Illum previous editions

illum 21 June 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/530460

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

8 illum | Il-Ħadd 21 ta' Ġunju 2015 Jum il-Missier… Mhux kartolini, Mill-Qorti RAĠEL ta 35 sena mill- Belt ġie akkużat li pprova joqtol lil missier it-tfajla tiegħu iżjed kmieni din il-ġimgħa, wara li ż-żewġt irġiel kellhom xi jgħidu fuq il-bejgħ ta' xi karozzi. Massimo Caruana tressaq quddiem il-Maġistrat Claire Louise Stafrace akkużat bl- attentat t'omiċidju ta' Noel Mifsud. Il-każ seħh waqt argument viċin il-Forti Sant Jiermu fil-Belt, nhar l-Erbgħa li għadda. Il-vittma, li għandu 40 sena, indarab serjament b'tir t'arma tan-nar minn distanza ta' bejn 1 u 2 metri. It-tfittxija għall-balla, li għaddiet minn riġlejn Mifsud, għadha għaddejja mill-investigaturi. Il-pulizija rnexxielha tarresta lil Caruana ftit wara li pprova jaħrab, iżda l-arma ma nstabitx. L-avukatessa Charmaine Cherrett talbet il-benefiċċju tal-ħelsien mill-arrest, iżda l-Qorti ma laqgħitx din it-talba wara li l-prosekuzzjoni opponiet, abbażi tal-fatt li wara l-isparatura, Mifsud kien allegatament hedded lill- missier il-vittma u qallu li "ser jisparalu f 'rasu." Il- kawża tkompli. MISSIER li abbuża sesswalment minn bint is-sieħba tiegħu, meta l-bint kellha biss seba' snin, ngħata sentenza ta' sitt snin ħabs wara li Qorti emmnet il- verżjoni tal-fatti dettaljata tal-vittma u ta' ħutha. Ir-raġel, li ismu mhux ser jiġi mxandar sabiex tiġi protetta l-identità tal- vittma, ġie mixli b'diversi reati marbuta m'abbuż ta' minorenni kif ukoll li sar reċediv. Il-Maġistrat Audrey Demicoli kienet semgħet lill- vittma tixhed fuq l-esperjenzi koroh u trawmatizzanti fl-2009, fejn spjegat x'kien jagħmlilha l-imputat, u kif kien jheddidha bi vjolenza lejha u l-familja tagħha jekk tiftaħ ħalqha ma' xi ħadd. Fost affarijiet oħra, il- minorenni qalet li kienet tmur mal-imputat biex tittallab u kif kienet tkun fl-istess garaxx f 'Marsaskala meta ommha u l-akkuzat kienu jaħdmu films pornografiċi. Il-Qorti emmnet il-verżjoni tal-minorenni u ta' ħutha, li qalu li kienu jafu li l-partner t'ommhom kien qiegħed jabbuża minn oħthom iż-żgħira. Il-Qorti bagħtet lill-imputat il-ħabs sabiex jiskonta piena ta' sitt snin u poġġiet lit-tfal taħt ordni ta' protezzjoni għal tliet snin. Raġel jipprova joqtol lil missier it-tfajla tiegħu Sitt snin ta' abbuż sesswali fuq bint is- sieħba tiegħu MATTHEW AGUIS CHRISTA BOFFA FORSI kliem il-kittieb u filosofu Umberto Eco fil-ktieb tiegħu il pendolo di Foucault, jiġbor fih is-sentiment ta' bosta lejn persuna, li preżenti u le f 'ħajjithom zġur mhux forsi ħalliet impatt fuq ħajjithom - "Dak li nsiru jiddependi minn dak li jgħallmuna missirijietna f 'dawk il- mumenti strambi, meta qas biss ikunu qed jipprovaw jgħallmuna xi ħaġa. Aħna msawra minn bċejjeċ żgħar ta' għerf." Illum huwa proprju l-jum iddedikat għall-missirijiet tagħna, jum li fih nipprovaw nirringrazzjawhom ta' dak li għamlu magħna. Fil-każ ta' Malta, bħalma huma ħafna pajjiżi oħra, dan il-jum jiġi ċċelebrat fit-tielet Ħadd ta' Ġunju, minkejja li madwar id-dinja jiġi ċċelebrat fi ġranet differenti. Dejjem l-irġiel jagħtu l-problemi L-għeruq ta' dan il-jum jinbtu fl-Istati Uniti fil-bidu tas-seklu 20. Iżda it-triq tiegħu kienet waħda diffiċli mhux ħażin. Beda kollox minn Grace Golden Clayton. li jidher li kienet rat f 'Anna Jarvis sors ta' inspirazzjoni, wara li din tal-aħħar kienet rat kif għamlet biex tistabilixxi ċ-ċelebrazzjoni ta' Jum l-Omm. Clayton kienet għadha kif tilfet lil missierha, meta f 'Diċembru tal-1907 id- diżastru tal-Minjieri ta' Monongah kien ħasad il-ħajja ta' 361 raġel – li fosthom 250 minnhom kienu missirijiet. Clayton, waħda mill-elf li spiċċaw bla missier, kienet talbet lill-pastor Robert Thomas Webb sabiex jonoraw lil dawn il-missirijiet permezz ta' jum apposta. Kien b'hekk li fil-5 ta' Lulju tal-1908 ġie ċċelebrat l-ewwel Jum il- Missier, f 'Fairmont f 'West Virginia. Iżda minħabba bosta raġunijiet, inkluż il-fatt li din iċ-ċelebrazzjoni ġiet bejn iċ-ċelebrazzjoni ta' Jum l-Indipendenza fl-4 ta' Jannar tal-1908, u kemm minħabba li Clayton stess ma kinitx xi waħda tħobb iddoqq it-trombi b'dak li tagħmel, donnu kulħadd nesa dwar din iċ-ċelebrazzjoni u kważi ħadd barra Fairmount ma sema' biha. Iċ-ċelebrazzjoni reġa' tfaċċa fl-1910, meta f 'Spokane f 'Washington saret ċelebrazzjoni fil-YMCA minn Sonora Smart Dodd nhar id-19 ta' Ġunju. Missier Dodd, William Jackson Smart kien veteran tal-Gwerra Ċivili u single parent li rnexxielu jrabbi sitt itfal. Għal darb'oħra jidher li kienet Jarvis li inspiratha, hekk kif Dodd kienet saħqet li l-missirijiet ħaqqhom ġurnata simili wkoll. Minkejja li Dodd kienet abbandunat iċ-ċelebrazzjoni u l-promozzjoni ta' dal- jum, fit-30ijat reġgħet bdiet tikkampanja għal aktar għarfien fuq livell nazzjonali. Din id-darba kellha l-appoġġ ta' dawk li kellhom x'jigwadanjaw fosthom kumpaniji tal-ingravajjet,

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 June 2015