Msida St Joseph Diego Lopez - l-aqwa akkwist sa issa għal AC Milan

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 August 2014