Illum previous editions

illum 19 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/904003

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 19 ta' Novembru 2017 Il-bomba saret minn id professjonali b'esperjenza twila • Il-preparazzjoni tal-bomba tmur lura sa erba' xhur ilu • L-assoċjazzjoni mal-istejjer taż-żejt jaf hija diverżjoni mill-mottiv reali minn Saviour Balzan GĦALKEMM m'hemm l-ebda konferma konklussiva jidher li l-materjal jista' joriġina minn pajjiż ieħor u aktarx mil-Lvant tal-Ewropa. Li huwa ċar li l-bomba saret minn id professjonali u kellha l-firma ta' xi ħadd b'esperjenza twila u mhux neċessarjament mhux konnessa ma' entità militari. Iktar importanti l-preparazzjoni tal-bomba kienet tmur lura sa erba' xhur qabel. Jekk din tiġi kkonfermata tista' tqanqal tħassib serju dwar il-mottiv. Sorsi ta' min jorbot fuqhom qalu li l-FBI kellhom interess partikolari f 'dan il-każ u qed jaraw paralleliżmu ma' każijiet oħra li seħħew barra minn Malta. Komplew jitkellmu mal- ILLUM u ntqal ukoll li l-istejjer dwar iż-żejt jew aħjar dwar il-bejgħ taż-żejt huwa diverżjoni mill-vera mottiv li jista' jkun aktar ikkumplikat milli wieħed qed jaħseb. "Hemm attentat organizzat biex il-medja tirrapporta aħbar partikolari, mhux ċar għaliex," qalilna sors. Min kellimna qalilna li l-investigaturi qed iħarsu lejn tliet forom ta' mottiv: vendetta jew tpattija, intervent biex twaqqaf il-Caruana Galizia mill-kitbiet, azzjoni biex il- qtil iħalli koas lokali. Is-sors qalilna li fl-indaġini hija dik li hi, u minkejja ċ-ċokon ta' Malta, huwa minnu li min għamel il-bomba jista' jkun ma jinstabx imma jista' jkun li mottiv għal dan il-qtil jiġi solvut. Punti ewlenin wara l-qtil ta' Caruana Galizia • Il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia nqatlet fis-16 ta' Ottubru li għadda. L-isplużjoni seħħet fi Triq il-Bidnija fil-limiti tal-Mosta fit-3 ta' wara nofsinhar meta Caruana Galizia daħlet fil- karozza tagħha, li kienet tal-kiri. • F'konferenza tal-aħbarijiet, il- Prim Ministru Joseph Muscat qal li mhux se jistrieħ qabel ma ssir ġustizzja fuq dan il-qtil. Huwa ddeskriva l-jum tas-16 ta' Ottubru bħala wieħed ikrah għall-espressjoni tal-kelma f 'Malta • Aktar tard il-Kap tal- Oppożizzjoni Adrian Delia ddeskriva l-qtil ta' Caruana Galizia bħala l-agħar qtil politiku minn meta nqatel Raymond Caruana. Qal li dan mhux qtil kwalunkwe imma konsegwenza tal-kollass tas-saltna tad-dritt. • Fl-istess jum filgħaxija, fil- Parlament sar magħruf li ntalbet l-għajnuna ta' tim forensiku mill- Olanda, bil-Prim Ministru jiżvela li kien daħal f 'diskussjoni mal- Gvern Amerikan biex f 'Malta jaslu wkoll esperti mill-FBI. • L-għada tal-qtil ta' Caruana Galizia bdew jaslu l-kundanni mill-istituzzjonijiet u l-għaqdiet internazzjonali fosthom il- kundanni minn Brussell tal- Kummissjoni Ewropea u tal- Parlament Ewropew. Ma dawn ingħaqdu l-għaqdiet ġurnalistiċi ewlenin minn madwar id-dinja. • Fid-19 ta' Ottubru, il-ġurnalisti kollha f 'Malta ngħaqdu flimkien f 'attività organizzata mill-IĠM f 'kundanna għall-qtil ta' Caruana Galizia u favur il-libertà tal- espressjoni. • Jiġi arrestat l-eksplejer tal-futbol Darren Debono f 'Lampedusa fl-allegat bejgħ taż-żejt tal- kuntrabandu mil-Libja fl-Italja, magħrufa bħala 'Dirty Oil'. Il-midja fl-Italja jibdew bl- allegazzjonijiet li l-każ taż-żejt jista' jkun assoċjat mal-qtil ta' Caruana Galizia. • Fil-21 ta' Ottubru, il-Gvern Malti jħabbar li jingħata ħlas ta' €1 miljun lil min iwassal informazzjoni lill-Pulizija li tgħin biex jiġi jew jiġu identifikati l-persuni responsabbli għall-qtil ta' Caruana Galizia. • Il-Ħadd 22 ta' Ottubru jibdew id-dimostrazzjonijiet mis-Soċjetà Ċivili, li jitolbu għar-riżenji tal-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali. Dawn id- dimostrazzjonijiet komplew fi ġranet oħra differenti fl-istess xahar u Novembru. • Fit-23 ta' Ottubru, issir diskussjoni fil-Parlament Ewropew dwar il-qtil ta' Caruana Galizia kif ukoll fuq il-protezzjoni tal-ġurnalisti u l-libertà tal-espressjoni madwar l-Ewropa. • Fis-26 ta' Ottubru sar magħruf li tliet analisti mill-Europol se jingħaqdu fl-investigazzjoni flimkien mal-FBI u t-tim forensiku Olandiz. Dan wara li fil-jiem ta' qabel, il-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani kien stqarr li l-Ewropa kollha kellha tgħin. • Fit-27 ta' Ottubru, grupp ta' attivisti nisa magħrufa bħala Occupy Justice bdew protesti hekk kif waqqfu t-tined quddiem Kastilja. Huma wkoll bħas- Soċjetà Ċivili bdew jitolbu għar- riżenji. • Fit-3 ta' Novembru sar il- funeral ta' Daphne Caruana Galizia fil-Knisja Arċipretali ta' Santa Marija fil-Mosta. Il-Prim Ministru ddikjara l-ġurnata bħala jum ta' luttu nazzjonali. • Fit-8 ta' Novembru l-attivisti tal- Occupy Justice ltaqgħu mal-Prim Ministru f 'Kastilja fejn qrawlu dikjarazzjoni u reġgħu talbu għar-riżenji tal-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali, kif ukoll li s-suċċessuri tagħhom jinħatru b'żewġ terzi tal-Kamra tar-Rappreżentanti. • Fil-15 ta' Novembru, il-Parlament Ewropew japprova riżoluzzjoni dwar is-saltna tad-dritt f 'Malta, li tagħmel referenza wkoll għall- qtil ta' Caruana Galizia. • Is-16 ta' Novembru jimmarka l-ewwel xahar mill-qtil brutali b'karozza bomba tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Esperti forensiċi fuq is-sit tal-isplużjoni li wasslet għall-qtil ta' Caruan Galizia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 November 2017