Illum previous editions

illum 19 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/904003

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

14 illum | Il-Ħadd 19 ta' Novembru 2017 Aħbarijiet Ta' 13 u tqila?... 34 tfajla taħt it-18-il sena ħarġu tqal tul is-sena li għaddiet Is-servizz għożża joffri għajnuna lil madwar 54 tifla s-sena l-oħra MATUL dawn l-aħħar 12-il xahar f 'Malta, kienu propju 34 tfajla ta' taħt it-18–il sena li ttaqqlu. Bl-iżgħar tfajla tkun ta' 13–il sena. Notevolment kien hemm seba' tfajliet ta' 14–il sena li ħarġu tqal fl-istess perjodu. Mill-informazzjoni joħroġ ukoll li kienu tliet tfajliet ta' 15–il sena u 8 ta' sittax–il sena li ħarġu tqal. Barra minn dan kienu 19–il tfajla li sfaw mtaqqla fl-età ta' 17–il sena. Dan skont it-tweġiba li għamel il-Ministru għall- Edukazzjoni u Xogħol Evarist Bartolo għall-mistoqsija parlamentari tad-deputat Robert Abela. Fil-parlament, il-Ministru Bartolo spjega dwar is-servizz Għożża, li skontu "jipprovdi strateġija wiesgħa u olistika sabiex joffri aktar fiduċja lil dawk it-tfajliet tqal." Dan il-programm, joffri għadd ta' servizzi differenti spjega l-Ministru, fosthom il-programm speċifikat għat-tfajliet tqal minorenni, li jiffoka fuq għadd ta' lezzjonijiet tal- 'Personal, Social and Career Development', (PSCD). Dawn il-lezzjonijiet jittrattaw kemm fuq żvilupp personali kif ukoll il-kwistjonijiet ta' tqala. Apparti minn hekk, Bartolo spjega kif dan is-servizz qed jinkludi sezzjonijiet ta' taħditiet bħala grupp ta' sapport għall-omm u t-tarbija. Dan il-grupp jiltaqa' darba fil-ġimgħa, biex "joffri lill-ommijiet żgħar ambjent protettiv u edukattiv, fejn ikunu jistgħu jitgħallmu dwar ir-ressponsabbiltà tat-trobbija u d-dmir tagħhom li jgħożżu u jedukaw lit-tfal." Il-prevenzjoni hi aħjar mill-Kura għalhekk, is- servizz jinkludi wkoll diversi programmi ta' prevenzjoni, bl-għan li studenti tal-form 1 isiru aktar konxji tal-bidliet fiżiċi, sesswali u psikoloġiċi li t-tfal jesperjenzaw fil-fażi tal-pubertà. Apparti minn hekk, is-servizz qiegħed joffri għajnuna speċifika lill-studenti li jkunu qed jesperimentaw sesswalment. Dawn l-istudenti jingħataw iktar informazzjoni u edukazzjoni fi gruppi ferm iżgħar, jew anke saħansitra, b'mod individwali bl-għan li fil-futur, ikunu kapaċi jieħdu deċizjonijiet iktar infurmati. Fil-passat diversi kampanji ta' edukazzjoni sesswali kienu mxekkla mill-awtoritajiet Kattoliċi. Lura għall-2010, l-Isqof ta' Għawdex Mario Grech ikkawża dibattitu jaħraq meta hu ssuġġerixxa li l-awtoritajiet edukattivi jkunu qed jikkommettu 'abbuż' fuq l-istudenti jekk minflok jgħinuhom jitgħallmu kif jedukaw l-enerġija sesswali tagħhom, joffrulhom edukazzjoni u metodi bħal kontraċettivi, biex skontu 'jinħlew f 'kultura ta 'divertiment.' Kien biss fl-2010 li l-edukazzjoni sesswali nazzjonali ngħatat spinta b'baġit ta' €200,000. Minn dakinhar id-dibattitu dwar is-saħħa sesswali ta' Malta evolva, għalkemm waħda mill-eqdem kwistjonijiet fis- saga kollha li ddur madwar l-installazzjoni ta' magna li tipprovdi kontraċettivi fl-Università ta' Malta, kienet solvuta biss fl-2016. Tul l-istess sena, id-dibattitu fuq l-età tal-kunsens f 'Malta reġa' rreġistra interess. Il- kunsill Mediku kien ta l-parir li l-età tal-kunsens għandha titnaqqas minn 18 għal 16. Intant, studju fuq is-saħħa tat- tfal tal-iskola, ippubblikat fl- 2012, sab li 40% taż-żgħażagħ ta' bejn is-16 u t-18-il sena f 'Malta kienu diġà attivi sesswalment. L-Assoċjazzjoni Pedjatrika ta' Malta qalet ukoll li din l-istatistika tindika li l-età tad-debutt sesswali hija medja ta' madwar 15-il sena. Għada jkomplu jitqassmu t-tilqim tal-influwenza MINN Ottubru, aktar minn 80,000 persuna ħadu t-tilqima tal-influwenza mill-isptar Mater Dei u miċ-ċentri tas- saħħa. Għal din is-sena, id- Dipartiment tas-Saħħa ordna 20,000 tilqima aktar mis-snin ta' qabel u b'hekk għal din is-sena ġew ordnati 100,000 vaċċin. Min-nhar it-Tnejn li ġej se jibdew jitqassmu t-tieni kunsinna tal-vaċċin, li tingħata bla ħlas. Il-Ministru għas- Saħħa Chris Fearne qal li milli qed jidher f 'pajjiżi barranin bħall-Awstralja u New Zealand, l-influwenza se tkun waħda kiefra. Qal li l-fatt li bosta persuni tlaqqmu jfisser li huma konxji u qed jieħdu l-passi meħtieġa biex jipproteġu lilhom infushom u lill-familji tagħhom.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 November 2017