Illum previous editions

illum 19 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/904003

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

5 Il-Ħadd 19 ta' Novembru 2017 | illum Aħbarijiet ILKUMMISSARJU għas- Saħħa fi ħdan l-Uffiċċju tal- Ombudsman kien investiga każ ta' pazjenta li kienet ġiet dijanjostikata li tbati mill-Epatite Ċ u li kienet ressqet ilment quddiem l-Ombudsman wara li ma ngħatatilhiex l-approvazzjoni li jingħatawlha l-mediċini li kienu qalulha l-konsulenti biex tieħu. Fl-ilment li kienet ressqet, il-pazjenta kienet stqarret li kienet intitolata li tieħu dawn il-mediċini bħala kontinwazzjoni tal-kura li diġà kienet qed tieħu bla ħlas. Dan wassal għal piż finanzjarju fuq il-pazjenta li kellha tixtri minn butha l-mediċini li ġiet preskitta li tieħu, u li jiswew ammont konsiderevoli ta' flus. Meta ressqet l-ilment tagħha, il- pazjenta kienet talbet li filwaqt li tingħata t-trattament bla ħlas, titħallas ukoll lura l-flus li kienet diġà ħarġet minn butha. Dan il-każ jirriżulta mir-rapport tal-każijiet quddiem l-Ombudsman għall-2016. Mal-Kummissarju għas- Saħħa, il-pazjenta kienet qalet li wara li kienet ingħatat trattament għall-marda li kellha, il-konsulent kien taha l-parir li tkompli bil-mediċini u l-kura bi ftit ġimgħat oħra minħabba li kien għad hemm traċċi tal-infezzjoni. Il-pazjenta kienet sostniet li l-mediċina kienet ġiet approvata li tingħatalha għal 12-il ġimgħa u li tagħmel tajjeb hi għat-trattament li jiġi ordnat lilha wara dan iż- żmien. Jirriżulta li minħabba li l-mediċini jiswew ammont konsiderevoli, il-konsulent tagħha kien ipprovdilha wkoll kuntatti ma' fornituri barranin biex tipprova tixtrihom bi prezz irħas. Peress li ntqalilha li t-trattament mixtri minn barra seta' ma kienx effikaċi daqs dak mogħti f 'Malta mill-isptar, il-pazjenta għażlet li tixtrix il-mediċini minn barra. Għaldaqstant ma setgħetx tixtri l-mediċina mill-isptar wara li din kienet tiħtieġ lil pazjenti oħra u għalhekk kellha minflok tixtri l-mediċina mingħand fornitur lokali. Waqt li l-Kummissarju għas-Saħħa kien qed jistħarreġ il-każ, id-dipartiment offra li jħallas lura parti mill-ispiża li kellha tagħmel il-pazjenta. Dan l-ammont iżda kien inqas min-nofs l-ispiża li għamlet meta xtrat il- mediċina mingħand aġent u għalhekk id-dipartiment intalab jagħti rendikont kif wasal għal din is-somma. Il-Kummissarju kien wasal għall-konklużjoni li l-pazjenta kellha titħallas l-ammont kollu tal-ispiża għall-mediċini u ġie spjegat li kien il-konsulent li rrakkonda l-kontinwazzjoni tal-kura għal aktar ġimgħat. Il-Kummissarju għas-Saħħa kkonkluda wkoll li ġaladarba d-dipartiment kien lest li jħallas lura parti mill-ispejjeż kienet tfisser ammissjoni li ma kien korrett li l-pazjenta tħallas minn butha għall- mediċini. Tallega li t-trattament li kellha bżonn ma ġiex approvat • Minflok kellha tħallas minn butha għall-mediċini minkejja li jiswew ħafna flus jbaldacchino@mediatoday.com.mt Jesmar Baldacchino Il-Kummissarju għas-Saħħa stħarreġ dan il-każ u daħal f 'diskussjoni biex il-pazjenta tingħata rifużjoni

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 November 2017